Aħmar
|
— Valuri tal-kulur —
|
Hex
|
#FF0000
|
RGBB
|
(r, g, b)
|
(255, 0, 0)
|
CMYKH
|
(c, m, y, k)
|
(0, 100, 100, 0)
|
HSV
|
(h, s, v)
|
(0°, 100%, 100%)
|
B: Bejn [0–255] (byte) H: Bejn [0–100] (mija)
|
L-Aħmar hu wieħed mill-kuluri tal-ispettru li hu perċepit mill-għajn uman. Għandu frekwenza minuri u, konsegwentament, għandu tul tal-mewġa ikbar mill-kuluri l-oħra viżibbli (bejn 630 u 760 nanometri).
Hu wieħed mit-tliet kuluri primarji li miegħu jiżdiedu l-kuluri, fejn il-kulur komplementarju hu l-aħdar. Fil-passat kien ikkunsidrat ukoll bħala kulur primarju sottrattiv, waqt li l-kulur użat fl-istampar modern hu l-maġenta.
Fil-psikoloġija tal-kulur umana, l-aħmar hu assoċċjat mas-sħana, l-enerġija u d-demm, u emozzjonijiet li jaġitaw lid-demm, fosthom ir-rabja, il-passjoni, u l-imħabba.
Użu, simboliżmu u espressjoni verbali
Idjomi Maltin
- Aħmar nar – oġġett hu aħmar ħafna, jixbah lin-nar.
- 'Ħammartli wiċċi - ġegħiltni nistħi.