Rodi (bil-Grieg: Ρόδος, Ródos [ˈroðos], bl-Ingliż: Rhodes) hija l-belt prinċipali u l-eks muniċipalità tal-gżira ta' Rodi fost il-Gżejjer Dodekaniżi, il-Greċja. Mir-riforma tal-gvern lokali tal-2011, saret tifforma parti mill-muniċipalità ta' Rodi, li hija s-sede u l-unità muniċipali tagħha. Għandha popolazzjoni ta' madwar 50,000 abitant (qrib id-90,000 fiż-żona metropolitana tagħha). Rodi ilha famuża minn żmien il-qedem bħala s-sit tal-Koloss ta' Rodi, wieħed mis-Seba' Għeġubijiet Antiki tad-Dinja. Iċ-ċittadella ta' Rodi, li nbniet mill-Kavallieri tal-Ordni ta' San Ġwann, hija waħda mill-iżjed bliet Medjevali ppreservati fl-Ewropa. Il-belt Medjevali tniżżlet bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1988.[1]
Illum il-ġurnata, il-belt ta' Rodi hija ċentru urban Grieg importanti u destinazzjoni turistika internazzjonali popolari.
Storja
Il-gżira ta' Rodi tinsab f'salib it-toroq bejn l-Ewropa, il-Lvant Nofsani u l-Afrika. B'hekk il-belt u l-gżira għandhom nisġa b'diversi identitajiet, kulturi, arkitetturi u lingwi tul l-istorja twila tagħhom. Il-pożizzjoni strateġika ta' Rodi għar-rotot ewlenin bil-baħar kompliet iżżewwaq l-istorja tagħha. Il-gżira ilha abitata minn madwar l-4000 Q.K. (il-Perjodu Neolitiku).[2]
Perjodu Klassiku
Il-belt ta' Rodi ġiet iffurmata mill-bliet ta' Ialyssos, Kamiros u Lindos fl-408 Q.K., u gawdiet prosperità kbira għal tliet sekli fl-Epoka tad-Deheb tagħha, meta l-merkanti li ġew mill-baħar, il-bennejja tal-bastimenti permezz tal-ħila tagħhom, u l-politiċi tal-belt li kellhom moħħhom miftuħ tawlu l-prosperità tal-belt sa Żmien ir-Rumani. Il-Koloss ta' Rodi, wieħed mis-Seba' Għeġubijiet Antiki tad-Dinja nbena minn Karlu ta' Lindos bejn it-304 u l-293 Q.K., fi żmien 12-il sena u tlesta fil-282 Q.K. L-istatwa kienet tirrappreżenta l-alla tax-xemxHelios, u huwa maħsub li kienet tinsab qrib id-daħla tal-port. Il-belt l-antika kellha sistema tajba tad-dranaġġ kif ukoll network tal-provvista tal-ilma ddisinjat minn Ippodamu. Għall-ħabta tal-226 Rodi ġiet mheżża minn terremot li qered il-belt u ġarraf il-Koloss.[2]
Perjodu Ruman
Fil-164 Q.K., Rodi sfat taħt il-kontroll tar-Rumani. Irnexxielha żżomm il-ġmiel tagħha u tiżviluppa f'ċentru ewlieni tal-arti u tax-xjenza. Ir-Rumani ħadu l-liġi marittima minn Rodi u applikawha għat-trasport marittimu tagħhom. Għadhom jeżistu bosta traċċi ta' żmien ir-Rumani madwar il-belt li jagħtu ħjiel tal-livell ta' ċivilizzazzjoni ta' dak iż-żmien. Skont l-Atti 21:1 fil-Bibbja, Pawlu l-Appostlu waqaf f'Rodi lejn l-aħħar tat-tielet vjaġġ missjunarju tiegħu.
Perjodu Biżantin
Fil-Medju Evu, Rodi kienet ċentru kummerċjali Biżantin importanti, kif ukoll punt ta' salib it-toroq għall-bastimenti li kienu jbaħħru bejn Kostantinopli u Lixandra. Fis-snin bikrin tal-Imperu Ruman maqsum, l-Isawrjani, tribù tal-muntanji minn Ċiliċja, invadew il-gżira u ħarqu l-belt. Fis-seklu 7 W.K. il-belt inħakmet mill-Għarab. Dawn tal-aħħar kienu dawk li neħħew il-fdalijiet tal-Koloss mill-port u ttrasferewhom lejn is-Sirja fejn inqerdu għall-izzekkar tal-muniti. Wara l-waqgħa tal-Imperu Biżantin fir-Raba' Kruċjata fl-1204, in-nobbli nattiv Leo Gabalas ħa l-kontroll tal-gżira, iżda wara mewtu u s-suċċessjoni ta' ħuh Ġwanni, il-gżira ġiet okkupata għal żmien qasir mill-poplu ta' Genova qabel ma ġiet irritornata lill-Imperatur ta' Niċea, għalkemm għaddiet minn perjodu ġdid imma qasir taħt il-Biżantini.
