Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fl-Iżvezja

It-tinqix fil-blat ta' Tanum.

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Ir-Renju tal-Iżvezja rratifika l-Konvenzjoni fit-22 ta' Jannar 1985, u b'hekk is-siti indikattivi tiegħu setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]

Mill-2020 l-Iżvezja għandha ħmistax-il Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, fosthom tlettax-il sit kulturali, sit naturali u sit imħallat. L-ewwel Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Iżvezja kien id-Dominju Rjali ta' Drottningholm, li tniżżel fil-15-il sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji, li sar f'Kartaġni, it-Tuneżija, fl-1991.[4] L-iżjed sit reċenti li żdied mal-lista huma l-Irziezet Imżejnin ta' Hälsingland, li żdied fl-2012.

Hemm żewġ siti transnazzjonali. Is-sit ta' Kosta Għolja / l-Arċipelagu ta' Kvarken huwa kondiviż mal-Finlandja, filwaqt li l-Ark Ġeodetiku ta' Struve huwa kondiviż ma' disa' pajjiżi oħra.

Siti ta' Wirt Dinji

L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[5]

NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)

Sit Ritratt Post Sena tad-deżinjazzjoni Kriterji tal-għażla Deskrizzjoni
Palazz ta' Drottningholm Palace with a yellow facade and green roof, park in front Stokkolma 1991 iv (kulturali) Il-Palazz ta' Drottningholm huwa r-residenza privata tal-familja rjali Żvediża, u jinsab fuq il-gżira ta' Lovön fil-Lag ta' Mälaren f'subborg ta' Stokkolma. Il-proprjetà tmur lura għas-seklu 17, b'modifiki li saru fis-seklu 18, u tinkludi t-teatru li għadu operattiv, Paviljun Ċiniż, villaġġ taparsi, u ġonna fil-madwar. Il-palazz minn ġewwa mżejjen b'mod rikk u dan jirrifletti l-fatt li l-Iżvezja kienet waħda mill-ikbar poteri fl-Ewropa tas-seklu 17. L-arkitettura tal-kumpless ġiet influwenzata mill-Palazz ta' Versailles.[6]
Birka u Hovgården People observing archaeological excavation Stokkolma 1993 iii, iv (kulturali) Iż-żewġ siti li jiffurmaw kumpless arkitettoniku minn żmien il-Vikingi. Birka kien raħal merkantili importanti u ċentru kummerċjali fir-reġjun Baltiku li laħaq il-quċċata tiegħu bejn is-750 u d-980 W.K. Kien ukoll is-sit tal-ewwel kongregazzjoni Kristjana fl-Iżvezja, stabbilita minn San Ansgar għall-ħabta tat-830. Birka qabad it-triq tan-niżla fis-seklu 10 meta Sigtuna sar iċ-ċentru kummerċjali ewlieni. Ir-residenza rjali baqgħet fil-qrib f' Hovgården, kif joħroġ fid-dieher mill-kitba mnaqqxa fuq il-ħaġra runika u mill-fdalijiet ta' Alsnö hus, il-post fejn sar il-Kunsill Irjali tal-1280, li stabbilixxa l-pedamenti tas-sistema fewdali Medjevali Żvediża.[7]
