Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] L-Unjoni Sovjetika rratifikat il-Konvenzjoni fit-12 ta' Ottubru 1988, u b'hekk is-siti indikattivi tagħha, inkluż tar-Russja, setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.
L-ewwel ħames Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Unjoni Sovjetika tniżżlu fil-lista fl-14-il sessjoni tal-Kumitat tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li sar f'Banff, Alberta, il-Kanada, f'Diċembru 1990. Minn dawk il-ħames siti, tlieta jinsabu fil-Federazzjoni Russa attwali: il-monumenti ta' San Pietruburgu (li dak iż-żmien kienet Leningrad), Kizhi Pogost, u l-Kremlin ta' Moska u l-Pjazza l-Ħamra.
L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[3]
San Pietruburgu ġiet ikkonċepita mill-Ksar Pietru l-Kbir bħala l-belt kapitali l-ġdida u belt portwali max-xtut tax-xmara Neva, fil-Golf tal-Finlandja. Il-belt inbniet fil-bidu tas-seklu 18 fuq art ikkumplikata ta' mraġ, torbiera u blat. Is-Sit ta' Wirt Dinji jinkludi ċ-ċentru storiku tal-belt bl-arkitettura Barokka u Neoklassika tagħha, kif ukoll il-monumenti u l-palazzi tal-madwar, bħal dawk f'Pushkin u f'Petergof. Binjiet notevoli fil-belt jinkludu l-Palazz tax-Xitwa (fl-istampa, li issa jospitaw il-Mużew tal-Hermitage), il-Binja tal-Ammirall, u l-Palazz tal-Irħam. Fis-seklu 20, fil-belt seħħet ir-Rivoluzzjoni ta' Ottubru u l-Assedju ta' Leningrad matul it-Tieni Gwerra Dinjija.[4]
Il-kumpless arkitettoniku ta' Kizhi Pogost fuq il-Gżira ta' Kizhi fil-Lag ta' Onega jinkludi żewġ knejjes tal-injam tas-seklu 18 (il-Knisja tat-Trasfigurazzjoni u l-Knisja tal-Interċessjoni) u torri tal-arloġġ tas-1862. Dawn inbnew bi stil artistiku uniku u jirrappreżentaw l-apoġew tat-tekniki Russi tax-xogħol bl-injam. Għalkemm il-binjiet sarulhom xi tiswijiet minn żmien għal żmien, ma ġewx rikostruwiti b'mod sinifikanti.[5]
Il-Kremlin ta' Moska huwa l-eqdem parti ta' Moska, li ssemma għall-ewwel darba fl-1147. Fis-seklu 13, intuża bħala s-sede tal-Gran Dukat ta' Moska u bħala ċentru reliġjuż. Is-swar u t-torrijiet inbnew fl-aħħar tas-seklu 15 u fil-bidu tas-seklu 16, flimkien mal-knejjes li ġew iddisinjati minn arkitettiTaljani mistiedna u li juru influwenzi tar-Rinaxximent Taljan. Il-Katidral tat-Tlugħ is-Sema tal-Madonna kien is-sit tal-inkurunazzjonijiet u l-Katidral tal-Arkanġlu ntuża bħala s-sit funebri tal-prinċpijiet u l-ksars Russi. Il-binjiet ċiviċi nbnew fis-sekli 18 u 19. Il-Pjazza Ħamra tinsab barra mill-ħitan tal-Kremlin. Il-Katidral ta' San Bażilju jinsab fit-tarf tal-Pjazza Ħamra (fl-istampa).[6]
