Is-Sit Storiku Nazzjonali ta' San Juan (bl-Ingliż: San Juan National Historic Site; bl-Ispanjol: Sitio Histórico Nacional de San Juan) fiÄ‹-ÄŠentru Storiku ta' San Juan, Puerto Rico, huwa sit storiku Ä¡estit mis-Servizz tal-Parks Nazzjonali tal-Istati Uniti, li jippreserva u jinterpreta s-sistema ta' fortifikazzjonijiet tal-era kolonjali Spanjola fil-belt ta' San Juan. Is-sit jinkludi strutturi bħall-fortizzi ta' San Felipe del Morro u ta' San Cristóbal.[1] Din is-sistema ta' fortifikazzjonijiet hija l-eqdem kostruzzjoni Ewropea taħt il-Ä¡urisdizzjoni tal-Istati Uniti u waħda mill-eqdem fid-Dinja l-Ä dida.[2] Dan is-sit storiku nazzjonali, flimkien ma' La Fortaleza, sar Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1983.[3]
Storja
Is-sistema tal-fortifikazzjonijiet ta' San Juan għandha rabta sfiqa mal-istorja tal-belt peress li permezz tagħha setgħet tiġi difiża mill-attakki barranin u tal-pirati matul l-ewwel nofs tas-seklu 16. Is-swar tal-belt huma notevoli għaliex huma wieħed mit-tlieta li għad fadal ta' dak it-tip fl-Amerka ta' Fuq (it-tnejn l-oħra huma dawk tal-Belt ta' Quebec fil-Kanada u ta' Campeche fil-Messiku).[4][5] Illum il-ġurnata għad fadal tliet kwarti mis-swar, peress li l-kwart l-ieħor ġarrab ħsarat kbar matul it-terremot tal-1867 u iktar 'il quddiem iġġarraf biex ikun hemm spazju għall-kostruzzjoni ta' linja ferrovjarja u għall-espansjoni urbana tal-belt.[6] Dawn il-fortifikazzjonijiet malajr spiċċaw f'qagħda ħażina wara l-bumbardament ta' San Juan fl-1898 matul il-Gwerra bejn Spanja u l-Amerka, u għalkemm saru xi modifiki u titjib matul it-Tieni Gwerra Dinjija, il-wirt storiku u arkitettoniku tas-sit kien f'riskju li jintilef sa tmiem l-ewwel nofs tas-seklu 20. Digriet federali tal-14 ta' Frar 1949 stabbilixxa s-sit storiku u enfasizza l-ħtieġa li l-fortifikazzjonijiet jiġu protetti bħala monumenti kif ukoll li jiġi ppreservat il-valur storiku u arkitettoniku tagħhom. Is-sistema tal-fortifikazzjonijiet tniżżlet ukoll fir-Reġistru Nazzjonali tal-Postijiet Storiċi fil-15 ta' Ottubru 1966.