Fabbrika tal-Ħadid ta' Engelsberg Some of the buildings of the complex, painted red Västmanland 1993 iv (kulturali) Il-Fabbrika tal-Ħadid ta' Engelsberg hija l-iżjed eżempju ppreservat tajjeb u komplut ta' fabbrika tal-ħadid (järnbruk) tas-sekli 17 sa 19 fl-Iżvezja, meta l-Iżvezja kienet fuq quddiem nett fid-dinja f'dan il-qasam. It-tradizzjoni tal-estrazzjoni u tat-tidwib tal-minerali tal-ħadid fl-inħawi tmur lura għas-seklu 12. L-ewwel forn tal-blast inbena fl-1681 biex jiġi prodott il-ħadid fondut grezz, filwaqt li l-forn attwali nbena fl-1778-1779 u kien jinkorpora għadd ta' innovazzjonijiet teknoloġiċi ta' dak iż-żmien. Forġeriji u fran addizzjonali nbnew fis-seklu 19. Il-fabbrika tal-ħadid għalqet fl-1919 peress li ma kinitx vijabbli iktar ekonomikament. Iktar minn 50 binja minn żminijiet differenti u b'funzjonijiet differenti ġew ippreservati, inkluż il-binjiet teknoloġiċi, amministrattivi u residenzjali.[8]
Tinqix fuq il-Blat f'Tanum Carvings representing people and boats, painted red Västra Götaland 1994 i, iii, iv (kulturali) It-tinqix fuq il-blat imnaqqxa fuq saff tal-qiegħ tal-granit oriġina minn Żmien il-Bronż Nordiku (għall-ħabta tal-1700 sal-500 Q.K.). Hemm madwar 1,500 sit magħruf b'tinqix ta' bnedmin, annimali, armi, għodod, u suġġetti oħra. Dawn jipprovdu evidenza dwar il-ħajja u t-twemmin tan-nies li għamluhom, u xi postijiet ġew interpretati bħala ċentri kontemporanji primarji ta' qima u ta' ġieħ.[9] Xi tinqix ġie mimli bl-aħmar biex ikun iktar viżibbli għat-turisti; prattika li ġiet ikkritikata għaliex tneħħi l-awtentiċità u l-istat oriġinali tat-tinqix.[10][11]
Skogskyrkogården Cemetery and trees, a path in the right side of the picture Stokkolma 1994 ii, iv (kulturali) Skogskyrkogården, "iċ-Ċimiterju fil-Boskijiet", huwa ċimiterju li jinsab fin-Nofsinhar ta' Stokkolma ċentrali, fid-distrett ta' Gamla Enskede. Ġie ddisinjat mill-arkitetti Gunnar Asplund u Sigurd Lewerentz fis-sit ta' eks fosos taż-żrar li fuqhom kibru s-siġar taż-żnuber. Inbena fl-1917-1920, u binjiet addizzjonali żdiedu sal-1940. Skogskyrkogården huwa eżempju sinifikanti ta' kif karatteristiċi arkitettoniċi jistgħu jiġu integrati għalkollox fl-ambjent u kellu influwenza kbira fuq id-disinn taċ-ċimiterji f'bosta pajjiżi madwar id-dinja.[12]
Raħal Anseatiku ta' Visby Visby fortification walls Gotland 1995 iv, v (kulturali) Ir-raħal ta' Visby, fuq il-gżira ta' Gotland, kien iċ-ċentru prinċipali tal-Lega Anseatika fir-reġjun Baltiku mis-sekli 12 sa 14. Oriġinarjament kien insedjament tal-Vikingi f'pożizzjoni strateġika mal-kosta b'port naturali, imkenni b'formazzjonijiet weqfin tal-irdumijiet. Fis-seklu 13 Visby ġie ttrasformat f'metropoli impressjonanti, imdawra b'ħajt difensiv b'saħħtu (is-Swar tal-Belt ta' Visby). Ġew ippreservati iktar minn 200 maħżen u abitazzjoni tal-merkanti mill-Medju Evu. Ir-rwol ta' Visby beda jbatti fit-tieni nofs tas-seklu 14 minħabba l-gwerer, il-piraterija, u l-bidliet fir-rotot kummerċjali. Il-belt qabdet it-triq tan-niżla wara li nsterqet minn armata minn Lübeck fl-1525.[13]