Novgorod kienet l-ewwel belt kapitali tar-Rus ta' Kiev fis-seklu 9 u l-belt kapitali tar-Repubblika ta' Novgorod mis-sekli 12 sa 15. Il-belt tinsab f'salib it-toroq tar-rotot kummerċjali li jikkollegaw it-Tramuntana tal-Ewropa mal-Asja Ċentrali u l-Imperu Biżantin. Il-belt kibret u saret wieħed mill-iżjed ċentri importanti tal-arti u tal-kultura Russa, kif ukoll ċentru spiritwali. Il-maġġoranza tal-monumenti ppreservati fil-belt, bħall-knejjes u l-monasteri, imorru lura għall-perjodu tar-Repubblika ta' Novgorod.[7]
Sitt gżejjer fl-arċipelagu fil-Baħar Abjad ilhom abitati mis-seklu 5 Q.K. Monasteru ffortifikat ta' Solovetsky ġie stabbilit fis-snin 30 tas-seklu 15 u baqa' attiv sas-snin 20 tas-seklu 20 meta ġie kkonvertit f'ħabs taħt is-sistema tal-Gulag. Il-ħabs għalaq fl-1939 u l-kumpless minn dak iż-żmien irritorna għand il-knisja Ortodossa. Is-Sit ta' Wirt Dinji jinkludi l-kumpless tal-monasteru, eks villaġġ monastiku, ċelel monastiċi u eremitaġġi, siti preistoriċi, imfakar tal-ħabs, u l-pajsaġġ kulturali tal-madwar imsawwar min-nies li jgħixu fil-kundizzjonijiet diffiċli u fl-imbiegħed tat-Tramuntana.[8]
Vladimir u Suzdal kienu l-irħula prinċipali tal-Prinċipat ta' Vladimir u Suzdal fis-sekli 12 u 13. Is-Sit ta' Wirt Dinji jinkludi l-monumenti bi stil arkitettoniku uniku żviluppat fir-reġjun. Il-monumenti huma l-Katidral tat-Tlugħ is-Sema tal-Madonna, il-Katidral ta' San Dimitri, u d-Daħla tad-Deheb fi Vladimir, il-Kastell tal-Prinċep u l-Knisja tal-Interċessjoni max-xmara Nerl f'Bogolyubovo, il-Kremlin ta' Suzdal, il-Katidral tan-Natività, u l-Monasteru tas-Salvatur u San Ewtimju (fl-istampa) f'Suzdal, u l-Knisja ta' San Boris u San Gleb f'Kideksha.[9]
Il-monasteru f'Sergiev Posad huwa l-iżjed monasteru u ċentru spiritwali Russu importanti tal-Knisja Ortodossa Russa, u huwa wkoll is-sede tal-Patriarka. Ġie stabbilit fl-1337 u żviluppa matul is-sekli. Il-Katidral tat-Trinità imur lura għall-1422 u fih l-iżjed ikona famuża ta' Andrei Rublev, It-Trinità. Il-Katidral tat-Tlugħ is-Sema tal-Madonna, mit-tieni nofs tas-seklu 16, fih il-qabar tal-Ksar Boris Godunov u tal-familja tiegħu. Il-kumpless huwa mdawwar b'ħitan difensivi ħoxnin li pproteġuh matul l-assedju Pollakk-Litwan tal-1610.[10]
Il-Knisja tat-Tlugħ is-Sema nbniet fl-1532 sabiex tfakkar it-twelid tal-Ksar futur Ivan it-Terribbli. Il-knisja hija sinifikanti minħabba s-saqaf tal-ġebel tagħha b'għamla ta' tinda, karatteristika arkitettonika innovattiva fl-arkitettura Russa; tali soqfa qabel kienu nbnew fi strutturi tal-injam. Is-saqaf jitla' 'l fuq minn bażi ottagonali u fih diversi elementi dekorattivi msejħa kokoshniks. Il-knisja kellha influwenza qawwija fuq l-arkitettura tal-knejjes Russi sa nofs is-seklu 17.[11]
Il-foresti verġni ta' dan is-Sit ta' Wirt Dinji jkopru 32,000 kilometru kwadru (12,000 mil kwadru) fil-Muntanji tal-Ural. Jikkonsistu minn foresti boreali (tajga), tundra, u tundra Alpina. L-iżjed speċijiet ta' siġar komuni huma l-koniferi, is-siġar tal-luq, u betulli. Hemm ukoll torbieri estensivi.[12]