Perjodu tal-Kavallieri
Il-Kavallieri tal-Ordni ta' San Ġwann ħatfu lil Rodi u stabbilew il-kwartieri ġenerali tagħhom hemmhekk meta telqu minn Ċipru wara l-persegwitazzjoni tat-Templari fl-1307. Il-Papa Klement V ikkonferma l-pussess tal-gżira mill-Kavallieri ta' San Ġwann fl-1309. Il-Kavallieri baqgħu fil-gżira għal żewġ sekli sħaħ.[3][4]
Fl-1444, il-flotta tal-Mamluk immexxija minn Aynal Gecut assedjat lil Rodi, iżda l-Kavallieri, megħjuna mill-kmandant navali minn Bourgogne Geoffroy de Thoisy, irreżista l-attakk tal-Musulmani.
Wara l-Waqgħa ta' Kostantinopli fl-1453, l-Imperu Ottoman beda tkabbir rapidu, u fl-1480 is-Sultan Mehmed il-Konkwistatur bagħat forza invażiva lejn Rodi mmexxija mill-kmandant Mesih Pasha. F'dan l-ewwel assedju Ottoman ta' Rodi, id-difensuri rreżistew l-attakki tat-Torok kemm mill-art kif ukoll mill-baħar, u l-invażuri telqu mill-gżira wara li ġarrbu telfa. It-telfa rażżnet invażjoni oħra li kienet qed issir fl-istess żmien tal-peniżolaTaljana mill-forzi Ottomani u pprevjeniet l-inkursjoni possibbli tal-Musulmani kif ukoll il-kontroll tal-Punent tal-Ewropa.
Wara t-telfa Ottomana fl-1480, il-Gran Mastru tal-Kavallieri Pierre d'Aubusson issorvelja t-tisħiħ tal-bliet matul il-ftit deċennji ta' wara. Sa mewtu fl-1521, Rodi kellha fost l-iżjed fortifikazzjonijiet b'saħħithom ta' kwalunkwe bastjun Kristjan fid-dinja. Il-Kavallieri komplew l-attakki navali varati minn Rodi fuq il-merkanti Musulmani sal-1522, meta s-Sultan il-ġdid Suleiman il-Manjifiku mexxa t-tieni assedju Ottoman fuq Rodi fl-1522.
Minkejja li l-Kavallieri kien ferm inqas mill-Ottomani, għamlu ħilithom biex jiddefendu l-belt u xorta waħda rnexxielhom iwasslu għal bosta midruba u mejtin fost l-Ottomani. F'Diċembru 1522,[5] il-Kavallieri u Suleiman għamlu negozjat u l-Kavallieri tħallew jitilqu mill-belt bil-ġid kollu li setgħu jġorru magħhom, bil-patt li ma jkun hemm l-ebda tpattija kontra l-abitanti tal-belt, li tħallew jipprattikaw il-Kristjaneżmu liberament. Fl-1 ta' Jannar 1523, il-Kavallieri telqu mill-gżira, li baqgħet taħt il-kontroll tal-Ottomani.
Perjodu Ottoman
Fi żmien l-Ottomani nbnew binjiet ġodda: moskej, banjijiet pubbliċi u vilel għall-patruni l-ġodda. Il-Griegi kellhom jabbandunaw il-belt iffortifikata u ttrasferew ruħhom f'subborgi ġodda 'l barra mis-swar tal-belt. Il-belt baqgħet iżżomm il-funzjoni ekonomika prinċipali tagħha bħala suq għall-prodotti agrikoli tan-naħa ta' ġewwa tal-gżira u tal-gżejjer żgħar tal-madwar.
Wara li stabbilew is-sovranità tagħhom fuq il-gżira, it-Torok Ottomani kkonvertew il-biċċa l-kbira tal-knejjes f'moskej u ttrasformaw id-djar il-kbar f'vilel privati jew f'binjiet pubbliċi. Din it-trasformazzjoni kienet proċess fit-tul bl-għan li l-binjiet jiġu adattati għall-istil ta' għajxien tal-Ottomani. Il-faċċata tal-perjodu tal-Kavallieri bit-tiżjin skolpit tagħhom, id-daħliet bl-arkati u l-ħitan bil-ġebel imnaqqax ġew arrikkiti bil-karattru partikolari tal-arkitettura Ottomana, adattata għall-klima u għall-kulturali lokali. F'dan il-proċess, il-biċċa l-kbira tal-karatteristiċi arkitettoniċi tal-binjiet eżistenti ġew ippreservati. L-iżjed żidiet karatteristiċi kienu l-banjijiet (normalment fuq in-naħa ta' wara tal-binjiet) u l-gallariji tal-injam integrati mal-faċċati fuq it-toroq dojoq. B'dan il-mod, il-biċċa l-kbira tal-binjiet tal-perjodu tal-Kavallieri ta' San Ġwann fil-belt Medjevali baqgħu ppreservati sew. Dan wassal għal taħlita ta' arkitettura Orjentali bi fdalijiet arkitettoniċi imponenti tal-Punent, kif ukoll binjiet iktar reċenti, li kienu karatteristiċi tal-arkitettura lokali ta' dak iż-żmien.
