Ix-Xagħra huwa wieħed mill-akbar irħula f’Għawdex, it-tieni wara n-Nadur. Fih insibu għadd ta’ mkejjen u siti storiċi, li għandhom importanza fuq livell nazzjonali u anki dinji. Fosthom hemm il-tempji ta’ żmien il-ħaġar tal-Ġgantija, l-għerien ta’ Ninu u ta’ Xerri, il-mitħna ta’ Kola u ċ-Ċirku tax-Xagħra.
Etimoloġija
Bosta jaħsbu li l-isem tar-raħal ġej mill-frażi "Xagħret l-Għażżenin" [1]. Dan l-isem huwa l-istat kostrutt (t marbuta) ta' "Ix-Xagħri tal-Għażżenin". Ix-Xagħri (jew bl-Ingliż Garrigue) huwa tip ta’ art ġeblija fejn jikbru bosta ħxejjex u tengħud endemiċi bħas-Sagħtar [2] u t-Tengħud tax-Xagħri [3].
^TVM (24 ta' Lulju, 2020). "Natura Maltija - Sagħtar". www.youtube.com (bil-Malti). Miġbur 17 ta' Jannar, 2024. Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data-aċċess= u |data= (għajnuna)