B'fond ta' 1,700 metru (5,600 pied, il-Lag ta' Baikal huwa l-iżjed lag fond fid-dinja u fih madwar 20 % tal-ilma ħelu mhux iffriżat tad-dinja. Huwa wkoll l-eqdem lag fid-dinja, b'età ta' 25 miljun sena. Minħabba l-karatteristiċi tiegħu, fih jgħixu ġabra unika ta' flora u fawna tal-ilma ħelu, b'bosta speċijiet endemiċi.[13]
Il-Peniżola ta' Kamchatka fiha densità kbira ta' vulkani attivi u karatteristiċi vulkaniċi assoċjati, kif ukoll bosta glaċieri. Fl-inħawi jgħixu speċijiet bħal-lontra tal-baħar, l-ors kannella, l-ajkla tad-denb abjad u l-ajkla tal-baħar ta' Steller. Fix-xmajjar jirriproduċu speċijiet salmonidi. Il-konfini tas-sit ġew estiżi fl-2001 sabiex jiġu inklużi sitt inħawi b'kollox. Fl-istampa hemm il-vulkan ta' Klyuchevskaya Sopka.[14]
Dan is-sit jinkludi r-Riżervi Naturali ta' Altai u ta' Katun, il-Lag ta' Teletskoye, il-Muntanja ta' Belukha, u l-Promontorju ta' Ukok. L-inħawi huma importanti fid-dawl tal-bijodiversità, b'żoni ta' veġetazzjoni f'altitudnijiet differenti li jvarjaw minn steppi, steppi forestali, foresti mħallta, għal veġetazzjoni sub-Alpina u Alpina. Fl-inħawi jgħixu wkoll il-leopardi tal-borra.[15]
Il-Ksar Ivan it-Terribbli ħakem il-belt ta' Kazan mill-Kanat ta' Kazan (is-suċċessuri tal-Ġemgħa tad-Deheb) fl-1552 u bnew il-Kremlin fuq is-sit ta' fortizza tat-a Tatari. Il-binjiet fiċ-ċittadella, li l-biċċa l-kbira minnhom inbnew bejn is-sekli 16 u 19, jirriflettu l-interazzjoni tal-influwenzi Russi u Tatari, kif ukoll tal-fidi Kristjana u Musulmana. Il-Moskea ta' Kul Sharif hija struttura ġdida, li nbniet fis-seklu 21 fuq is-sit ta' moskea iktar bikrija.[16]
Dan is-sit huwa magħmul minn seba' komponenti (inkluż ir-Riżerva Naturali tal-Kawkasu) fin-naħa tal-Punent tal-muntanji tal-Kawkasu, li jirrappreżentaw waħda mill-ftit żoni forestali muntanjużi li ma ġewx immodifikati b'mod sinifikanti mill-attivitajiet tal-bniedem. Fihom varjetà wiesgħa ta' ekosistemi minn artijiet fil-baxx għaż-żona sub-Alpina. Fihom diversi speċijiet ta' annimali u ta' pjanti u huma siti ta' introduzzjoni mill-ġdid ta' sottospeċijiet muntanjużi tal-biżont Ewropew.[17]
Il-monasteru ġie stabbilit minn San Ferapont fl-1398 fl-art inospitabbli tat-Tramuntana tar-Russja. Il-binjiet imorru lura mis-seklu 15 sa 17, b'ħajt tal-ġebel li żdied fis-seklu 19. Il-monasteru huwa eżempju prim ta' komunità monastika Ortodossa Russa minn dak il-perjodu, u ġie ppreservat tajjeb ħafna. Il-Katidral tan-Natività tal-Madonna (li nbena fl-1490 minn mastri minn Rostov) għandu l-ħitan tiegħu minn ġewwa li huma mpittrin bl-affreski mill-mastru Dijoniżju.[18]