Raħal tal-Knisja ta' Gammelstad, Luleå Church, surrounded by red wooden houses Norrbotten 1996 ii, iv, v (kulturali) Gammelstad huwa l-eqdem "raħal tal-knisja" u l-iżjed wieħed ippreservat tajjeb. Huwa tip ta' insedjament li fl-imgħoddi kien komuni fit-Tramuntana tal-Iskandinavja. Ir-raħal jikkonsisti minn knisja tal-ġebel tas-seklu 15, il-Knisja ta' Nederluleå, imdawra b'iktar minn 400 dar tal-injam li kienu nbnew għall-fidili li kienu jiġu lejn Gammelstad nhar ta' Ħadd u għall-festi reliġjużi. Peress li ż-żona tal-madwar ma tantx kienet wisq popolata u l-ivvjaġġar lejn ir-raħal kien pjuttost iebes f'kundizzjonijiet klimatiċi diffiċli, id-djar kienu jintużaw bħala abitazzjonijiet biex il-fidili jkunu jistgħu jorqdu u jistrieħu qabel ma jerġgħu jmorru lura lejn darhom.[14]
Lapponja Żvediża River delta, look from above Norrbotten 1996 iii, v, vii, viii, ix (imħallat) Is-sit tal-Lapponja Żvediża huwa żona muntanjuża enormi fit-Tramuntana tal-Iżvezja. Iż-żona tkopri 9,400 kilometru kwadru (3,600 mil kwadru), u hija l-ikbar żona naturali mhux modifikata fid-dinja li għadha tiġi mħaddma mill-popolazzjoni indiġena, jiġifieri l-poplu Saami li jirgħu r-renni u jsegwu mogħdijiet tal-migrazzjoni kull sena. Hemm erba' parks nazzjonali u żewġ riżervi naturali fiż-żona, li hija importanti wkoll għall-formazzjonijiet tal-art glaċjali u għall-bijodiversità tagħha.[15] Iż-żona ta' biswit fin-Norveġja, Tysfjord, il-fjord ta' Hellemobotn u Rago, attwalment qed jitqiesu biex fil-ġejjieni jiżdiedu ma' dan is-sit.[16]
Port Navali ta' Karlskrona A church in the middle of the square, some cars parked in front Blekinge 1998 ii, iv (kulturali) Karlskrona hija l-unika belt Żvediża bi stil Barokk. Ġiet stabbilita fl-1680, matul ir-renju tar-Re Karlu XI, biex tissostitwixxi lil Stokkolma bħala l-bażi navali l-ġdida għall-Flotta Navali Żvediża, li kienet qawwa navali kbira dak iż-żmien. Minbarra l-belt, is-sit jinkludi l-infrastruttura navali fil-gżira ta' Trossö flimkien mal-fortifikazzjonijiet interni tagħha, il-fortifikazzjonijiet esterni fiċ-Ċittadella ta' Drottningskär u l-Forti ta' Kungsholms, kif ukoll il-Villa ta' Skärfva u l-Impjant tal-Kuruna f'Lyckeby. Ispirata minn bażijiet navali iktar antiki, Karlskrona min-naħa tagħha influwenzat il-bażijiet navali sussegwenti u l-bliet ta' dan it-tip.[17]
Pajsaġġ Agrikolu tan-Nofsinhar ta' Öland Grass field, stone enclosures and a fortress in the background Kalmar 2000 iv, v (kulturali) Il-parti tan-Nofsinhar tal-gżira ta' Öland fil-Baħar Baltiku hija ddominata minn promontorju enormi tal-ġebla tal-ġir magħruf bħala Stora Alvaret. Il-gżira ilha abitata għal madwar ħamest elef sena. Il-ħamrija mhux għammiela kienet xkiel għall-użu tal-art. Għal millenji sħaħ, ċerti żoni intużaw bħala mergħat u oħrajn intużaw għall-agrikoltura.[18]
Höga Kusten / Arċipelagu ta' Kvarken* A gulf surrounded by forest on both sides Västernorrland 2000 viii (naturali) Kemm il-Kosta Għolja (li oriġinarjament kienet tniżżlet waħedha) kif ukoll l-Arċipelagu ta' Kvarken (fil-Findlandja; estiż fl-2006) jinsabu fil-Golf tal-Botnija u jinkludu eluf ta' gżejjer. Iż-żona turi l-effetti prominenti tal-olzar postglaċjieri tal-art wara t-tidwib tal-medda tas-silġ kontinentali wara l-Aħħar Massimu Glaċjali (u b'hekk tneħħa l-piż tal-glaċjieri), bejn 10,000 u 24,000 sena ilu. L-olzar, f'xi postijiet sa kważi 300 metru (980 pied), qed jibdel il-pajsaġġ b'mod kostanti.[19]