Fis-6 ta' Diċembru 1983, is-Sit Storiku Nazzjonali ta' San Juan u La Fortaleza tniżżlu flimkien bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bis-saħħa tal-valur kulturali universali straordinarju tagħhom. Dawn malajr saru wħud mill-ikbar attrazzjonijiet turistiċi f'Puerto Rico u fil-Karibew, u jattiraw iktar minn 1,400,000 viżitatur fl-2016.[7] Flimkien mal-Park Nazzjonali ta' Great Smoky Mountains dan kien il-ħdax-il Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Istati Uniti.[8]
Iċ-Ċittadella ta' San Felipe del Morro hija l-iżjed struttura famuża u l-iktar li jżuruha nies mis-Sit Storiku Nazzjonali ta' San Juan. Din iċ-ċittadella tinsab fit-tarf l-iktar fil-Majjistral tal-Gżejra ta' San Juan u nbniet fuq promontorju (morro bl-Ispanjol) u b'hekk tlaqqmet bħala El Morro. Barra minn hekk ingħatat isem ir-Re Filippu II ta' Spanja. Inbniet fis-sit fejn qabel kien hemm fortizza iżgħar bejn is-sekli 16 u 18 sabiex tipproteġi d-daħla għall-Bajja ta' San Juan u sabiex tiddefendi l-belt mill-attakki marittimi. Ix-Xatt ta' El Morro huwa spazju kbir fil-beraħ bejn El Morro u Ballajá li jintuża bħala l-iżjed spazju rikreattiv prinċipali tas-sit storiku peress li joffri veduti panoramiċi tal-bajja u huwa popolari ħafna għal attivitajiet bħal picnics, l-osservazzjoni tal-istilel u l-użu tat-tajriet. Barra minn hekk, il-Paseo de la Princesa huwa xatt li jikkollega s-swar baxxi ta' El Morro mad-Daħla ta' San Juan (bl-Ispanjol: Puerta de San Juan), li qabel kienet magħrufa bħala d-Daħla tal-Ilma (bl-Ispanjol: Puerta de Agua), u joffri veduti panoramiċi tal-Bajja ta' San Juan kif ukoll aċċess għall-iżjed sezzjoni ppreservata tas-swar tal-belt u tal-istazzjonamenti tal-għassa (garitas).
Il-'Kastell ta'San Cristóbal, li jinsab fit-tarf l-iktar fil-Lvant tas-sistema tal-fortifikazzjonijiet tal-gżejra, mhux biss huwa l-ikbar fortizza fis-sit storiku iżda wkoll l-ikbar fortifikazzjoni li qatt inbniet fid-Dinja l-Ä dida. Inbena fl-1783 fuq għolja msejħa Cerro de la Horca jew Cerro del Quemadero, li iktar 'il quddiem issejħet bħala l-Għolja taSan Cristóbal to biex titfakkar ir-rebħa Spanjola kontra t-tentattiv Olandiż tal-1625 biex tinħakem il-belt. Minbarra l-iskop tiegħu li jiddefendi lil San Juan mill-attakki mill-art, kien fih ħabs kbir taħt l-art, barrakki, imħażen tal-porvli u mini li kienu jikkollegawh mal-bqija tas-sistema tas-swar tal-belt. L-uffiÄ‹Ä‹ju tas-Servizz tal-Parks Nazzjonali fiÄ‹-ÄŠentru Storiku ta' San Juan jinsab fl-artijiet tal-kastell. Għalkemm mhux miftuħ għall-pubbliku, l-Istazzjonament tax-Xitan (bl-Ispanjol: La Garita del Diablo) famuż jinsab ukoll fil-Kastell ta' San Cristóbal.
Isla de Cabras
El Cañuelo, magħrufa uffiÄ‹jalment bħala FortÃn San Juan de la Cruz, tinsab faÄ‹Ä‹ata ta' El Morro fl-Isla de Cabras, gżejra li tinsab fil-muniÄ‹ipalità ta' Toa Baja. Inbniet bejn l-1630 u l-1660 biex tiddefendi d-daħla għall-bajja flimkien ma' El Morro. Din il-fortizza żgħira mhix miftuħa għall-pubbliku iżda wieħed jista' jammiraha minn barra. Għalkemm hija amministrata mis-Servizz tal-Parks Nazzjonali bħala parti mis-sit storiku nazzjonali, l-artijiet tagħha flimkien mal-bqija tal-gżejra jagħmlu parti mill-Park Statali tal-Isla de Cabras (spiss magħruf bħala l-Parque Nacional Isla de Cabras peress li l-parks statali f'Puerto Rico jissejħu parques nacionales bl-Ispanjol).
Ċentri għall-viżitaturi
IÄ‹-ÄŠentru tal-Viżitaturi tas-Sit Storiku Nazzjonali ta' San Juan, iÄ‹-Ä‹entru prinÄ‹ipali għall-viżitatur, jinsab f'501 Triq Norzagaray qrib il-Kastell ta' San Cristóbal u quddiem Plaza Colón fis-sit fejn qabel kien hemm il-kwartieri Ä¡enerali militari li nbnew mill-Istati Uniti matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Ä ie magħluq temporanjament matul il-pandemija tal-COVID-19, iżda issa jkun miftuħ kuljum mid-9 ta' filgħodu sal-5 ta' waranofsinhar. Iżjed informazzjoni u interpretazzjonijiet għall-viżitaturi huma preżenti fil-fortizzi ta' El Morro u ta' San Cristóbal.