L-Istmu Kuronjan huwa għaram tar-ramel twil 98 kilometru (istmu tar-ramel) li jissepara l-Laguna Kuronjana mill-Baħar Baltiku, ilu abitat mill-preistorja. Attivitajiet intensivi ta' qtugħ tas-siġar fis-sekli 17 u 18 wasslu biex l-għaram tar-ramel iċċaqilqu lejn il-Laguna, u f'dan il-proċess difnu l-eqdem insedjamenti. Ix-xogħol ta' stabilizzazzjoni tad-duni beda fis-seklu 19 u għadu għaddej. Jinkludi l-bini ta' xifer protettiv tad-duni, kif ukoll it-tħawwil tas-siġer u tas-sies tax-xitel. Maż-żmien, uħud mill-villaġġi antiki tas-sajjieda ġew ittrasformati f'postijiet turistiċi, bil-fanali, il-mollijiet, il-knejjes, l-iskejjel u l-vilel li saru attrazzjonijiet turistiċi. Iż-żona hija importanti wkoll għall-flora u għall-fawna ta' fuq ir-ramel, u bħala sit tal-passa tal-għasafar. Il-parti tat-Tramuntana tal-Istmu tinsab fil-Litwanja, filwaqt li l-parti tan-Nofsinhar tinsab fl-Oblast ta' Kaliningrad, ir-Russja.[19]
Dan is-sit jinkludi tliet komponenti fil-katina muntanjuża ta' Sikhote-Alin: ir-Riżerva Naturali ta' Sikhote-Alin, ir-Riżerva Żooloġika ta' Goralij, u l-Wied tax-xmara Bikin (miżjud bħala estensjoni fl-2018, fl-istampa). Il-foresti miti jirrappreżentaw punt ta' lqugħ uniku bejn it-tajga u s-subtropiċi, u jospitaw speċijiet bħat-tigra Siberjana, l-ors iswed tal-Himalayas, iċ-ċerv tal-misk Siberjan, il-ballottra Siberjana u ż-żibellin.[20]
Dan is-sit transnazzjonali huwa magħmul minn seba' komponenti fir-Russja u ħames komponenti fil-Mongolja. Il-Baċir tal-Lag ta' Uvs huwa baċir endorejku bi drenaġġ fil-Lag ta' Uvs li huwa lag kbir, baxx u mielaħ ħafna. Il-baċir fih varjetà wiesgħa ta' ħabitats, inkluż artijiet mistagħdra, steppi, tipi differenti ta' foresti, ekosistemi tal-ilma ħelu u tal-ilma mielaħ, kif ukoll it-tundra muntanjuża. Iż-żona tospita diversi speċijiet ta' għasafar, leopardi tal-borra, il-gerbils tal-Mongolja, l-argali, u l-mogħoż tal-barr Siberjani.[21]
Derbent, l-eqdem belt fir-Russja, tinsab fi pjanura dejqa bejn il-Baħar Kaspju u l-muntanji tal-Kawkasu. Minħabba l-pożizzjoni strateġika tal-belt bejn l-Ewropa u l-Asja, diġà kienu nbnew strutturi difensivi fl-ewwel millenju Q.K. għall-kontroll tal-passaġġ. Żewġ ħitan paralleli nbnew fis-sekli 5 u 6 W.K. mill-Imperu tas-Sassanidi, u għad hemm fdalijiet tagħhom li għadhom jeżistu. Iċ-ċittadella u l-belt li żviluppaw bejn il-ħitan issawru mill-Għarab, mis-Seljuk, mill-Mongoli, mit-Timuridi u mis-Safavidi. Iż-żona sfat taħt il-kontroll tal-Imperu Russu fis-seklu 19 u gradwalment tilfet il-funzjoni militari tagħha.[22]
Il-Gżira ta' Wrangel tinsab fl-Oċean Artiku bejn il-Baħar ta' Chukchi u l-Baħar tal-Lvant tas-Siberja. Peress li ma kinitx miksija għalkollox bis-silġ matul il-glaċjazzjoni Kwaternarja, ippreservat għadd kbir ta' komunitajiet ta' pjanti li f'inħawi oħra ġew imfixla mis-silġ, u għad għandha l-ikbar bijodiversità fost il-gżejjer Artiċi kollha. Kienet ukoll il-post fejn huwa magħruf li kien hemm l-aħħar mammut sufi eżistenti fid-dinja. Apparti l-gżira prinċipali, is-sit jinkludi wkoll il-gżira iżgħar ta' Herald u l-ibħra tal-madwar. Iż-żona tospita għadd ta' għasafar tal-baħar, wiżż tal-borra, u kolonja kbira ta' walrus, u hija sit ewlieni tal-ikel għall-balieni griżi.[23]