Eżempju interessanti tal-arkitettura Ottomana hija l-binja tal-Librerija ta' Hafiz Ahmed Agha.
Fis-seklu 19, il-belt kienet il-belt kapitali tal-Eyalet tal-Arċipelagu, iżda d-deklin tal-Imperu Ottoman irriżulta fit-telqa ġenerali tal-belt u tal-binjiet tagħha, li komplew jiddeterjoraw iktar minħabba t-terremoti qawwijin li spiss heżżew l-inħawi.
Fl-1856, maħżen tal-porvli taħt il-Knisja antika ta' San Ġwann – li x'aktarx kien ilu hemm mill-assedju tal-1522[6] – intlaqat mis-sajjetti, u kkawża splużjoni enormi li qatlet bosta nies, qerdet il-knisja, u qerdet il-biċċa l-kbira tal-Palazz tal-Gran Mastru.[7][8]
Perjodu Taljan
Fl-1912 it-truppi Taljani ħadu l-gżira flimkien mal-kumplament tal-Gżejjer Dodekaniżi, u stabbilew pussess Taljan magħruf bħala l-Gżejjer Taljani tal-Eġew fl-1923.[9] L-arkitettFlorestano Di Fausto jista' jitqies bħala l-missier ta' Rodi Taljana. Bi qbil mal-gvernatur Mario Lago, huwa kien l-awtur tal-pjanta tal-belt tal-1923, u għażel li jirrispetta kważi għalkollox il-belt iffortifikata. Huwa waqqa' biss id-djar li kienu nbnew mas-swar u madwarhom matul il-perjodu Ottoman. Huwa kkonverta wkoll iċ-ċimiterji tal-Lhud u tal-Ottomani f'żona ekoloġika madwar il-belt Medjevali. Fl-istess żmien, huwa ddisinja r-Rodi Taljana l-ġdida fl-inħawi ta' Mandraki, u ppjana Belt tal-Ġonna, u tul ix-xatt prinċipali tal-baħar huwa bena l-binjiet ewlenin, bħas-Suq, il-Katidral ta' San Ġwann, u l-Palazz tal-Gvernatur. Dawn il-binjiet kollha ġew iddisinjati bi stil eklettiku, b'taħlita ta' elementi Ottomani, Venezjani, Rinaxximentali u lokali. It-Taljani ppreservaw dak li kien għad fadal mill-perjodu tal-Kavallieri, u qerdu l-binjiet Ottomani kollha. Barra minn hekk, huma wettqu r-rikostruzzjoni tal-Palazz tal-Gran Mastru. Ġie stabbilit ukoll Istitut għall-Istudju tal-Istorja u l-Kultura tar-reġjun, u sar xogħol kbir ta' infrastruttura biex Rodi tiġi mmodernizzata.
Perjodu tat-Tieni Gwerra Dinjija u wara l-gwerra
Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, l-attakki bil-bombi tal-Alleati li mmiraw lejn iċ-ċentru storiku ta' Rodi fl-1944 qerdu parti sinifikanti tal-belt. Wieħed mill-ewwel digrieti tal-gvern Grieg iddeżinja dawk iż-żoni bħala rriżervati għal skavi futuri u għadd ta' binjiet ġew iddeżinjati bħala binjiet salvagwardjati. F'Lulju 1944, l-awtoritajiet Nażisti ordnaw id-deportazzjoni ta' iktar minn 1,700 Lhud ta' Rodi, inkluż irġiel, nisa u tfal, u minnhom 1,200 ruħ inqatlu f'Auschwitz.
Fl-1957 ġiet approvata pjanta ġdida tal-belt permezz ta' digriet u fl-1960 il-belt Medjevali kollha ġiet iddeżinjata bħala monument protett mill-Ministeru għall-Kultura. Fl-1961 u fl-1963 inħarġu digrieti ġodda rigward il-pjanta l-ġdida tal-belt. Dawn kienu jipprevedu t-twessigħ tat-toroq eżistenti u l-ftuħ ta' toroq ġodda. Madankollu, dawn ma ġewx implimentati fiċ-ċentru storiku tal-belt Medjevali minħabba r-reżistenza tas-Servizz Arkeoloġiku. Fl-1988, il-belt Medjevali ta' Rodi tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.
Sit ta' Wirt Dinji
Il-Belt Medjevali ta' Rodi ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1988.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-artimonumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".[1]
Gvern
Il-belt ta' Rodi hija l-belt kapitali tal-gżira ta' Rodi li mill-2011 saret muniċipalità unika u tal-unità reġjonali ta' Rodi. Kienet il-belt kapitali tal-eks Prefettura tal-Gżejjer Dodekaniżi u attwalment tospita bosta uffiċċji u servizzi tar-reġjun tan-Nofsinhar tal-Eġew.
