Santa Luċija hu villaġġ żgħir b'popolazzjoni ta' 3,174 (Novembru 2005) li hu wieħed mill-irħula moderni li żviluppa fis-seklu 20 fil-gżira ta' Malta. Santa Luċija kien issemma għal kappella tas-seklu 16 li hemm fil-qrib. Il-Knisja Parrokkjali hi ddedikata lil Piju X. Ir-raħal huwa d-dar ta' Ġnien is-Serenità (Ġnien taċ-Ċiniżi). F'Santa Luċija hemm ipoġew li kien instab fl-1973.
Ġnien is-Serenità
Ġnien is-Serenità huwa ġnien pubbliku Ċiniż. Il-bini tal-ġnien beda f'Settembru 1996. Il-Prim Ministru ta' Malta, Dr Alfred Sant, fetħu uffiċjalment fis-7 ta' Lulju 1997.
Żoni
- Bir-Ġurat
- Roqba
- Sqajjaq t'Isfel
- Ta' Garnaw
- Ta' Garriba
- Taċ-Ċagħki
- Tal-Lampat
- Tax-Xewk
Lista ta' toroq ta' Santa Luċija
- Dawret it-Torri
- Misraħ Dorell
- Post il-Gladjoli
- Trejqet il-Ġeranji
- Trejqet il-Ġirasol
- Trejqet il-Ġiżimin
- Trejqet il-Liedna
- Trejqet il-Qronfol
- Trejqet il-Ward
- Trejqet is-Sardinell
- Trejqet iż-Żahar
- Triq Bice Mizzi Vassallo
- Triq De Hosa
- Triq Dun A. Gambin
- Triq Dun M. Mifsud
- Triq Ġuljetta Lopez
- Triq Għeneb id-Dib
- Triq Ħalib it-Tajr
- Triq Helen Buhagiar
- Triq iċ-Ċikwejra
- Triq id-Dalja
- Triq il-Begonja
- Triq il-Bruka
- Triq il-Bwieraq
- Triq il-Fortizza
- Triq il-Frezja
- Triq il-Fuxa
- Triq il-Gardenja
- Triq il-Ġibjun
- Triq il-Ġilju
- Triq il-Ġjaċinti
- Triq il-Ġnien
- Triq il-Għorgħar
- Triq il-Ħannewija
- Triq il-Kaħwiela
- Triq il-Kamelja
- Triq il-Klematis
- Triq il-Lellux
- Triq il-Margeriti
- Triq il-Pensjeri
- Triq il-Pepprin
- Triq il-Prinjoli
- Triq il-Qoton
- Triq il-Vjoli
- Triq in-Narċis
- Triq Inez Soler
- Triq ir-Rand
- Triq it-Tulipani
- Triq iż-Żinja
- Triq iż-Żnuber
- Triq Katerina Vitale
- Triq l-Anżalor
- Triq l-Għansar
- Triq l-Iris
- Triq l-Istefanotis
- Triq Maria De Domenicis
- Triq San Piju X
- Triq Tursin il-Bir
- Vjal l-Oleandri
Ħoloq Esterni
Koordinati: 35°51′45″N 14°30′16″E / 35.8625°N 14.50444°E / 35.8625; 14.50444