Il-monasteru ġie stabbilit fis-snin 20 tas-seklu 16. Il-kumpless inbena fis-sekli 16 u 17 bl-istil Barokk Muskovit, u huwa l-eżempju rappreżentattiv tal-istil li kien populari fir-reġjun f'dak il-perjodu. Kien marbut mill-qrib mal-familja rjali, bħala l-kunvent magħżul għan-nisa minn familji aristokratiċi u sinjuri li saru sorijiet, kif ukoll bħala s-sit funebri għan-nobbli. Il-kunvent huwa mdawwar bil-ħitan li meta nbnew kienu integrati fid-difiżi ta' Moska.[24]
Il-belt ta' Yaroslavl tinsab fil-konfluwenza tax-xmajjar Volga u Kotorosl. Ġiet stabbilita fis-seklu 11 bħala fortizza żgħira tal-injam, u żviluppat f'ċentru kummerċjali b'saħħtu wara li ġiet inkorporata fil-Gran Dukat ta' Moska fl-1463. Diversi knejjes mis-sekli 16 u 17 ġew ippreservati. Skont ir-riforma tal-ippjanar tal-belt tal-Imperatriċi Katerina l-Kbira fi tmiem is-seklu 18, iċ-ċentru ta' Yaroslavl ġie ddisinjat mill-ġdid bi stil Neoklassiku bi pjanta urbana radjali.[25]
L-Ark Ġeodetiku ta' Struve huwa serje ta' punti ta' triangulazzjoni, mifruxa fuq distanza ta' iżjed minn 2,820 kilometru minn Hammerfest fin-Norveġja sal-Baħar l-Iswed. Il-punti ġew stabbiliti fi stħarriġ mill-astronomu Friedrich Georg Wilhelm Struve li kien l-ewwel wieħed li wettaq kejl bir-reqqa ta' segment twil tal-meridjan – u miegħu anke d-daqs u l-għamla tad-Dinja. Oriġinarjament, kien hemm 165 punt b'kollox. Is-Sit ta' Wirt Dinji jinkludi 34 punt f'għaxar pajjiżi (mit-Tramuntana għan-Nofsinhar: in-Norveġja, l-Iżvezja, il-Finlandja, ir-Russja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Belarussja, il-Moldova, l-Ukrajna), ħamsa minnhom fil-Belarussja (fl-istampa hemm il-monument tal-punt ta' Tupiški).[26]
Il-Promontorju ta' Putorana huwa l-iżjed parti fit-Tramuntana tal-Promontorju Ċentrali tas-Siberja. Ġeoloġikament, il-promontorju huwa magħmul primarjament mill-bażalt tat-Trappi Siberjani. Din iż-żona remota u l-biċċa l-kbira mhux mimsusa tinkludi diversi ekosistemi, bħat-tajga, it-tundra forestali, it-tundra, id-deżerti Artiċi, il-lagi u x-xmajjar. Il-veġetazzjoni timmarka l-punt ta' lqugħ bejn il-flora tal-Punent tas-Siberja u tal-Lvant tas-Siberja. Il-promontorju jinsab tul ir-rotta ewlenija tal-migrazzjoni tar-renni.[27]
Il-Pilastri ta' Lena huma formazzjoni naturali faċċata tax-xmara Lena. Il-pilastri, li huma għoljin sa 200 metru (660 pied), ġew iffurmati minn klima kontinentali iebsa bi xtiewi bierda, b'temperaturi ferm sew taħt iż-żero, u bi sjuf sħan, li rriżultaw f'azzjoni ta' ffriżar segwita minn waħda ta' tidwib li wessgħu d-diversi xquq bejn il-blat. Il-pilastri jikkonsistu minn blat Kambrijan u fihom fossili li jiddokumentaw id-differenzjazzjoni bikrija tal-ispeċijiet matul l-isplużjoni Kambrijana. Fl-2015 kien hemm modifika minuri fil-konfini tas-sit.[28]
