Ġeoloġija

Is-supervulkan ta' Yellowstone, l-Istati Uniti

Il-ġeoloġija (mill-Grieg Antik: γῆ, ("dinja") u -λoγία, -logia, ("l-istudju ta'"))[1] hija fergħa tax-xjenza tad-Dinja li għandha x'taqsam kemm mal-materjal likwidu kif ukoll mal-materjal solidu tad-Dinja, it-tipi ta' blat li jiffurmaw il-qalba tagħha, u l-proċessi li bihom jinbidlu maż-żmien. Il-ġeoloġija tista' tinkludi wkoll l-istudju tal-karatteristiċi solidi ta' kwalunkwe pjaneta terrestri jew satellita naturali bħal Marte jew il-Qamar. Il-ġeoloġija moderna titrikkeb b'mod sinifikanti max-xjenzi l-oħra kollha tad-Dinja, inkluż l-idroloġija u x-xjenzi atmosferiċi, u b'hekk titqies bħala aspett ewlieni tas-sistema integrata tax-xjenza u tax-xjenza planetarja tad-Dinja.[2]

Il-ġeoloġija tiddeskrivi l-istruttura tad-Dinja fuq u taħt is-superfiċe tagħha, kif ukoll il-proċessi li sawru dik l-istruttura. Tipprovdi wkoll l-għodod biex jiġi ddeterminat kemm għandhom żmien, f'termini relattivi u assoluti, it-tipi differenti ta' blat f'post partikolari, u anke biex tiġi deskritta l-istorja ta' dak il-blat. Bl-użu ta' dawn l-għodod flimkien, il-ġeologi jirnexxilhom joħolqu kronoloġija tal-istorja ġeoloġika tad-Dinja kollha, u jirnexxilhom juru kemm għandha żmien id-Dinja. Il-ġeoloġija tipprovdi l-evidenza primarja taċ-ċaqliq tal-plakek tettoniċi, tal-istorja evoluzzjonarja tal-ħajja, u tal-klimi tal-imgħoddi tad-Dinja.

Il-ġeologi jużaw varjetà wiesgħa ta' metodi biex jifhmu l-istruttura u l-evoluzzjoni tad-Dinja, inkluż xogħol fuq il-post, deskrizzjoni tal-blat, tekniki ġeofiżiċi, analiżi kimika, esperimenti fiżiċi, u mmudellar numeriku. F'termini prattiċi, il-ġeoloġija hija importanti għall-esplorazzjoni u għall-isfruttament tal-minerali u tal-idrokarburi, għall-evalwazzjoni tar-riżorsi tal-ilma, għall-fehim tal-perikli naturali, għar-rimedji tal-problemi ambjentali, u biex tagħti ħjiel dwar it-tibdil fil-klima tal-imgħoddi. Il-ġeoloġija hija dixxiplina akkademika ewlenija, u hija ċentrali għall-inġinerija ġeoloġika, filwaqt li taqdi rwol importanti fl-inġinerija ġeoteknika.

Materjali ġeoloġiċi

Deheb mill-Venezwela

Il-maġġoranza tad-data ġeoloġika tiġi mir-riċerka fuq il-materjali solidi tad-Dinja. Il-meteoriti u materjali naturali ekstraterrestri oħra jiġu studjati wkoll permezz ta' metodi ġeoloġiċi.

Minerali

Il-minerali huma elementi u komposti li jokkorru fin-natura b'kompożizzjoni kimika omoġenja definita u b'kompożizzjoni atomika ordnata.

