Soccer City, magħruf preċedentament bħala FNB Stadium, huwa stadju li jinsab fiż-żona ta' Soweto f'Johannesburg, l-Afrika t'Isfel. Dan il-grawnd, li ġie inawgurat fl-1989, huwa wieħed mill-istadji prinċipali tal-federazzjoni tal-futbol Sud-Afrikana, b'91,141 post.
Kien f'dan il-post li sar l-ewwel diskors ta' Nelson Mandela f'Johannesburg wara l-ħelsien tiegħu mill-ħabs, u kif ukoll is-sit fejn sar il-funeral ta' Chris Hani.[1]
Kostruzzjoni
Il-grawnd ta' Soccer City għadda minn ristrutturazzjoni kbira minħabba t-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010, li kienet se ssir fl-Afrika t'Isfel. Dan ingħata disinn ġdid, ispirat minn borma tipikament Afrikana. Barra minn hekk, il-kapaċità tal-istadju kibret minn 80,000 għal 91,141, biex sar l-ikbar stadju fil-kontinent Afrikan. Il-kostruzzjoni tkompla nhar il-21 ta' Ottubru 2009, u ġie mmarkat permezz ta' ċelebrazzjoni kbira fil-grawnd stess.
Dan huwa wieħed mill-għaxar stadji magħżula għal dan l-avveniment importanti, fejn fost il-ħafna partiti li se jospita, se jkun hemm il-partita inawgurali bejn l-Afrika t'Isfel u l-Messiku u l-finali tant mistennija tal-11 ta' Lulju 2010.
Tazza tad-Dinja 2010
Referenzi
Ħoloq esterni