Koordinati: 35°50′39″N 14°28′1″E / 35.84417°N 14.46694°E / 35.84417; 14.46694
L-Imqabba huwa raħal żgħir li jinsab fin-nofsinhar ta' Malta u li fih jgħixu madwar 3,200 resident. Għalkemm l-Imqabba huwa raħal żgħir ħafna, huwa uniku minħabba li l-biċċa l-kbira tal-ġebla tal-franka li tinsab f'Malta ġejja mir-raħal tal-Imqabba. Għaldaqstant dan il-raħal huwa speċjali għax huwa mogħni bl-uniku riżorsi naturali misjuba fuq din il-gżira. Il-maġġoranza tad-djar li hawn Malta huma mibnija bil-ġebla tal-franka li hija l-karatteristika ewlenija Maltija fil-kostruzzjoni tad-djar u bini ieħor. Il-fattur ġeografiku sawwar il-ħajja soċjo-ekonomika tar-raħal li l-biċċa l-kbira tal-ħaddiema tiegħu li jaħdmu fil-barrieri huma ħaddiema mill-Imqabba u mill-viċinanzi tal-Qrendi, Żurrieq, Siġġiewi, Kirkop, Safi u Luqa.
Postijiet Interessanti
- Il-Knisja Parrokkjali
- Il-Knisja ta' Santa Katerina
- Il-Knisja tad-Duluri
- Il-Knisja ta' San Bazilju
- Il-Knisja ta' San Mikiel
- It-Torri Vinċenti
- L-istatwa ta' San Franġisk
- Il-Katakombi tal-Mentna
Niċeċ
- Il-Kunċizzjoni - Triq il-Parroċċa
- Il-Kunċizzjoni/Qalb ta' Santa Marija - Triq Santa Katerina
- Madonna tal-Karmnu - Triq il-Karmnu
- San Ä użepp - Pjazza tal-Knisja
- San Ä użepp - Triq San Bazilju
- San Ä użepp - Triq Valletta
- San Mikiel - Triq id-Duluri
- San Mikiel - Triq il-Langasa
- San Pawl - Pjazza Ä ublew tad-Djamanti
- San Pawl - Triq it-Torri Vincenti
Żoni fl-Imqabba
- Ħajt tal-Matla
- Ħal Millieri
- Mintna
- Ta' Kandja
- Tal-Ħaġra
- Tal-Landier
- Tal-Wilġa
- Tas-Sejba
- Tax-Xantin
- Tax-Xatba l-Ħamra
Ara wkoll
Ħoloq esterni