Kull mineral għandu proprjetajiet fiżiċi distinti, u hemm bosta testijiet għad-determinazzjoni ta' kull wieħed minnhom. L-eżemplari jistgħu jiġu ttestjati għal dawn li ġejjin:[3]

  • Tleqqija: il-kwalità tad-dawl rifless mis-superfiċe ta' mineral. Xi eżempji huma l-minerali metalliċi, qishom perli, qishom tax-xama', u skuri.
  • Kulur: il-minerali jiġu raggruppati skont il-kulur tagħhom. L-iktar dijanjostiċi, iżda l-impuritajiet jistgħu jibdlu l-kulur ta' mineral.
  • Strixxa: billi kampjun jingiref fuq pjastra tal-porċellana. Il-kulur tal-istrixxa jaf jgħin għat-tismija tal-mineral.
  • Għebusija: ir-reżistenza ta' mineral għall-grif.
  • Mudell tat-tkissir: mineral jista' jkollu fratturi jew qsim; il-fratturi jkunu tkissir ta' superfiċi mhux indaqs, filwaqt li l-qsim ikun tkissir tul partijiet ċatti paralleli qrib xulxin.
  • Gravità speċifika: il-piż ta' volum speċifiku ta' mineral.
  • Effervexxenza: tinvolvi t-tqegħid ta' qtar tal-aċidu idrokloriku fuq il-materjal biex jiġi ttestjat jekk ifexfex jew le.
  • Manjetiżmu: jinvolvi l-użu ta' kalamita biex jiġi ttestjat il-manjetiżmu.
  • Togħma: il-minerali jista' jkollhom togħma distintiva, bħall-alit (li għandu togħma bħall-melħ tal-mejda).

Blat

Iċ-ċiklu tal-blat

Blata hija kwalunkwe massa solida jew aggregat ta' minerali jew mineralojdi li jokkorru fin-natura. Il-biċċa l-kbira tar-riċerka fil-ġeoloġija hija assoċjata mal-istudju tal-blat, peress li jipprovdi r-reġistru primarju tal-maġġoranza tal-istorja ġeoloġika tad-Dinja. Hemm tliet tipi ewlenin ta' blat: ignew, sedimentarju, u metamorfiku. Iċ-ċiklu tal-blat juri r-relazzjonijiet bejniethom (ara d-dijagramma fuq il-lemin).

Meta l-blat jissolidifika jew jikkristallizza mill-magma jew mill-lava, ikun blat ignew. Dan il-blat jista' jittiekel mill-elementi u bl-erożjoni, u mbagħad jiġi ddepożitat mill-ġdid u litifikat f'blat sedimentarju. Jista' wkoll jinbidel fi blat metamorfiku permezz tas-sħana u l-pressjoni li jibdlu l-kontenut minerali tiegħu, u jirriżultaw f'nisġa karatteristika. It-tliet tipi jistgħu jerġgħu jdubu, u meta dan jiġri, tiġi ffurmata magma ġdida, li minnha għal darb'oħra jista' jissolidifika l-blat ignew. Il-materjali organiċi, bħall-faħam, il-bitum, iż-żejt u l-gass naturali, huma kkollegati l-iktar mal-blat sedimentarju b'kontenut organiku rikk. Sabiex jistudjaw it-tliet tipi ta' blat, il-ġeologi jevalwaw il-minerali tal-kompożizzjoni tagħhom u l-proprjetajiet fiżiċi l-oħra tagħhom, bħall-istruttura u n-nisġa tagħhom.

Materjal mhux litifikat

Kwarz mit-Tibet

Il-ġeologi jistudjaw ukoll materjali mhux litifikati (magħrufa wkoll bħala depożiti superfiċjali) li jinsabu 'l fuq mis-saff primarju tal-blat.[4] Dan l-istudju spiss huwa magħruf bħala l-ġeoloġija Kwaternarja, għall-perjodu Kwaternarju tal-istorja ġeoloġika, li huwa l-iżjed perjodu reċenti taż-żmien ġeoloġiku.

Magma

Il-magma hija s-sors mhux litifikat oriġinali tal-blat ignew kollu. Il-fluss attiv tal-blat imdewweb jiġi studjat mill-qrib fil-vulkanoloġija, u l-petroloġija tal-blat ignew timmira li tiddetermina l-istorja tal-blat ignew mis-sors imdewweb oriġinali tiegħu sal-kristallizzazzjoni finali tiegħu.