Żona tal-Estrazzjoni tal-Muntanja l-Kbira tar-Ram f'Falun Open pit mine and mining infrastructure in the background Dalarna 2001 ii, iii, v (kulturali) Il-Muntanja l-Kbira tar-Ram kienet wieħed mill-iżjed siti tal-estrazzjoni importanti fl-Ewropa, speċjalment fil-produzzjoni dominanti tar-ram. L-operazzjonijiet tal-estrazzjoni bdew fis-seklu 9 u laħqu l-qofol tagħhom fis-seklu 17. L-iżjed karatteristika prominenti tas-sit huwa l-Foss il-Kbir (Stora Stöten). Minbarra l-wirt industrijali u tal-estrazzjoni, bosta insedjamenti żgħar tax-xogħol fil-minjieri jixhdu l-iżvilupp soċjoekonomiku tal-komunitajiet tal-estrazzjoni.[20]
Stazzjon tar-Radju ta' Grimeton, Varberg White main building and antennas in the background Halland 2004 ii, iv (kulturali) L-Istazzjon tar-Radju ta' Grimeton huwa stazzjon bikri tat-telegrafija bla fili fuq mewġa twila, li nbena fl-1922-1924. Is-sit huwa magħmul mill-binjiet prinċipali, iddisinjati bi stil Neoklassiku mill-arkitett Carl Åkerblad, u mit-torrijiet tal-antenni għoljin 127 metru (417-il pied), li meta nbnew kienu l-ogħla strutturi fl-Iżvezja. L-istazzjon juża t-teknoloġija bikrija tat-trażmettitur preelettroniku tar-radju msejħa alternatur ta' Alexanderson u għadu operattiv għalkollox.[21]
Ark Ġeodetiku ta' Struve* Norrbotten 2005 ii, iii, vi (kulturali) L-Ark Ġeodetiku ta' Struve huwa serje ta' punti ta' triangulazzjoni, mifruxa fuq distanza ta' iżjed minn 2,820 kilometru minn Hammerfest fin-Norveġja sal-Baħar l-Iswed. Il-punti ġew stabbiliti fi stħarriġ mill-astronomu Friedrich Georg Wilhelm Struve li kien l-ewwel wieħed li wettaq kejl bir-reqqa ta' segment twil tal-meridjan – u miegħu anke d-daqs u l-għamla tad-Dinja. Oriġinarjament, kien hemm 165 punt b'kollox. Is-Sit ta' Wirt Dinji jinkludi 34 punt f'għaxar pajjiżi (mit-Tramuntana għan-Nofsinhar: in-Norveġja, l-Iżvezja, il-Finlandja, ir-Russja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Belarussja, il-Moldova, l-Ukrajna), u erba' minnhom jinsabu fl-Iżvezja (fl-istampa hemm wieħed mill-punti tal-Iżvezja fl-Għolja ta' Jupukka).[22]
Irziezet Imżejnin ta' Hälsingland Farmhouse, painted red with white windows. A fence in front Gävleborg 2012 v (kulturali) Dan is-sit jinkludi seba' rziezet bi strutturi tal-injam fil-Kontea ta' Gävleborg. Dawn inbnew fis-seklu 19 minn bdiewa indipendenti għonja. Is-sidien ikkummissjonaw lil artisti lokali biex ipittru l-istrutturi minn ġewwa, bi kmamar speċjali jew binjiet separati maħsuba għall-festi li ġew imżejna l-iktar. It-tpittir fuq ġewwa jirrappreżenta fużjoni ta' stili folkloristiċi b'influwenzi mill-Barokk u mir-Rokokò. Is-seba' strutturi huma r-razzett ta' Kristofers, ir-razzett ta' Stene, Järvsö, Gästgivars, Vallstabyn, ir-razzett ta' Pallars, Långhed, ir-razzett ta' Jon-Lars, Långhed, ir-razzett ta' Bortom åa, Gammelgården, ir-razzett ta' Bommars, Letsbo, Ljusdal, u r-razzett ta' Erik-Anders, il-villaġġ ta' Askesta, Söderala.[23]

