It-Taljan ( italiano (għajnuna·info), jew lingua italiana) hi lingwa Rumanza mitkellma minn madwar 60 miljun ruħ fl-Italja, u minn total ta' 120 miljun madwar id-dinja. Fl-Iżvizzera, it-Taljan huwa wieħed mill-erba' lingwi uffiċjali tal-pajjiż. Huwa hu wkoll il-lingwa uffiċjali ta' San Marino, kif ukoll il-lingwa primarja tal-Belt tal-Vatikan. Sal-1934 kien ukoll il-lingwa uffiċjali ta' Malta. It-Taljan standard, adottat mill-istat wara l-unifikazzjoni tal-Taljan, huwa bbażat fuq it-Toskan (partikularment fuq id-djaletti tal-belt ta' Firenze) u hu intermedjarju bejn il-lingwi Italo-Oċċidentali tan-Nofsinhar u l-lingwi Gallo-Romanzi tat-Tramuntana tal-Italja. L-iżvilupp tiegħu kien ukoll influwenzat minn djaletti oħra Taljani u mil-lingwa Ġermaniża tal-invażuri post-Rumani.
Fuq sfond dijakroniku, it-Taljan ġej mil-Latin u hu l-eqreb lingwa għal-Latin. B'differenza minn lingwi Rumanzi oħra, it-Taljan żamm il-kuntrast bejn il-konsonanti żgħar u twal li kienu jeżistu fil-Latin. Bħal lingwi Rumanzi oħra, l-aċċent fuq il-kliem huwa distintiv. Partikularment, fost il-lingwi Rumanzi, it-Taljan huwa meqjus bħala l-eqreb lejn il-Latin f'termini ta' lessiku. Is-similarità fil-vokabularju hi ta' 89% mal-Franċiż, 87% mal-Katalan, 85% mas-Sard, 78% mar-Reto-Rumanz u 77% mar-Rumen.[1]
Konverżazzjoni
Malti (maltese)
|
Taljan (italiano)
|
Pronunċja
|
Iva |
Sì |
(isma') /si/
|
Le |
No |
(isma') /nɔ/
|
Dażgur! |
Certo! / Certamente! / Naturalmente! |
|
Ċaw! |
Ciao! (informali) / Salve! (ġenerali) |
(isma') /ˈtʃao/
|
Eviva! |
salute! |
/saˈlute/
|
Kif int? |
Come stai? (informali) / Come sta? (formali) / Come state? (plural) / Come va? (ġenerali) |
/ˈkomeˈstai/ ; /ˈkomeˈsta/
|
Bonġu! |
Buon giorno! |
/bwɔnˈdʒorno/
|
Banswa! |
Buona sera! |
/bwɔnaˈsera/
|
Il-lejl it-tajjeb! |
Buona notte! (għal lejl ta' mistrieħ) / Buona serata! (għal serata tajba) |
|
Il-ġurnata t-tajba! |
Buona giornata! (formali) |
|
L-ikla t-tajba! |
Buon appetito! |
/ˌbwɔn appeˈtito/
|
Ċaw! |
Arrivederci (ġenerali) / Arrivederla (formali) / Ciao! (informali) |
(isma') /arriveˈdertʃi/
|
Nawguralek! - Grazzi! |
Buona fortuna! - Grazie! (ġenerali) / In bocca al lupo! - Crepi [il lupo]! (biex tawgura lil xi ħadd sabiex jegħleb xi diffikultà) |
|
Inħobba |
Ti amo (bejn il-maħbubin biss) / Ti voglio bene (fis-sens ta' "Irridlek il-ġid", bejn maħbubin, ħbieb, qraba, etċ.) |
/ti ˈvɔʎʎo ˈbɛne/ ; /ti ˈamo/
|
Merħba [f'...] |
Benvenuto/-i (għal raġel/rġiel jew grupp imħallat) / Benvenuta/-e (għal mara/nisa) [a / in...] |
|
Jekk jogħġbok |
Per piacere / Per favore / Per cortesia |
(isma')
|
Grazzi! |
Grazie! (ġenerali) / Ti ringrazio! (informali) / La ringrazio! (formali) / Vi ringrazio! (plural) |
(isma') /ˈɡrattsje/
|
M'hemmx imn'hiex! |
Prego! /ˈprɛɡo/
|
Skużani / Jiddispjaċini |
Mi dispiace ("Jiddispjaċini") / Scusa(mi) (informali) / Mi scusi (formali) / Scusatemi (plural) / Sono desolato ("Aħfirli", jekk raġel) / Sono desolata ("Aħfirli", jekk mara) |