Referenzi

  1. ^ "geology | Etymology, origin and meaning of geology by etymonline". www.etymonline.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-08.
  2. ^ Gunten, Hans R. von (1995). "Radioactivity: A Tool to Explore the Past". Radiochimica Acta. 70–71 (s1): 305–413. ISSN 2193-3405.
  3. ^ "GeoMan's Mineral Identification Tests". jersey.uoregon.edu. Miġbur 2022-04-09.
  4. ^ "Overview - Geologic Mapping Program - Geological Survey Unit - NH Department of Environmental Services". web.archive.org. 2016-02-16. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-02-16. Miġbur 2022-04-09.

Read other articles:

Artikel biografi ini ditulis menyerupai resume atau daftar riwayat hidup (Curriculum Vitae). Tolong bantu perbaiki agar netral dan ensiklopedis.Oemar Basri SjaafOmar Basri Sjaaf, 1960 Presiden Seskoal ke-1Masa jabatan26 November 1962 – 7 September 1964 PendahuluJabatan PertamaPenggantiR. Soehadi Informasi pribadiLahir(1922-10-07)7 Oktober 1922Amsterdam, BelandaMeninggal10 Oktober 1992(1992-10-10) (umur 70)Jakarta, IndonesiaKebangsaanIndonesiaSuami/istriNy. Ratna Galoeh bin...

 

Hsiung Feng I Anti-ship Missile Hsiung Feng I (HF-1) (Angin Berani I) adalah sistem rudal anti-kapal yang dikembangkan oleh Chungshan Institute of Science and Technology di Taiwan ROC antara tahun 1975 dan 1978 dan pada dasarnya adalah turunan dari rudal Gabriel Mk II Israel. Hal ini saat ini digunakan pada combantants pesisir Angkatan Laut ROC, terutama kapal rudal kelas Hai Ou, serta beberapa fasilitas berbasis darat. Karena itu digantikan oleh Hsiung Feng II di kapal patroli yang lebih bes...

 

Bright VictoryPoster teatrikalSutradaraMark RobsonProduserRobert BucknerDitulis olehBaynard Kendrick (novel)Robert BucknerPemeranArthur KennedyPeggy DowPenata musikFrank SkinnerSinematograferWilliam H. DanielsPenyuntingRussell F. SchoengarthPerusahaanproduksiUniversal PicturesDistributorUniversal PicturesTanggal rilis 7 Mei 1951 (1951-05-07) (Los Angeles) 16 Juli 1951 (1951-07-16) (Amerika Serikat) 31 Juli 1951 (1951-07-31) (New York City) Durasi97 menitNegara...

Ini adalah nama Melayu; nama Muhammad merupakan patronimik, bukan nama keluarga, dan tokoh ini dipanggil menggunakan nama depannya, Ishak. Kata bin (b.) atau binti (bt.), jika digunakan, berarti putra dari atau putri dari. Yang Hormat Dato'Ishak MuhammadDIMPاسحاق محمد Presiden Partai Nasionalis MelayuMasa jabatan17 Oktober 1945 – 18 Juni 1948WakilBurhanuddin al-Hilmi PendahuluTidak ada, jabatan baruPenggantiJabatan dihapuskan Informasi pribadiLahirIshak bin Muhammad14 Nove...

 

Basilika Bunda Maria dari PiatBasilika Minor Bunda Maria dari Piat di CagayanPiat BasilicaBasílica Menor de Nuestra Señora de Piatcode: es is deprecated   (Spanyol)Basilika Bunda Maria dari PiatBasilika Bunda Maria dari PiatTampilkan peta LuzonBasilika Bunda Maria dari PiatTampilkan peta Filipina17°47′13″N 121°28′48″E / 17.78698°N 121.48013°E / 17.78698; 121.48013Koordinat: 17°47′13″N 121°28′48″E / 17.78698°N 121.48013...