Bħala ċentru amministrattiv, il-belt tospita wkoll bosta uffiċċji u servizzi, fosthom:
il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija tal-Gżejjer Dodekaniżi;
il-kwartier ta' La Juderia, inkluż is-Sinagoga ta' Kahal Shalom;
l-Akropoli ta' Rodi;
il-Moskea ta' Mehmet Aga;
il-Moskea ta' Suleiman il-Manjifiku;
is-swar Medjevali, maħluqa f'nofs is-seklu 14 fuq linja preċedenti u rikostruwiti wara l-assedju Ottoman tal-1480 u t-terremot tas-sena ta' wara. Fl-1522 Suleiman daħal fil-belt mid-Daħla ta' San Anastażju;
il-binjiet Gotiċi fil-parti storika ta' fuq tal-belt;
dan l-aħħar ġie skavat il-port Biżantin, fejn ġew skoperti r-relitti uniċi ta' nawfraġji Medjevali;
il-Katidral ta' San Franġisk t'Assisi;
Panagia tou Kastrou.
Ġeografija
Il-belt ta' Rodi tinsab fit-tarf tal-Grigal tal-gżira u tifforma triangolu mit-Tramuntana għan-Nofsinhar. L-unità muniċipali għandha erja ta' 19.481 km2. Din hija l-iżgħar unità muniċipali tal-gżira bħala erja u l-ikbar bħala popolazzjoni. Tmiss mal-Baħar Eġew fit-Tramuntana, fil-Lvant u fil-Punent u mal-muniċipalitajiet ta' Ialysos u ta' Kallithea fin-Nofsinhar.
Klima
Skont il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen, Rodi hija kklassifikata bħala klima Mediterranja bi sjuf sħan (Csa). Skont id-data tal-istazzjon meteoroloġiku tal-Fond Muniċipali tal-Port tan-Nofsinhar tal-Gżejjer Dodekaniżi, il-belt tirreġistra temperatura annwali medja ta' 20.7°C.
Il-belt uffiċjalment għandha popolazzjoni permanenti ta' 49,541 ruħ fiċ-ċensiment tal-2011 iżda huwa stmat li xi 65,000-70,000 ruħ li jirresjedu b'mod permanenti fil-limiti tal-belt. Matul is-sajf, il-popolazzjoni tilħaq il-100,000 ruħ bis-saħħa tal-25,000-30,000 sodda fil-lukandi fi ħdan il-limiti tal-belt kif ukoll bis-saħħa tal-bosta ħaddiema staġonali li jiġu mill-bqija tal-Greċja minħabba l-qgħad kbir l-iktar fil-partijiet peniżolari tal-pajjiż.
Sena
Popolazzjoni
Bidla ±
1951
24,280
-
1961
28,119
+3,839
1971
33,100
+4,981
1981
41,425
+8,325
1991
43,558
+2,133
2001
53,709
+10,151
2011
49,541
-4,168
Edukazzjoni
Faċilitajiet edukattivi statali skont il-kategorija:
Edukazzjoni primarja: 21 skola primarja;
Edukazzjoni sekondarja: 7 skejjel sekondarji u 7 liċej;
Edukazzjoni postsekondarja: xi dipartimenti tal-Università tal-Eġew, Skejjel Superjuri u Inferjuri tat-Turiżmu u xi istituti privati.
F'dawn l-aħħar snin ġew stabbiliti wkoll żewġ skejjel privati li joffru klassijiet mill-primarja sal-liċeo. Waħda minnhom tinsab fi ħdan il-limiti tal-belt u jisimha Rodion Paideia. L-Iskola tal-Mużika ta' Rodi tinsab eżatt barra mil-limit tal-belt, fil-villaġġ ta' Koskinou.
Saħħa
L-isptar ġenerali statali ta' Rodi jinsab fid-distrett tal-Lbiċ ta' Agioi Apostoloi. Inbena inqas minn 20 sena ilu u huwa faċilità moderna b'bosta dipartimenti, u huwa wkoll il-bażi għall-ambulanzi tal-EKAV li jaqdu l-belt u l-parti tat-Tramuntana tal-gżira. L-isptar huwa mgħammar ukoll b'żona tal-inżul għall-ħelikopters f'każijiet urġenti minn inħawi oħra fil-kumplament tal-Gżejjer Dodekaniżi.
Sptar privat, Euromedica, jopera wkoll ftit 'il barra mil-limiti tal-belt, fin-naħa tal-Punent ta' Koskinou. Bosta faċilitajiet mediċi privati joperaw ukoll fi ħdan il-belt, filwaqt li bosta tobba privati għandhom il-kliniki tagħhom fiċ-ċentru tal-belt jew fil-madwar.