Referenzi

  1. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ "Sweden - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2019-03-22. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-03-22. Miġbur 2023-08-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ "UNESCO World Heritage Centre - 15th session of the World Heritage Committee". web.archive.org. 2020-07-04. Arkivjat mill-oriġinal fl-2020-07-04. Miġbur 2023-08-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2023-08-19.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  6. ^ "Royal Domain of Drottningholm - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2020-07-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2020-07-01. Miġbur 2023-08-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  7. ^ "Birka and Hovgården - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2020-07-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2020-07-01. Miġbur 2023-08-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  8. ^ "Engelsberg Ironworks - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2020-07-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2020-07-01. Miġbur 2023-08-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  9. ^ "Rock Carvings in Tanum - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2011-05-24. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-05-24. Miġbur 2023-08-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  10. ^ Gustafsson, Anders; Karlsson, Håkan (Autumn 2008). "Places of Power: Control, Public Access and Authenticity at Rock Carvings in Tanum, Sweden and Val Camonica, Italy". Public Archaeology. 7 (3): 174–198.
  11. ^ Douglas Price, Theron (2013). Europe Before Rome. Oxford University Press USA. p. 284. ISBN 978-0-19-991470-8.
  12. ^ "Skogskyrkogården - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2020-07-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2020-07-01. Miġbur 2023-08-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  13. ^ "Hanseatic Town of Visby - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2020-07-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2020-07-01. Miġbur 2023-08-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  14. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Church Town of Gammelstad, Luleå". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-20.
  15. ^ "Laponian Area - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2020-07-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2020-07-01. Miġbur 2023-08-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  16. ^ "The Laponian Area - Tysfjord, the fjord of Hellemobotn and Rago (extension) - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2019-09-13. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-09-13. Miġbur 2023-08-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  17. ^ "Naval Port of Karlskrona - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2020-07-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2020-07-01. Miġbur 2023-08-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  18. ^ "Agricultural Landscape of Southern Öland - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2020-07-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2020-07-01. Miġbur 2023-08-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  19. ^ "High Coast / Kvarken Archipelago - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2011-10-17. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-10-17. Miġbur 2023-08-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  20. ^ "Mining Area of the Great Copper Mountain in Falun - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2020-07-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2020-07-01. Miġbur 2023-08-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  21. ^ "Grimeton Radio Station, Varberg - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2020-07-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2020-07-01. Miġbur 2023-08-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  22. ^ "Struve Geodetic Arc - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2011-10-18. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-10-18. Miġbur 2023-08-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  23. ^ "Decorated Farmhouses of Hälsingland - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2020-07-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2020-07-01. Miġbur 2023-08-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)

Read other articles:

U.S. Army Distinguished Service Medal The U.S. Army Distinguished Service Medal Dianugerahkan oleh the Angkatan Darat Amerika Serikat[1] Jenis Medali militer (Penghargaan) Persyaratan penerima Penghargaan dapat diberikan kepada orang selain anggota Angkatan Bersenjata Amerika Serikat hanya untuk layanan masa perang, dan kemudian hanya dalam keadaan luar biasa, dengan persetujuan tertulis dari Presiden dalam setiap kasus.. Dianugerahkan atas dasar Membedakan diri dengan pelayanan luar...

 

У этого термина существуют и другие значения, см. Основные цвета (значения). Аддитивное смешение цветов (смешивание лучей света от источников). Основными цветами являются красный (Red), зелёный (Green) и синий (Blue). Субтрактивное смешение цветов (смешивание красок, отражённый ил...

 

RCA RecordsPerusahaan indukSony Musicsebuah cabang dari Sony Corporation of America, Inc.DidirikanOktober 1901; 122 tahun lalu (1901-10)PendiriEmile BerlinerEldridge R. JohnsonDistributorSony Music Entertainment (Amerika Serikat)RCA Label Group (Internasional)Legacy Recordings (pengeluaran ulang)GenreBeragamAsal negaraAmerika SerikatLokasiNew York City, New YorkSitus webwww.rcarecords.comwww.rca-records.co.uk (unit Inggris) RCA Records adalah sebuah label rekaman Amerika yang dimiliki ol...

Martir Drina yang TerberkatiMartirLahirAustria-HungariaMeninggalGoražde, Negara Merdeka KroasiaDihormati diGereja KatolikBeatifikasi24 September 2011, Sarajevo, Bosnia dan Herzegovina oleh Kardinal Angelo Amato (atas nama Paus Benediktus XVI)Tempat ziarahSungai Drina, di kota GoraždePesta15 DesemberAtributMerpatiPalem martirJubah keagamaan Martir Drina (Kroasia: Drinske mučenicecode: hr is deprecated ) adalah Biarawati Kongregasi Putri-Putri Amal Ilahi, yang menjadi korban Perang Dunia II....