(isma') /ˈskuzi/ ; /ˈskuza/ ; /mi disˈpjatʃe/
|
Min? |
Chi? |
|
Xiex? |
Che cosa? / Cosa? / Che? |
|
Meta? |
Quando? |
/ˈkwando/
|
Fejn? |
Dove? |
/ˈdove/
|
Kif? |
Come? |
/ˈkome/
|
Għaliex / Għala / Minħabba |
perché |
/perˈke/
|
Darb'oħra |
di nuovo / ancora |
/di ˈnwɔvo/; /aŋˈkora/
|
Kemm? |
Quanto? / Quanta? / Quanti? / Quante? |
|
X'jismek? |
Come ti chiami? (informali) / Come si chiama? (formali) |
|
Jisimni ... |
Mi chiamo ... |
|
Dan hu ... / Din hi ... |
Questo è ... (maskili) / Questa è ... (femminili) |
|
Iva, qed nifhem. / Iva, fhimt. |
Sì, capisco. / Ho capito. |
|
Minix nifhem. |
Non capisco. / Non ho capito. |
(isma')
|
Int titkellem bl-Ingliż? |
Parli inglese? (informali) / Parla inglese? (formali) / Parlate inglese? (plural) |
(isma') /parˈlate.iŋˈɡlese/
|
Jien ma nifhimx bit-Taljan. |
Non capisco l'italiano. |
/noŋkaˈpiskolitaˈljano/
|
Għinni! |
Aiutami! (informali) / Mi aiuti! (formali) / Aiutatemi! (plural) / Aiuto! (ġenerali) |
|
Għandek raġun/tort! |
(Tu) hai ragione/torto! (informali) / (Lei) ha ragione/torto! (formali) / (Voi) avete ragione/torto! (plural) |
|
X'ħin hu? |
Che ora è? / Che ore sono? |
|
Fejn hi l-kamra tal-banju? |
Dov'è il bagno? |
(isma')
|
Kemm tiswa? |
Quanto costa? |
/ˈkwanto ˈkɔsta/
|
Il-kont, jekk jogħbok. |
Il conto, per favore. |
|
Numri
Malti
|
Taljan
|
IPAIPA
|
Wieħed |
uno |
/ˈuno/
|
Tnejn |
due |
/ˈdue/
|
Tlieta |
tre |
/tre/
|
Erbgħa |
quattro |
/ˈkwattro/
|
Ħamsa |
cinque |
/ˈtʃiŋkwe/
|
Sitta |
sei |
/ˈsɛi/
|
Sebgħa |
sette |
/ˈsɛtte/
|
Tmienja |
otto |
/ˈɔtto/
|
Disgħa |
nove |
/ˈnɔve/
|
Għaxra |
dieci |
/ˈdjɛtʃi/
|
|
Malti
|
Taljan
|
IPA
|
Ħdax |
undici |
/ˈunditʃi/
|
Tnax |
dodici |
/ˈdoditʃi/
|
Tlettax |
tredici |
/ˈtreditʃi/
|
Erbatax |
quattordici |
/kwatˈtorditʃi/
|
Ħmistax |
quindici |
/ˈkwinditʃi/
|
Sittax |
sedici |
/ˈseditʃi/
|
Sbatax |
diciassette |
/ditʃasˈsɛtte/
|
Tmintax |
diciotto |
/diˈtʃɔtto/
|
Dsatax |
diciannove |
/ditʃanˈnɔve/
|
Għoxrin |
venti |
/ˈventi/
|
|
Malti
|
Taljan
|
IPA
|
Wieħed u għoxrin |
ventuno |
/ventˈuno/
|
Tnejn u għoxrin |
ventidue |
/ventiˈdue/
|
Tlieta u għoxrin |
ventitré |
/ventiˈtre/
|
Erbgħa u għoxrin |
ventiquattro |
/ventiˈkwattro/
|
Ħamsa u għoxrin |
venticinque |
/ventiˈtʃiŋkwe/
|
Sitta u għoxrin |
ventisei |
/ventiˈsɛi/
|
Sebgħa u għoxrin |
ventisette |
/ventiˈsɛtte/
|
Tmienja u għoxrin |
ventotto |
/ventˈɔtto/
|
Disgħa u għoxrin |
ventinove |
/ventiˈnɔve/
|
Tletin |
trenta |
/ˈtrenta/
|
|
Ġranet tal-ġimgħa
Malti
|
Taljan
|
IPA
|
It-Tnejn |
lunedì |
/luneˈdi/
|
It-Tlieta |
martedì |
/marteˈdi/
|
L-Erbgħa |
mercoledì |
/merkoleˈdi/
|
Il-Ħamis |
giovedì |
/dʒoveˈdi/
|
Il-Ġimgħa |
venerdì |
/venerˈdi/
|
Is-Sibt |
sabato |
/ˈsabato/
|
Il-Ħadd |
domenica |
/doˈmenika/
|
L-Element Taljan fl-Ilsien Malti
Ħafna Maltin jifhmu u jitkellmu t-Taljan ħabba l-programmi televiżivi jew għax jistudjawh l-iskola u l-università. Sal-1934 kien l-ilsien uffiċjali ta' Malta, sakemm ħadulu postu l-Malti u l-Ingliż.