Trasport
Bl-ajru
Kemm il-belt kif ukoll il-gżira ta' Rodi huma moqdija mill-Ajruport Internazzjonali ta' Diagoras, li jinsab 14-il kilometru (9 mili) fil-Lbiċ tal-belt. Dan l-ajruport huwa kkollegat mal-ajruporti Griegi ewlenin l-oħra kollha u ma' Ċipru matul is-sena kollha. Matul l-istaġun turistiku, it-titjiriet internazzjonali jikkollegaw il-gżira ma' bosta bliet Ewropej u ma' Iżrael, mal-Eġittu u mal-Libanu.
Bil-baħar
Il-belt fiha tliet portijiet ewlenin li għandhom skopijiet differenti. Il-port ta' Kolona jaqdi t-traffiku bejn il-Gżejjer Dodekaniżi, il-port Ċentrali jaqdi l-bastimenti tal-kruċieri u t-traffiku internazzjonali u l-port ta' Akandia jaqdi t-traffiku domestiku kif ukoll tal-merkanzija.
Kuljum il-laneċ jikkollegaw il-gżira ta' Rodi ma' diversi gżejjer fil-madwar fi ħdan il-Gżejjer Dodekaniżi, kif ukoll mal-Gżejjer Ċikladi u mal-art kontinentali tal-Greċja (Pireaus), filwaqt li darbtejn fil-ġimgħa jkun hemm lanċa li tmur sa Heraklion, Kreta, u lura. Barra minn hekk, hemm rotot frekwenti mill-irħula Torok tal-kosta ta' faċċata u lura, fosthom Marmaris u Fethiye. Rodi hija wkoll port popolari tal-wasla tal-bastimenti tal-kruċieri, speċjalment fix-xhur tas-sajf.
Il-belt ta' Rodi fiha wkoll żewġ marinas, waħda muniċipali fiċ-ċentru ta' Mandraki u oħra privata qrib il-port ta' Akandia.
Fuq l-art
Is-sistema tat-tranżitu pubblika tal-belt hija operata mill-kumpanija muniċipali tal-karozzi tal-linja msejħa RODA (karozzi tal-linja ta' lewn blu u/jew abjad) u tikkonsisti minn network ta' karozzi tal-linja li jikkollegaw iċ-ċentru tal-belt mad-distretti iżda jikkollegaw il-belt mal-bliet u l-irħula periferiċi (Faliraki fil-Lvant u Ixia, Ialysos, Tholos fil-Punent) kif ukoll mal-Ajruport Internazzjonali ta' Rodi. Iċ-ċentru tal-belt huwa wkoll il-punt tat-tluq għall-karozzi tal-linja ta' KTEL (karozzi tal-linja ta' lewn oranġjo) li jaqdu r-rotot suburbani tal-kosta tal-Lvant tal-gżira. Hemm proposta biex il-karozzi tal-linja ta' KTEL jirrilokaw fl-ispazju disponibbli ħdejn il-port ta' Akandia iżda għadu mhux magħruf jekk din il-proposta hijiex se titwettaq u filkas meta.
Is-servizz tat-taksi huwa disponibbli b'mod mifrux fil-belt u normalment wieħed jista' jsib taksi f'postijiet iddeżinjati apposta għat-taksi jew permezz tat-telefon jew tal-mowbajl. Meta jkun l-eqqel tal-istaġun turistiku, normali li jkun hemm kju twil fil-postijiet iddeżinjati għat-taksi minħabba ż-żieda kbira fid-domanda.
Snin ilu ġew ippreżentati pjanijiet għal network tat-tramm ta' 16-il kilometru li jikkonsisti minn żewġ linji u 13-il stazzjon, iżda minn dak iż-żmien ma twettaq xejn minn dan x'aktarx minħabba n-nuqqas ta' fondi.
In-network tat-toroq tal-belt fil-biċċa l-kbira tagħhom huma l-iktar toroq dojoq u b'direzzjoni waħda tat-traffiku. L-arterji l-kbar ma tantx ilaħħqu ma' żieda fit-traffiku u b'hekk il-konġestjonijiet huma inevitabbli fl-eqqel sigħat tat-traffiku. Il-parkeġġ speċjalment madwar iċ-ċentru tal-belt u matul il-ħinijiet tas-suq kif ukoll matul is-staġun tas-sajf huwa tassew diffiċli minħabba nuqqas ta' spazji liberi, minkejja li jsir monitoraġġ tiegħu mill-muniċipalità u tiġi imposta tariffa għall-parkeġġ. Attwalment il-muniċipalità qed tiżviluppa mill-ġdid ċerti żoni vojta qrib iċ-ċentru għall-parkeġġ u dan mistenni jnaqqas ftit mit-traffiku. Teżisti wkoll triq ewlenija mad-dawra tal-belt iżda għadha mhux kompluta. Attwalment tikkollega l-port ta' Rodi mat-triq bejn Rodi u Kallithea. Il-belt hija wkoll il-punt tat-tluq ta' tlieta mill-ħames toroq ewlenin tal-gżira li jikkollegawha ma' Faliraki permezz tat-triq bejn Rodi u Kallithea, ma' Lindos permezz tat-triq bejn Rodi u Lindos, u mal-kosta tal-Punent (Ialysos, l-ajruport, Tholos, Kamiros) permezz tat-triq bejn Rodi u Kamiros.