Bolgar kienet belt kapitali intermittenti tal-Volga tal-Bulgarija, stat tal-Bulgar bejn is-sekli 7 u 15. Wara l-invażjoni tal-Mongoli fis-seklu 13, saret il-belt kapitali bikrija tal-Ġemgħa tad-Deheb u baqgħet ċentru kummerċjali importanti matul il-Kanat ta' Kazan. L-istat adotta l-Iżlam bħala r-reliġjon uffiċjali fid-922 u Bolgar għadu sit tal-pellegrinaġġi tat-Tatari tal-Volga.[29]
Dauria, jew Transbaikal, hija reġjun fil-Lvant tal-Lag ta' Baikal. Is-sit transnazzjonali jinkludi żoni tar-Riżerva Naturali ta' Daursky fir-Russja u tliet żoni fil-Mongolja, inkluż ir-Riżerva ta' Bijosfera ta' Daguur. Il-pajsaġġ jinkludi ekosistemi ta' steppi differenti, foresti, bwar tal-ħaxix, kif ukoll l-artijiet mistagħdra u lagi. Iż-żona hija importanti bħala sit għat-tibjit jew rotta tal-passa għal diversi speċijiet ta' għasafar, bħall-grawwa ta' għonqha bajda, u hija wkoll żona tal-migrazzjoni tal-gazzella tal-Mongolja.[30]
Il-belt-gżira, li tinsab fil-konfluwenza tax-xmajjar Volga, Sviyaga, u Shchuka, ġiet stabbilita fl-1551 minn Ivan it-Terribbli. Tinsab f'pożizzjoni strateġika f'salib it-toroq tar-rotta tal-Volga u tat-Triq tal-Ħarir, u kienet is-sit inizjali tal-konkwista tal-Kanat ta' Kazan min-naħa ta' Ivan. Il-kumpless tal-katidral u tal-monasteru nbena fis-seklu 16 u ġie rinnovat fis-seklu 18. L-affreski fil-katidral huma fost l-aqwa eżempji ta' pitturi Ortodossi Russi u ġew impittra b'fużjoni unika ta' stili minn reġjuni differenti tar-Russja.[31]
Dan is-sit jinkludi għaxar knejjes jew monasteri u binjiet relatati fil-belt ta' Pskov. Dawn jirrappreżentaw ix-xogħol tal-Iskola ta' Pskov li nibet mit-tradizzjonijiet Biżantini u ta' Novgorod, b'fużjoni mat-tradizzjoni vernakolari lokali, u aġġustaw l-arkitettura għall-użu tar-riżorsi lokali. Il-knejjes imorru lura għas-seklu 12 sal-bidu tas-seklu 17, u l-quċċata ta' dan l-istil intlaħqet fis-sekli 15 u 16. L-arkitetti minn Pskov ħadmu fuq monumenti f'diversi bliet Russi, inkluż Moska, Kazan u Sviyazhsk. Il-Katidral ta' San Ġwann mis-seklu 12 jidher fl-istampa.[32]
Dan is-sit jinkludi 33 komponent bi petroglifiċi f'żewġ raggruppamenti. Il-petroglifiċi tal-Lag ta' Onega juru għasafar, annimali, figuri nofshom umani u nofshom annimali, kif ukoll għamliet ġeometriċi li x'aktarx jirrappreżentaw il-qamar u x-xemx. Il-petroglifiċi fil-Baħar Abjad jirrappreżentaw xeni tal-kaċċa u tat-tbaħħir, flimkien ma' tagħmir relatat, kif ukoll impronti tal-annimali u tas-saqajn tal-bnedmin. Dawn saru bejn 6,000 u 7,000 sena ilu u jagħtu ħjiel rigward il-ħajja tal-kulturi Neolitiċi tal-Fenno-Skandinavja.[33]
