Ħad-Dingli

Ħad-Dingli
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Reġjuni ta’ MaltaWestern Region (Punent) (en) Translate
Kodiċi postali DGL
Ġeografija
Koordinati 35°51′37″N 14°22′53″E / 35.8603°N 14.3814°E / 35.8603; 14.3814Koordinati: 35°51′37″N 14°22′53″E / 35.8603°N 14.3814°E / 35.8603; 14.3814
Ħad-Dingli is located in Malta
Ħad-Dingli
Ħad-Dingli
Ħad-Dingli (Malta)
Superfiċjenti 5.7 kilometru kwadru
Għoli 250 mu 231 m
Demografija
Popolazzjoni 3,608 abitanti (31 Marzu 2014)
localgovernment.gov.mt…u localgovernmentdivisioncms.gov.mt…

Ħad-Dingli huwa raħal żgħir fil-punent ta' Malta, jinsab eżattament bejn il-lokalitajiet tas-Siġġiewi u r-Rabat. Dan ir-raħal jinsab fl-ogħla parti ta' Malta, bl-ogħla parti tiegħu hi dik Ta' Dmejrk.

Dan ir-raħal ilu parroċċa minn qabel l-1463, fil-fatt huwa wieħed mill-eqdem irħula f'Malta li kellhom il-parroċċa tagħhom. Imma qabel il-parroċċa kienet taħt l-isem ta' Ħal-Tartarni. Illum il-ġurnata l-knisja parrokkjali ta' Ħad-Dingli hija ddedikata lil Marija Assunta, jew aħjar lil Santa Marija, u l-festa f'ġieh din il-patruna ssir Ħadd wara l-15 ta' Awissu.

Dan ir-raħal l-iżjed li hu magħruf għal l-Irdum li għandu jħarsu lejn il-baħar u lejn il-gżira żgħira ta' Filfla. Fil-konfini ta' Ħad-Dingli nsibu wkoll il-ġonna kbar tal-Buskett.