 

Batu nisan Batu nisan adalah prasasti atau penanda, biasanya berupa batu, yang ditempatkan di atas pusara. Batu nisan adalah tradisi dalam upacara penguburan dalam agama Kristen, Yahudi, Muslim, dan beberapa agama atau kepercayaan lain. Batu nisan biasanya ditulisi nama almarhum, tanggal lahir, dan tanggal kematian yang ditorehkan di atasnya, terkadang juga bersama dengan pesan pribadi, epitaf, atau doa. Bebrapa batu nisan juga mungkin berisi potongan seni pemakaman, terutama detail dalam rel...

 

Situs Warisan Dunia, properti di Takhta Suci (properti ekstrateritorial di kota Roma)Situs Warisan Dunia UNESCOBasilika Santo Paulus di Luar Tembok (San Paolo Fuori le Mura)LokasiRomaBagian dariHistoPusat Historis kota Roma, Properti Ekstrateritorial Takhta Suci dan San Paolo Fuori le MuraMemuat Kompleks Basilika Agung Santo Yohanes Lateran dan Scala Sancta Kompleks Basilika Santa Maria Maggiore Palazzo di San Callisto dan bangunan di sepanjang Via S. Egidio di Trastevere Palazzo della ...

Flying Get(フライングゲット)Sampul versi Market (Hanya dibeli di Alfamart, Alfamidi, dan Lawson) berlatar biru muda yang ditampilkan oleh Naomi, Shania, Yupi, Haruka, Kinal, Veranda, Vienny, Nabilah, Melody, dan AyanaSingel oleh JKT48Sisi-AFlying Get / SenbatsuSisi-BHanikami Lollipop / UndergirlsDareka no Tame ni ~What can I do for someone?~ / Tim J (versi Alfa Group)Korogaru Ishi ni Nare / Tim KIII (versi Alfa Group)Shoujotachi Yo (versi Teater)Heavy Rotation (versi Alfa Group)Aitaka...

 

إليون تقسيم إداري البلد اليونان  [1] خصائص جغرافية إحداثيات 38°21′48″N 23°26′34″E / 38.36333333°N 23.44277778°E / 38.36333333; 23.44277778   الارتفاع 190 متر،  و167 متر  السكان التعداد السكاني 1093 (resident population of Greece) (2021)741 (resident population of Greece) (2001)996 (resident population of Greece) (1991)1010 (resident population of ...

 

Cycadophyta TumbuhanJenis buahbuah berbiji TaksonomiSuperdomainBiotaSuperkerajaanEukaryotaKerajaanPlantaeSubkerajaanViridiplantaeInfrakerajaanStreptophytaSuperdivisiEmbryophytaDivisiTracheophytaDivisiCycadophyta Bessey, 1907 Ordo Cycadales Pers. ex Bercht. & J. Presl †Medullosales Corsin 1960 DistribusiDistribusi global anggota Cycadophyta lbs Cycadophyta (dibaca: si-ka-do-fi-ta) adalah salah satu divisi dari kelompok tumbuhan berbiji terbuka (gimnosperma).[1] Tumbuhan ini ...

1991–2010 North American ice hockey league International Hockey League (2007–2010) redirects here. For other uses, see International Hockey League (disambiguation). Colonial Hockey League redirects here. For the NCAA Division III collegiate hockey conference, see Colonial Hockey Conference. United Hockey LeagueLogo of the UHL from 1997–2006SportIce hockeyFounded1991Ceased2010Replaced byCentral Hockey League (partial)Countries United States CanadaLastchampion(s)Fort Wayne Komet...

 

Синелобый амазон Научная классификация Домен:ЭукариотыЦарство:ЖивотныеПодцарство:ЭуметазоиБез ранга:Двусторонне-симметричныеБез ранга:ВторичноротыеТип:ХордовыеПодтип:ПозвоночныеИнфратип:ЧелюстноротыеНадкласс:ЧетвероногиеКлада:АмниотыКлада:ЗавропсидыКласс:Пт�...

 

Page of Beato de Valladolid. Muzarab atau Mozarab (Spanyol: mozárabes; Portugis: moçárabes; dari Arab: musta'ribcode: ar is deprecated ) adalah umat Kristen Iberia yang hidup di bawah kekuasaan Muslim di Al-Andalus. Penerus mereka tetap tidak berubah agama menjadi Islam, tetapi mengadopsi elemen bahasa dan budaya Arab. Referensi Kenneth Baxter Wolf, Christian Martyrs in Muslim Spain, ch 1 Christians in Muslim Córdoba Thomas E. Burman, Religious polemic and the intellectual history...