Dan is-sit jinkludi żewġ osservatorji astronomiċi. L-osservatorju astronomiku tal-Università Federali ta' Kazan ġie stabbilit fil-bidu tas-seklu 19 u dak ta' Engelhardt (fl-istampa) ġie stabbilit fl-1901. Dawn l-osservatorji kienu jintużaw għall-immappjar tal-pożizzjonijiet tal-istilel u tal-oġġetti ċelestjali tas-Sistema Solari, kif ukoll għall-iżvilupp tal-istrumenti astronomiċi.[34]
Il-park nazzjonali jinkorpora pajsaġġ kulturali li ssawwar mill-bdiewa tul is-sekli 12 u 16. Iż-żona hija miksija bit-taiga u hemm diversi lagi, l-ikbar tnejn huma l-Lag ta' Kenozero u l-Lag ta' Lyokshmozero. Hemm diversi knejjes tal-injam (il-Knisja ta' San Ġorġ tas-seklu 18 li tidher fl-istampa), kappelli, kurċifissi mqaddsa u għelieqi sagri.[35]
Perubahan nama geografis di Turki telah dilakukan, secara berkala, dalam jumlah besar dari tahun 1913 hingga sekarang oleh Pemerintah Turki. Ribuan nama di Republik Turki atau Kesultanan Utsmaniyah mengalami pengubahan dari nama populer atau nama-nama alternatif bersejarah mereka sendiri, untuk mendapatkan nama Turki yang dapat dikenali, sebagai bagian dari kebijakan Turkifikasi. Pemerintah berpendapat bahwa nama-nama tersebut asing dan / atau memecah belah persatuan Turki. Nama yang berubah ...
Halaman ini berisi artikel tentang kantor pusat Google. Untuk angka, lihat Googolplex. Pintu masuk lobi Bangunan ss Googleplex merupakan kantor pusat perusahaan Google, LLC., terletak di 1600 Amphitheatre Parkway, dekat San Jose. Nama Googleplex adalah permainan kata, sebuah lakuran dari Google dan complex, dan merujuk pada googolplex, nama yang diberikan pada angka berjumlah besar. Fasilitas dan sejarah Empat bangunan inti, seluas 506,317 ft² (47,038 m²), dibangun untuk dan ditempati ...
العلاقات الجزائرية الكينية الجزائر كينيا السفارات العنوان : الجزائر العاصمة العنوان : نيروبي تعديل مصدري - تعديل العلاقات الجزائرية الكينية هي العلاقات الثنائية بين جمهورية الجزائر الديمقراطية الشعبية وجمهورية كينيا. التاريخ في كانون ...
Scottish broadsheet newspaper The HeraldFront page for 11 January 2020TypeDaily newspaperFormatBroadsheetOwner(s)NewsquestPublisherHerald & Times GroupEditorCatherine SalmondFounded1783 (1783)Political alignmentDevolutionistLanguageEnglishHeadquarters125 Fullarton DriveGlasgowG2 3QBCityGlasgowCountryScotlandCirculation11,364 (as of 2023)[1]Sister newspapersGlasgow TimesHerald on SundayThe NationalISSN0965-9439OCLC number29991088 Websitewww.heraldscotland.com Media of Scot...
Cet article est une ébauche concernant une chanson, le Concours Eurovision de la chanson et l’Allemagne. Vous pouvez partager vos connaissances en l’améliorant (comment ?) selon les recommandations des projets correspondants. You Let Me Walk Alone Chanson de Michael Schulte au Concours Eurovision de la chanson 2018 Sortie 20 février 2018 Durée 2:57 Langue Anglais Genre Pop Auteur Michael Schulte, Thomas Stengaard, Nisse Ingwersen, Nina Müller Classement Finale : 4e (3...