 

القائمة المنظومة صورة الأنواع المدى بلد الأصل ملاحظات بطاريات صواريخ مضادة للطائرات أس-300 في إمأنتيي-2500 جلادياتور سام 23 صواريخ بعيدة المدى  روسيا [1] بوك M1-2 سام 11 M2 سام 17 صواريخ متوسطة المدى  روسيا [2][3] بيتشورا 2M سام 3 صواريخ متوسطة المدى  روسيا [4] دفين�...

Dewan Perwakilan Rakyat Daerah Kabupaten BloraDewan Perwakilan RakyatKabupaten Blora2019-2024JenisJenisUnikameral Jangka waktu5 tahunSejarahSesi baru dimulai27 Agustus 2019PimpinanKetuaH. M. Dasum, S.E., M.M.A. (PDI-P) sejak 26 September 2019 Wakil Ketua IH. Mustopa, S.Pd.I. (PKB) sejak 26 September 2019 Wakil Ketua IISakijan (NasDem) sejak 26 September 2019 Wakil Ketua IIISiswanto, S.Pd., M.H. (Golkar) sejak 26 September 2019 KomposisiAnggota45Partai & kursi  PD...

 

United States historic placeHistoric Village of the Narragansetts in CharlestownU.S. National Register of Historic PlacesU.S. Historic district A circular stone platform at the historic village centerShow map of Rhode IslandShow map of the United StatesLocationCharlestown, Rhode IslandCoordinates41°24′37″N 71°40′03″W / 41.410401°N 71.667419°W / 41.410401; -71.667419Area5,600 acres (23 km2)Architectural styleGreek RevivalNRHP reference N...

 

Coordinate: 43°31′39.85″N 10°18′26.59″E / 43.527736°N 10.307386°E43.527736; 10.307386 Accademia navaleL'ingresso della scuola Descrizione generaleAttiva6 novembre 1881 - oggi Nazione Italia Italia Servizio Regia Marina Marina Militare TipoAccademia militare CompitiFormazione degli ufficiali DimensioneBrigata SedeLivorno MottoPatria e Onore Anniversari6 novembre Sito internet su www.marina.difesa.it. Parte diMarina Militare ComandantiComandan...

It has been suggested that Carbohydrate chemistry be merged into this article. (Discuss) Proposed since January 2024. Organic compound that consists only of carbon, hydrogen, and oxygen Not to be confused with hydrocarbon. Lactose is a disaccharide found in animal milk. It consists of a molecule of D-galactose and a molecule of D-glucose bonded by beta-1-4 glycosidic linkage. A carbohydrate (/ˌkɑːrboʊˈhaɪdreɪt/) is a biomolecule consisting of carbon (C), hydrogen (H) and oxygen (O) ato...

 

追晉陸軍二級上將趙家驤將軍个人资料出生1910年 大清河南省衛輝府汲縣逝世1958年8月23日(1958歲—08—23)(47—48歲) † 中華民國福建省金門縣国籍 中華民國政党 中國國民黨获奖 青天白日勳章(追贈)军事背景效忠 中華民國服役 國民革命軍 中華民國陸軍服役时间1924年-1958年军衔 二級上將 (追晉)部队四十七師指挥東北剿匪總司令部參謀長陸軍�...

 

Ця стаття потребує додаткових посилань на джерела для поліпшення її перевірності. Будь ласка, допоможіть удосконалити цю статтю, додавши посилання на надійні (авторитетні) джерела. Зверніться на сторінку обговорення за поясненнями та допоможіть виправити недоліки. Мат...

馬哈茂德·艾哈迈迪-内贾德محمود احمدی‌نژاد第6任伊朗總統任期2005年8月3日—2013年8月3日副总统帷爾維茲·達烏迪穆罕默德-禮薩·拉希米领袖阿里·哈梅內伊前任穆罕默德·哈塔米继任哈桑·魯哈尼不结盟运动秘书长任期2012年8月30日—2013年8月3日前任穆罕默德·穆尔西继任哈桑·魯哈尼德黑蘭市長任期2003年6月20日—2005年8月3日副职阿里·賽義德盧前任哈桑·馬利克邁達尼�...

