Lista tal-Gran Mastri tal-Ordni ta' San Ġwann, tiġbor fiha l-kontinwazzjoni tagħha bħala l-Ordni Militari Sovrana ta' Malta wara l-1798. Din tinkudi koll "anti-Gran mastri" u logutenenti jew stewards mhux rikonoxxuti waqt karigi battala.
Fil-listi tal-kapijiet tal-Ordni, it-titlu "Gran Mastru" spiss jiġi applikat retrospettivament għall-kapijiet tal-bidu tal-Ordni. Il-kapijiet Medjevali tal-Ordni użaw it-titlu ta' custos (Gwardjan) tal-isptar. It-titolu magister jintuża fuq muniti maħduma f'Rodi, minn Foulques de Villaret 'il quddiem. L-ewwel li uża t-titlu Grandis Magister (Gran Mastru) kien Jean de Lastic li saltan fl-1437–1454).[1] Aktar tard il-Gran Mastri f'Rodi użaw it-titlu Magnus Magister (Gran Mastru).
Fl-1607 l-Imperatur Ruman Imqaddes Rudolf II ħoloq lill-Gran Mastru Prinċep tal-Imperu Ruman Qaddis (bil-Ġermaniż: Reichsfürst ).[2] Din l-għotja ġiet imġedda mill-Imperatur Ruman Imqaddes Ferdinandu II fis-16 ta' Lulju 1620.[2][3] Fl-20 ta' Marzu 1607, il-Papa Pawlu V ta lill-Gran Mastru t-titlu "l-Eminenza Tiegħu" u preċedenza fil-Qorti ta' Ruma immedjatament wara dik tal-kardinali.[2]
Fit-2 ta' Frar 1929, it-titlu ta' Prinċep u ta' Altezza Eminentissima (Altezza l-aktar Eminenti) ġew rikonoxxuti fl-Italjamir-Re Victor Emmanuel III.[5]
Bħalissa l-Gran Mastru jiġi indirizzat b'dan il-mod bil-lingwi li ġejjin:
Listi numerati tal-kapijiet tal-Ordni ġew ippubblikati fil-bidu tas-seklu 17, u edizzjonijiet aġġornati dehru matul is-seklu 18. In-numerazzjoni tal-Mastri u l-Gran Mastri ppubblikati fl-Istatuti tal-Ordni tal-1719 telenka lill-Beatu Gerard bħala fundatur mingħajr numru, lil Raymond du Puy bħala l-ewwel Mastru, u lil Ramón Perellós (inkarigat mill-1719) bħala t-63 Gran Mastru.[11] In-numerazzjoni użata bħalissa mill-Ordni Militari Sovran ta' Malta telenka lill-Beatu Gerard bħala l-ewwel Mastru, Raymond du Puy bħala t-tieni Mastru, Ramón Perellós y Rocafull bħala l-64 Gran Mastru, u lil Giacomo Dalla Torre del Tempio di Sanguinetto bħala t-80 Gran Mastru.[12]
Laħaq flok Gerard wara li Pierre de Barcelona u Boyant Roger servew ad interim qablu. Daħħal lill-Ospitaljieri bħala forza militari fl-Art Imqaddsa u introduċa regoli għall-imġiba tal-ordni. Introduċa ukoll il-Gran Siġill tal-Ordni.[13]
Gran Mastru ad interim waqt it-telfa ta' Ġerusalemm fl-1187, meta l-kwartieri mexew għal Acre. Inkluż bħala Gran Mastru fil-listi fiż-żmien modern bikri. Wara l-ħtif ta' Acre u l-konsolidazzjoni tal-Ordni, Armengol abdika, u nħatar Gran Mastu Garnier de Nablus.
Il-waqgħa ta' Ġerusalemm fl-1244, kwartieri stabbiliti f'Acre, Krak des Chevaliers u Margat. Maqbud f'La Forbie fl-1244. Jean de Ronay serva bħala Gran Mastru ad interim, sa ma miet fl-1250 f'Mansurah. De Chateauneuf inħeles fis-17 ta' Ottubru 1250.
It-telfa ta' Margat fl-1285. Wara mewtu, il-Gran Kmandant Jacques de Taxi serva bħala Gran Mastru ad interim sa ma s-suċċessur tiegħu proprja, Jean de Villiers, wasal fl-Art Imqaddsa.
Maħtur mill-Papa Girgor XI. Aktar tard, appoġġa lill-Anti-Papa Clement VII. Imneħħi mill-Papa Urbanu VI fl-1382. Kompla bħala Anti-Mastru f'Rodi sa mewtu.
Malta kienet attakkata mill-flotta Ottomana fl-1551. L-attakk inżamm lura minn Malta imma l-Ottomani xorta invadew Għawdex, u ftit wara l-ħakma tal-Ordni f'Tripli. De Homedes beda programm ta' titjib tal-fortifikazzjonijiet f'Malta.
Keċċa lill-Ġiżwiti minn Malta. Fl-1753 ipproklama s-sovranità tal-Ordni fuq Malta u fetaħ diżgwid mar-Renju ta' Sqallija mmexxi mir-Re Karlu V. Sas-sena ta' wara kien innormalizza kollox u l-Ordni ħadet kontroll de facto fuq Malta bħala stat sovran.[14]
Elett mill-Pirjolat ta' San Pietruburgu f'Settembru 1798 (qabel l-abdikazzjoni ta' von Hompesch). L-elezzjoni ma kinitx ikkonfermata mill-Papa Piju VII.
^"The Grand Masters". orderofmalta.int. Sovereign Military Order of Malta. Miġbur 14 June 2022.
^The Order's Great Seal, or leaden bulla, remained in use, with some modifications, from the 12th century until 1798.
Until 1278, when Nicholas de Lorgne introduced a separate conventual bulla, there was no distinction between the seal of the Grand Master and that of the order.
The general design of the seal featured, on the obverse, the Grand Master kneeling in prayer before the patriarchal cross. This image was usually accompanied with the sacred letters alpha and omega, which referenced the Second Coming of Christ. The central image was surrounded by a legend with the Master's name followed by the official designation CVSTOS.
Barbara Packard, Seals of the Grand Masters, Museum of the Order of St John, 14 October 2015.
^Zammit, Vincent (1992). Il-Gran Mastri - Ġabra ta' Tagħrif dwar l-Istorja ta' Malta fi Żmienhom - It-Tieni Volum 1680-1798. Valletta, Malta: Valletta Publishing & Promotion Co. Ltd. pp. 405–406.