Midja
Televiżjoni u radju
Il-biċċa l-kbira tal-istazzjonijiet televiżivi tan-nazzjon ixandru fil-belt. Hemm ukoll ħames stazzjonijiet televiżivi lokali u għadd ta' stazzjonijiet lokali u nazzjonali tar-radju.
Gazzetti
Hemm żewġ ġurnali li jinħarġu għall-belt u għar-reġjun kollu tal-madwar. Barra minn hekk, hemm gazzetti oħra b'temi speċifiċi:
I Dimokratiki Δημοκρατική της Ρόδου (litteralment "Id-Demokratiku", kuljum għajr it-Tnejn).
Sport
Il-belt wara perjodu batut twil ta' kważi 15-il sena qed terġa' tara bosta sport tat-timijiet. Il-futbol u l-basketball huma l-iżjed popolari, iżda f'dawn l-aħħar snin varjetà wiesgħa ta' sport bdew jitfaċċaw, pereżempju r-rugby.
Futbol
Il-belt għandha żewġ timijiet tal-futbol ewlenin: Diagoras GS u AS Rodos, li wara perjodu twil neqsin, reġgħu preżenti f'livell nazzjonali u kkompetew fit-Tieni Diviżjoni Nazzjonali Griega tal-Futbol matul l-istaġun tal-2017-2018, u t-tim tal-aħħar ġie rrelegat għal-lega lokali. Il-kumplament tat-timijiet ibbażati fil-belt jikkompetu fid-Diviżjonijiet Dilettanteski lokali u jinkludu timijiet li fl-imgħoddi kienu jikkompetu fil-livell nazzjonali bħal ARS Rodiakos u DANS Dorieas.
Basketball
Għal dawn l-aħħar 15-il sena, il-basketball ġie rrappreżentat fil-livell nazzjonali minn Kolossos Rodou BC, li ilu jikkompeti fit-Tornew Nazzjonali A1 Ethniki mill-2007. Timijiet oħra, attivi jew antiki, huma AS Diagoras Rodi li kellhom preżenza notevoli xi snin ilu fil-livelli inferjuri nazzjonali C u B, Rodion Athlisis, Galazia Akadimia u l-eks timijiet ASK Ibiskos, DANS Dorieas u AS Rodos. Il-belt tospita wkoll lil AS Dodekanisos, il-mimmi tal-għajnejn tal-Eġew li jikkompeti b'mod ewlieni fit-tornew nazzjonali tal-basketball għan-nies b'diżabbiltà.
Volleyball
Rodion Athlisis jikkompeti b'suċċess għal dawn l-aħħar sentejn fit-Tornew A2 Ethniki tal-volleyball għal żewġ staġuni konsekuttivi (l-2017 u l-2018) fil-logħbiet playoff. Il-kumplament tat-timijiet tal-belt jikkompetu fil-livell lokali.
Oħrajn
Varjetà ta' sport ieħor huwa disponibbli wkoll u qed jiżviluppa fil-belt. Fir-rugby it-tim iffurmat reċentement Colossoi ta' Rodi wasal sal-finali tat-tornew ewlieni tal-isport għat-tieni darba wara xulxin. Il-Klabb Nawtiku ta' Rodi u Ygros Stivos ta' Rodi għandhom timijiet tal-waterpolo fid-diviżjonijiet nazzjonali l-iktar inferjuri; il-Klabb tat-Tennis u tal-Ping-Pong ta' Rodi fil-faċilitajiet b'sjieda privata; AS Diagoras ta' Rodi għandu timijiet kompetittivi fiċ-ċikliżmu u fl-atletika. Finalment, il-jiu jitsu, il-karate, tae-kwon-do u arti marzjali oħra tal-Lvant huma disponibbli b'timijiet lokali b'suċċess nazzjonali sporadiku.
Siti sportivi
Il-belt għandha tliet postijiet ewlenin għall-isport: l-Istadium Muniċipali ta' Rodi u ċ-Ċentru Nazzjonali tal-Atletika ta' Kallipateira joffru attivitajiet fil-beraħ filwaqt li s-Sala Muniċipali Interna ta' "Venetokleio" tintuża għall-isport fuq ġewwa. L-Istadium Muniċipali ta' Agioi Apostoloi jintuża unikament għall-futbol filwaqt li l-l-areni sportivi fil-beraħ tal-klabbs ta' Diagoras u ta' Rodion Athlisis b'sjieda privata jintużaw għal diversi dixxiplini u joperaw ukoll pixxina interna tal-għawm ta' 25 metru.
