Belt famuza hafna fil-Gzejjer Maltin hija Victoria f'Ghawdex. Ir rabat hija l belt Kapitali t Ghawdex u u hija maghrufa ghac Cittadella medjevali. Li fiha nsibu il Gran Castello, Muzewijiet u L Habs l-Antik. Ir-Rabat jew Città Vittoria hija l-belt kapitali tal-gżira t'Għawdex, gżira tal-arċipelagu Malti fil-Baħar Mediterran. Il-belt għandha popolazzjoni ta' 6,414 (Novembru 2005), u b'din il-popolazzjoni din il-lokalità hi l-ikbar waħda f'Għawdex.
Din il-belt hi msejjħa ukoll bl-isem Victoria li ġie mogħti fl-1887 mill-gvern Brittaniku fl-okkażjoni tal-Ġublew tad-Deheb tar-Reġina Vittorja, minn rikjesta tal-Arċisqof ta' Malta, Mons. Pietru Pace. Madanakollu, din il-belt hi xorta magħrufha fost l-Għawdxin bl-isem antik tar-Rabat.
Amministrazzjoni u Kunsill Lokali
Il-Belt Victoria hi l-akbar lokalità f'Għawdex, u taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali tar-Rabat. Is-sede tal-kunsill hi l-Banca Giuratale, bini mibni matul il-ħakma tal-Kavallieri tal-Ordni ta' San Ġwann. L-ewwel elezzjoni għall-kunsill saret fis-16 ta' April, 1994. Il-kunsill preżenti ġie elett fl-elezzjonijiet ta' Marzu 2013 u hu ffurmat minn:
Fil-Belt Victoria insibu plejgrawnd għar-residenti, kif ukoll ġnien, fost oħrajn. F'din il-belt insibu faċilitajiet sportivi, hekk kif il-belt Victoria għandha fi ħdanha l-akbar numru ta' klabbs sportivi f'Għawdex. Dawn huma:
Dawn kollha jitħarrġu fil-grawnds rispettivi tagħhom.
Faċilitajiet reġjonali
Il-belt Victoria, bħala l-belt kapitali ta' Għawdex, fiha l-akbar numru ta' binjiet governattivi u amministrattivi ta' Għawdex, fosthom:
Il-Ministeru għal Għawdex
In-Nutar Pubbliku
Id-Dipartiment tal-Artijiet
Id-Dipartiment tat-Taxxi Interni
Il-Librerija Pubblika
L-Isptar Ġenerali ta' Għawdex
Il-Venda tal-Karozzi tal-Linja
Il-Gym Reġjonali għal Għawdex
L-Iskejjel Sekondarji tal-Gvern u tal-Knisja
L-Iskola għal aktar studju
Festi
F'din il-belt jiġu ċċelebrati żewġ festi prinċipali, dik ta' San Ġorġ, li l-festa liturġika tiegħu taħbat nhar it-23 ta' April, iżda tkun iċċelebrata fit-tielet Ħadd ta' Lulju, kif ukoll dik ta' Santa Marija nhar il-15 ta' Awwissu. Dik ta' San Ġorġ toħroġ mill-Bażilika iddedikata lill-istess qaddis, filwaqt li dik ta' Santa Marija toħroġ mill-Katidral ta' Għawdex. Il-festi esterni huma organizzati mis-Soċjetà Filarmonika La Stella u Leone rispettivament.
Baned tar-raħal
Iż-żewġ baned prinċipali huma l-Banda La Stella u l-Banda Leone, li jieħdu ħsieb il-Festi ta' San Ġorġ u Santa Marija rispettivament. Iż-żewġ baned għandhom is-sede tagħhom fiż-żewġ teatri ewlenin tal-Gżira: it-Teatru Astra tas-Soċjetà Filarmonika La Stella, u t-Teatru Aurora tas-Socjetà Filarmonika Leone.
Dawn iż-żewġ baned jorganizzaw ukoll kunċerti varji matul is-sena, kif ukoll, fiż-żewġ teatri jittellgħu l-opri, li ta' kull sena jattiraw mijiet ta' Maltin.[1]
Ġonna pubbliċi
Il-Villa Rundle hu l-ġnien prinċipali tal-belt, kif ukoll tal-gżira. Dan il-ġnien iservi għal attivitajiet reġjonali, fosthom il-wirja tradizzjonali tal-bhejjem li tittella' kull sena għall-festa ta' Santa Marija. Ġo dan il-ġnien wieħed isib bosta monumenti u bustijiet ta' personalitajiet li taw sehem fl-iżvilupp tal-Belt Victoria, u ta' Għawdex.