Louis Stedman-BryceStedman-Bryce in 2019Member of the European Parliamentfor ScotlandIn office2 July 2019 – 31 January 2020Preceded byCatherine StihlerSucceeded byConstituency abolished Personal detailsBornDecember 1974 (age 49)NationalityBritishPolitical partyIndependent (since 2019; before 2019)Other politicalaffiliationsBrexit (2019)SpouseGavin Stedman-BryceOccupationCare home director and property investor Louis Stedman-Bryce (born December 1974) is a British care ho...

 

Baseballat the Games of the XXIX OlympiadPictogram used to identify baseball at the 2008 GamesVenueWukesong Baseball FieldDatesAugust 13–23, 2008Teams8Medalists  South Korea  Cuba  United States← 20042020 → Competing teams Baseball at the 2008 Summer Olympics in Beijing was held from August 13 to August 23. All games were played at Wukesong Baseball Field, a temporary venue constructed at the Beijing Wukesong Culture & Sports Center. For the third ti...

 

Principles, institutions and law of political governance in the Philippines Constitution of Republic of the PhilippinesSaligang Batas ng PilipinasOverviewJurisdiction PhilippinesCreatedOctober 12, 1986PresentedOctober 15, 1986RatifiedFebruary 2, 1987Date effectiveFebruary 2, 1987[1]SystemUnitary presidential constitutional republicGovernment structureBranches3 (executive, legislative, judiciary)ChambersBicameral (Congress) • Senate • House of RepresentativesExecutivePres...

Державний комітет телебачення і радіомовлення України (Держкомтелерадіо) Приміщення комітетуЗагальна інформаціяКраїна  УкраїнаДата створення 2003Керівне відомство Кабінет Міністрів УкраїниРічний бюджет 1 964 898 500 ₴[1]Голова Олег НаливайкоПідвідомчі ор...

 

Pour les articles homonymes, voir Hauff. Wilhelm HauffBiographieNaissance 29 novembre 1802StuttgartDécès 18 novembre 1827 (à 24 ans)StuttgartSépulture Cimetière Hoppenlau (d)Nationalité wurtembergeoiseFormation Gymnasium Uhland de Tübingen (d) (1809-1816)Evangelical Seminaries of Maulbronn and Blaubeuren (en) (1817-1820)Université Eberhard Karl de Tübingen (1820-1824)Tübinger StiftActivités Poète, collecteur de textes traditionnels, auteur de littérature pour la jeunesse, p...

 

Pemilihan umum legislatif Indonesia 2014200920199 April 2014692 kursi Majelis Permusyawaratan Rakyat(Dewan Perwakilan Rakyat: 560; Dewan Perwakilan Daerah: 132)281 kursi untuk meraih status mayoritasKehadiran pemilih75,11%Kandidat   Partai pertama Partai kedua Partai ketiga   Ketua Megawati Soekarnoputri Aburizal Bakrie Suhardi Partai PDI-P Golkar Gerindra Ketua sejak 24 Maret 1999 (1999-03-24) 9 Oktober 2009 (2009-10-09) 2008 (2008) Pemilu sebelumnya 95 ku...

У этого термина существуют и другие значения, см. Турки (значения). Запрос «Турок» перенаправляется сюда; см. также другие значения. Не следует путать с тюрками. Турки Современное самоназвание тур. Türkler Численность 72 000 000[54] Расселение  Турция: 45 000 000—50...

 

1926 film The Still AlarmLobby cardDirected byEdward LaemmleWritten byCharles KenyonHarvey J. O'Higgins (adaptation)Based onThe Still Alarmby Joseph Arthur and A.C. WheelerProduced byCarl LaemmleStarringHelene ChadwickWilliam RussellRichard TraversProductioncompanyUniversal PicturesDistributed byUniversal PicturesRelease date May 2, 1926 (1926-05-02) Running time7 reelsCountryUnited StatesLanguagesSilentEnglish intertitles The Still Alarm advertisement in The Film Daily, 1926 T...