Relazzjonijiet internazzjonali
Konsulati
Il-belt ta' Rodi fiha wkoll bosta konsolati barranin.[14]
Східна область Eastern Region — Область — Вид Східна область Координати: 00°25′ пн. ш. 033°12′ сх. д. / 0.417° пн. ш. 33.200° сх. д. / 0.417; 33.200 Країна Уганда Площа - Повна 39 478 км² Населення (2011) - Усього 8 623 300 - Густо
Cet article est une ébauche concernant une localité kosovare. Vous pouvez partager vos connaissances en l’améliorant (comment ?) selon les recommandations des projets correspondants. Vërnez Vrnez, Врнез Administration Pays Kosovo District Gjilan/Gnjilane (Kosovo)Kosovo-Pomoravlje (Serbie) Commune Viti/Vitina Démographie Population 1 hab. (2011) Géographie Coordonnées 42° 18′ 01″ nord, 21° 28′ 42″ est Altitude 832 m Localisat...
Pour le jeu vidéo de 1979, voir Lunar Lander (jeu vidéo, 1979). Atterrisseur Apollo 16 LM Le Lunar Lander est un genre de jeux vidéo vaguement inspiré de l’atterrissage du module lunaire Apollo sur la Lune. Dans ce genre de jeu, le joueur dirige généralement un vaisseau spatial et tente de le faire atterrir sur la Lune ou sur un autre corps céleste en utilisant ses propulseurs pour ralentir et contrôler sa descente jusqu’à l’aire d’atterrissage. Heurter le sol ou un obstacle ...
Art rockPink Floyd menampilkan album konsep mereka The Dark Side of the Moon (1973)Nama lainRock progresifSumber aliran Rock eksperimental[1] avant-garde[1] psychedelic rock[2] folk[3] jazz[1] classical[4] Sumber kebudayaan1960-an, Amerika Serikat dan Britania RayaBentuk turunan Krautrock[5] post-progresif[6] post-punk[7] Topik lainnya Art music art pop concept album progressive pop rock opera rockism Art rock adalah sebu...
Croatian basketball player Tomislav ZubčićNo. 1 – Napoli BasketPositionPower forward / centerLeagueLega Basket Serie APersonal informationBorn (1990-01-17) January 17, 1990 (age 33)Zadar, SR Croatia, SFR YugoslaviaNationalityCroatianListed height6 ft 11 in (2.11 m)Listed weight242 lb (110 kg)Career informationNBA draft2012: 2nd round, 56th overall pickSelected by the Toronto RaptorsPlaying career2007–presentCareer history2007–2008KK Rudeš2008–2...
1960 studio album by Ella FitzgeraldElla Fitzgerald Sings Songs from the Soundtrack of Let No Man Write My EpitaphStudio album by Ella FitzgeraldReleased1960RecordedApril 14–April 19, 1960StudioUnited Western (Hollywood)GenreJazzLength41:58LabelVerveProducerNorman GranzElla Fitzgerald chronology Ella Wishes You a Swinging Christmas(1960) Ella Fitzgerald Sings Songs from the Soundtrack of Let No Man Write My Epitaph(1960) Ella Fitzgerald Sings the Harold Arlen Songbook(1961) CD relea...
Plan der Metro Baku Die Liste der Stationen der Metro Baku führt 27 betriebene U-Bahn-Stationen verteilt auf drei Linien auf. Neun weitere Stationen sind in Bau. Die Linie 1, die auch als Rote Linie (Qırmızı xətt) bezeichnet wird, hat 13 U-Bahn-Stationen, die Linie 2, die auch als Grüne Linie (Yaşıl xətt) bezeichnet wird, hat zehn Stationen und die Linie 3, die auch als Lila Linie (Bənövşəyi xətt) bezeichnet wird, hat vier Stationen.[1] Liste der U-Bahn-Statio...
Grande Prêmio do Barém de F-1 2022 Grande Prêmio do Barém de 2022. Detalhes da corrida Data 20 de março de 2022 Nome oficial 2022 Formula 1 Gulf Air Bahrain Grand Prix Local Circuito Internacional do Barém, Sakhir, Barém Total 57 voltas / 308.238 km Pole Piloto Charles Leclerc Ferrari Tempo 1:30.558 Volta mais rápida Piloto Charles Leclerc Ferrari Tempo 1:34.570 (na volta 51) Pódio Primeiro Charles Leclerc Ferrari Segundo Carlos Sainz Jr. Ferrari Terceiro Lewis Hamilton Mercedes Cron...
Sunshine SlamSportCollege BasketballFounded2019FounderGazelle GroupNo. of teams8CountryUnited StatesVenue(s)Ocean CenterDaytona Beach, FLTV partner(s)FloHoopsCBS Sports NetworkOfficial websiteSunshine Slam The Sunshine Slam is a two-day college basketball tournament featuring eight teams in two separate four-team brackets founded in 2019. The inaugural tournament in 2019 was a round-robin tournament held at Silver Spurs Arena in Kissimmee, FL.[1] The Northeast Conference is the host o...