L-Ilsien Malti għandu għeruq semitiċi imma biż-żmien ħa ħafna kliem mill-Isqalli Medjovali u mit-Taljan. Fost l-iktar kategoriji ta' kliem li ġew mit-Taljan insibu:
1. Arti: pittur, tila, kapulavur, kompożizzjoni, kjaroskur, abbozz, pinzell, skultur, mudell, perspettiva, eċċ.
2. Mużika: opra, sopran, tenur, pjanu, sonata, orkestra, vjolin, sinfonija, kompożitur, kor, eċċ.
3. Letteratura: novella, rumanz, ballata, dramm, eleġija, epika, narrativa, metafora, sunett, lirika, eċċ.
4. Knisja: saċerdot, navi, sagristija, koppla, abbati, ostja, liturġija, vespri, altar, fratellanza, eċċ.
5. Mediċina: ingwent, siringa, operazzjoni, anatomija, infermier, mistura, professur, terapija, garza, loppju, eċċ.
6. Liġi: avukat, awla, libell, rikors, kawża, maġistrat, ġurat, prokuratur, proċess, appell, eċċ.
7. Politika: elezzjoni, kandidat, distrett, parlament, propaganda, ministru, partit, tessera, manifest, oppożizzjoni, gvern, eċċ.
8. Ħajja Urbana: palazz, funtana, qorti, teatru, mużew, lukanda, università, bibljoteka, pjazza, każin, eċċ.
9. Navigazzjoni: barkun, ankra, pruwa, poppa, vapur, ammirall, flotta, skuna, frejgata, karavella, eċċ.
10. Xjenza: ċellola, atomu, simmetrija, mikroskopju, laboratorju, fiżika, termometru, matematika, kimika, mikrobu, eċċ.
11. Ilbies: ingravata, kappell, mantell, ingwanti, kalzetti, pavru, inforra, ċintorin, beritta, xalla, eċċ.
12. Skola/Uffiċċju: segretarja, reġistru, skrivanija, nota, pitazz, gomma, riga, taljakarti, klassi, surmast, eċċ.
13. Militar: kavallerija, kapural, armata, gwerra, bumbardament, kanun, ġeneral, battalja, artillerija, suldat, eċċ.
14. Snajja': barbier, induratur, arġentier, tnalja, martell, ċana, morsa, tavla, bronż, stann, skalpell, eċċ.
15. Oġġetti tad-dar: purtiera, tapit, tvalja, antiporta, armarju, banju, finestrun, tavolina, pultruna, gwardarobba, eċċ.
16. Ikel: pizza, minestra, soppa, insalata, gallettini, torta, biskuttini, vitella, ċanga, balbuljata, spagetti, eċċ.
17. Arkitettura: perit, kolonna, arkata, pedament, intrata, balavostra, kuritur, loġġa, sala, pjanta, eċċ.
18. Frott, Siġar, Fjuri, Pjanti: freżja, prinjol, ċipress, mandolin, bambinella, margeriti, gladjoli, tulipan, arbuxxell, eċċ.
19. Annimali: iljunfant, tigra, ġiraffa, lupu, iljun, ċerv, ċerna, pixxispad, ajkla, melvizz, eċċ.
20. Ambjent Naturali: vulkan, xmara, bosk, peniżola, kaskata, arċipelagu, muntanja, foresta, oażi, kontinent, eċċ.
Referenzi
Ħoloq esterni