Siti affiljati
Il-FortÃn de San Gerónimo de Boquerón, magħruf ukoll bħala l-Fortizza ta' San Gerónimo, huwa l-fortizza li għad fadal minn par fortizzi żgħar fit-tarf tal-Punent tal-Gżejra ta' San Juan fid-daħla tal-Laguna ta' Condado u korp żgħir tal-ilma magħruf bħala El Boquerón. Din il-fortizza tifforma parti minn sistema ikbar ta' fortifikazzjonijiet imsejħa La LÃnea Avanzada stabbilita fl-1609 biex tiddefendi l-punt ta' kollegament bejn il-gżejra u gżira prinÄ‹ipali ta' Puerto Rico mill-attakki mill-art u mill-baħar. Għalkemm attwalment tiÄ¡i amministrata mill-Gvern ta' Puerto Rico, abbozz ta' liÄ¡i ppreżentat mill-Kummissarju Residenti ta' Puerto Rico Jennifer González f'Mejju 2023 iddeżinjatha bħala żona affiljata tas-Sistema tal-Park Park Nazzjonali, u b'hekk is-Servizz tal-Parks Nazzjonali se jkun awtorizzat jidħol fi ftehimiet kooperattivi mal-Istitut tal-Kultura ta' Puerto Rico biex jipprovdi assistenza teknika u finanzjarja għall-preservazzjoni tal-forti, mingħajr ma s-sit jitqiegħed taħt sjieda federali.
Siti relatati
La Fortaleza
La Fortaleza, issa magħrufa bħala l-Palacio de Santa Catalina, hija l-unika fortifikazzjoni li mhix amministrata mis-Servizz tal-Parks Nazzjonali peress li llum il-Ä¡urnata tintuża bħala r-residenza uffiÄ‹jali tal-Gvernatur ta' Puerto Rico (hija l-eqdem residenza eżekuttiva li baqgħet tintuża b'mod kontinwu fl-Emisferu tal-Punent). Ä iet elenkata fir-ReÄ¡istru Nazzjonali tal-Postijiet StoriÄ‹i u Ä¡iet iddeżinjata bħala Għelim Storiku Nazzjonali fl-1960, u flimkien mas-Sit Storiku Nazzjonali ta' San Juan, ilha Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mill-1983. Il-palazz huwa miftuħ għall-pubbliku permezz ta' żjara gwidata ta' 30 minuta li tiÄ¡i organizzata mit-Tnejn sal-Ä imgħa bejn it-8:15 ta' filgħodu u t-3:30 ta' waranofsinhar.
Iċ-Ċentru Storiku ta' San Juan mhuwiex parti mis-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO tas-Sit Storiku Nazzjonali ta' San Juan u La Fortaleza f'Puerto Rico, madankollu, tressqu diversi proposti biex is-sit jiġi estiż biex id-distrett storiku jiġi inkluż, jew wara d-deżinjazzjoni bħala Għeliem Storiku Nazzjonali fl-2013, biex jiġi elenkat bħala Sit ta' Wirt Dinji ġdid tal-UNESCO waħdu.
Sit ta' Wirt Dinji
Is-Sit Storiku Nazzjonali ta' San Juan u La Fortaleza f'Puerto Rico ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1983.[3]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".[3]
Gallerija
Referenzi
^Juan, Mailing Address: 501 Norzagaray Street San; Us, PR 00901 Phone: 787 729-6777 x223 San Juan NHS Headquarters Superintendent's Office Contact. "San Juan National Historic Site (U.S. National Park Service)". www.nps.gov (bl-Ingliż). Miġbur 2024-08-06.