Former automobile race The Peking to Paris motor race was an automobile race, originally held in 1907, between Peking (now Beijing), then Qing China (now the People's Republic of China) and Paris, France (then the Third French Republic), a distance of 14,994 kilometres (9,317 mi). The idea for the race came from a challenge published in the Paris newspaper Le Matin on 31 January 1907, reading: What needs to be proved today is that as long as a man has a car, he can do anything and go any...
Railway station in Surrey, England FarnhamGeneral informationLocationFarnham, WaverleyEnglandGrid referenceSU844465Managed bySouth Western RailwayPlatforms2Other informationStation codeFNHClassificationDfT category C2HistoryOpened8 October 1849Passengers2017/18 1.563 million Interchange 8532018/19 1.563 million Interchange 1,0062019/20 1.548 million Interchange 25,3402020/21 0.274 million Interchange 6,2522021/22 0.931 million Interchange ...
French admiral and son of Charles de Gaulle This article includes a list of references, related reading, or external links, but its sources remain unclear because it lacks inline citations. Please help to improve this article by introducing more precise citations. (January 2022) (Learn how and when to remove this template message)Philippe de GaulleSenator for ParisIn office2 October 1986 – 30 September 2004 Personal detailsBornPhilippe Henri Xavier Antoine de Gaulle (1921-12-28) 28...
2006 studio album by Gordon Goodwin's Big Phat BandThe Phat PackStudio album by Gordon Goodwin's Big Phat BandReleasedJune 13, 2006 (2006-06-13)StudioCapitol Records and Conway Studios, Hollywood, California; O'Henry Studios, Burbank; Rimrock Studios, Thousand Oaks; Vertical Sound, Nashville, TennesseeGenreJazz, big bandLength75:05LabelImmergentProducerGordon Goodwin, Evan Johnson, Dan Savant, David TeddsGordon Goodwin's Big Phat Band chronology XXL(2003) The Phat Pack(...
Wahrscheinlichkeitsfunktion der Poisson-Verteilung für die Erwartungswerte λ {\displaystyle \lambda } = 1, 5 und 9 Die Poisson-Verteilung (benannt nach dem Mathematiker Siméon Denis Poisson) ist eine Wahrscheinlichkeitsverteilung, mit der die Anzahl von Ereignissen modelliert werden kann, die bei konstanter mittlerer Rate unabhängig voneinander in einem festen Zeitintervall oder räumlichen Gebiet eintreten. Sie ist eine univariate diskrete Wahrscheinlichkeitsverteilung, die einen h...
Brest Business School UbicazioneStato Francia CittàBrest Dati generaliMottoLes nouvelles voies de la réussite Fondazione1962 TipoGrande école privata (business school) FacoltàManagement RettoreDai Shen Studenti806 AffiliazioniCGE Mappa di localizzazione Sito web Modifica dati su Wikidata · Manuale Brest Business School o BBS (in precedenza École supérieure de commerce Bretagne Brest) è una business school fondata a Brest nel 1962[1]. La scuola è sviluppata fino a un...
American judge Jonas GalushaFrontispiece of Volume V of Records of the Governor and Council of the State of Vermont. 1877.8th Governor of VermontIn officeOctober 14, 1815 – October 23, 1820LieutenantPaul BrighamPreceded byMartin ChittendenSucceeded byRichard Skinner6th Governor of VermontIn officeOctober 14, 1809 – October 23, 1813LieutenantPaul BrighamPreceded byIsaac TichenorSucceeded byMartin Chittenden Personal detailsBorn(1753-02-11)February 11, 1753Norwich,...
2002 video gameStar Wars: Episode II – Attack of the ClonesDeveloper(s)David A. Palmer ProductionsPublisher(s)THQProducer(s)James PalmerProgrammer(s)Andrew BowenMatthew HopwoodArtist(s)Ian TerryStoo CambridgeTim ClaycombPaul SimonJames ClarkeComposer(s)Allister BrimbleWill DavisMichael DelaneyPlatform(s)Game Boy AdvanceReleaseNA: May 30, 2002EU: June 21, 2002Genre(s)ActionMode(s)Single-player Star Wars: Episode II – Attack of the Clones is a video game based on the film of the same name. ...
12th state election of Penang, held on 8 March 2008 2008 Penang state election ← 2004 8 March 2008 2013 → ← outgoing membersmembers elected →40 seats to the Penang State Legislative Assembly21 seats needed for a majorityRegistered709,323Turnout542,856 Majority party Minority party Leader Lim Guan Eng Koh Tsu Koon Party DAP GERAKAN Alliance PR BN Leader since 20 February 2008 (2008-02-20) 21 October 1990...