Jingħad li kien hemm dragun fil-gżira ta' Rodi, il-Greċja li kien joqtol il-bhejjem tal-bdiewa lokali. Minkejja l-ordnijiet tal-Gran Mastru preċedenti, Hélion de Villeneuve, biex ma jiddisturbax lill-bestja, Gozon qatel lid-dragun, u dendel rasu fuq waħda mis-seba’ bibien tal-belt medjevali ta’ Rodi. Ir-ras kienet esposta sa madwar l-1837, meta ġiet mormija minn ħaddiema li kienu qed isewwu l-kastell.[bżonn referenza]
Fl-1347 u l-1348 il-Gran Mastru wera l-qlubija tiegħu meta l-Ordni daħlet għall-għajnuna tar-Re Kostantinu V ta' l-Armenja, mhedded mill-armata tas-Sultan ta' l-Eġittu.