 

Sculpture in Portland, Oregon Wind GateThe sculpture in 2014ArtistHilda Grossman MorrisYear1980 (1980)TypeSculptureMediumBronzeDimensions3.7 m × 2.1 m × 2.1 m (12 ft × 7 ft × 7 ft)ConditionTreatment needed (1994)LocationPortland, Oregon, United StatesCoordinates45°28′50″N 122°37′50″W / 45.480572°N 122.63065°W / 45.480572; -122.63065OwnerReed College Wind Gate, also known as Wind ...

 

Eva CeliaLahirEva Celia Lesmana21 September 1992 (umur 31)Jakarta, IndonesiaKebangsaanIndonesiaPekerjaanPenyanyi-penulis lagupemeranmodelTahun aktif2005—sekarangSuami/istriDemas Narawangsa ​(m. 2022)​Anak1Karier musikGenrePopR&BJazzSoulInstrumenVokalGitarLabelDemajors Artis terkaitAnindyo BaskoroArya Aditya RamadhyaDiskoriaIlman IbrahimIndra Lesmana Eva Celia Lesmana (lahir 21 September 1992) adalah seorang penyanyi-penulis lagu, pemeran dan model...

「アプリケーション」はこの項目へ転送されています。英語の意味については「wikt:応用」、「wikt:application」をご覧ください。 この記事には複数の問題があります。改善やノートページでの議論にご協力ください。 出典がまったく示されていないか不十分です。内容に関する文献や情報源が必要です。(2018年4月) 古い情報を更新する必要があります。(2021年3月)出...

 

Lokasi kota di Swedia. Västerås [vɛstər'oːs] ialah sebuah kota di Swedia tengah, terletak di pesisir Danau Mälaren, Provinsi Västmanland, sekitar 100 km barat Stockholm. Kota ini berpenduduk 107.000 (2005) dari total kotamadya 132.000. Västerås adalah ibu kota Kotamadya Västerås, ibu kota Daerah Västmanland. Västerås lebih dikenal sebagai kota industri, selain itu dikenal juga sebagai kota eceran dan logistik. Västerås saat ini berusaha mencitrakan diri sebagai Västerås - M�...

 

豪栄道 豪太郎 場所入りする豪栄道基礎情報四股名 澤井 豪太郎→豪栄道 豪太郎本名 澤井 豪太郎愛称 ゴウタロウ、豪ちゃん、GAD[1][2]生年月日 (1986-04-06) 1986年4月6日(38歳)出身 大阪府寝屋川市身長 183cm体重 160kgBMI 47.26所属部屋 境川部屋得意技 右四つ・出し投げ・切り返し・外掛け・首投げ・右下手投げ成績現在の番付 引退最高位 東大関生涯戦歴 696勝493敗...

خط أومياك القطبي الشماليخط أومياك القطبي الشماليالشعارمعلومات عامةالبلد دنماركيةالتأسيس 2006 (منذ 18 سنة)النوع عمل تجاري — مقاولة — خط شحن الشكل القانوني شركة مساهمة عامة (S.A) — aktieselskab (en) المقر الرئيسي نوك،  جرينلاند،  الدنماركمواقع الويب aul.gl visitgreenland.com… المنظومة الاق...

 

Subcompact/supermini car manufactured by Honda This article is about Fit-based Honda Jazz. For other uses, see Honda Jazz. Motor vehicle Honda FitOverviewManufacturerHondaAlso calledHonda JazzHonda Life (China, Dongfeng Honda, 2020–present)[1]ProductionJune 2001 – presentBody and chassisClassSubcompact car (B)Body style5-door hatchbackLayoutFront-engine, front-wheel-driveFront-engine, four-wheel-drive (Japan)PlatformHonda Global Small CarChronologyPredecessorHonda LogoSu...