CDP in Washington, United StatesHumptulips, WashingtonCDPHumptulips grocery store and post officeLocation of Humptulips, WashingtonCoordinates: 47°13′54″N 123°58′5″W / 47.23167°N 123.96806°W / 47.23167; -123.96806CountryUnited StatesStateWashingtonCountyGrays HarborArea • Total9.5 sq mi (24.6 km2) • Land9.3 sq mi (24.1 km2) • Water0.0 sq mi (0.4 km2)Elevation161 ft (49...
Human settlement in Northern IrelandDrumskinnySome of the standing stones at Drumskinny, County Fermanagh, Northern IrelandDrumskinnyLocation within Northern IrelandIrish grid referenceH20097072DistrictFermanagh and OmaghCountyCounty FermanaghCountryNorthern IrelandSovereign stateUnited KingdomPostcode districtBTDialling code028, +44 28UK ParliamentFermanagh and South TyroneNI AssemblyFermanagh and South Tyrone List of places UK Northern Ireland Fermanagh 5...
Gioacchino MuratRitratto di Gioacchino Murat di François Gérard, 1811 circa, collezione privataRe delle Due Siciliecome Gioacchino NapoleoneStemma In carica1º agosto 1808 –22 maggio 1815 PredecessoreGiuseppe SuccessoreFerdinando IV Granduca di Berg e ClèvesIn carica15 marzo 1806 –1º agosto 1808 Predecessoretitolo creato SuccessoreNapoleone Luigi Bonaparte I Principe MuratIn carica15 marzo 1806 –13 ottobre 1815 Predecessoretitolo creato SuccessoreAchille Murat N...
1971 studio album by Joni MitchellBlueStudio album by Joni MitchellReleasedJune 22, 1971 (1971-06-22)Recorded1971StudioA&M, Hollywood, CaliforniaGenre Folk folk rock Length36:15LabelRepriseProducerJoni MitchellJoni Mitchell chronology Ladies of the Canyon(1970) Blue(1971) For the Roses(1972) Singles from Blue CareyReleased: August 1971 CaliforniaReleased: October 1971 Blue is the fourth studio album by Canadian singer-songwriter Joni Mitchell, released on June 22, ...
Israeli-American businessman This biography of a living person needs additional citations for verification. Please help by adding reliable sources. Contentious material about living persons that is unsourced or poorly sourced must be removed immediately from the article and its talk page, especially if potentially libelous.Find sources: Kobi Alexander – news · newspapers · books · scholar · JSTOR (June 2011) (Learn how and when to remove this message) ...
كأس رابطة الأندية الإنجليزية المحترفة 1986–87 تفاصيل الموسم كأس رابطة الأندية الإنجليزية المحترفة النسخة 27º البلد المملكة المتحدة التاريخ بداية:25 أغسطس 1986 نهاية:5 أبريل 1987 المنظم دوري كرة القدم الإنجليزية البطل نادي آرسنال عدد المشاركين 92 كأس راب...
Cámara Argentina de Productores de Fonogramas y Videogramas AbbreviazioneCAPIF Tipoassociazione di categoria Fondazione1958 Sede centrale Buenos Aires Direttore esecutivoJavier Delupí[1] Sito web Modifica dati su Wikidata · Manuale La Cámara Argentina de Productores de Fonogramas y Videogramas (CAPIF) è una organizzazione argentina membro dell'IFPI, che rappresenta l'industria musicale nel paese. Si tratta di una organizzazione no-profit integrata da etichette discografiche ...
Railway station in Salaqi, China Salaqi萨拉齐站General informationLocationSalaqi, Tumed Right Banner, Baotou, Inner MongoliaChinaOperated byChina Railway Hohhot GroupLine(s)Beijing-Baotou railwayOther informationStation codeSLCHistoryOpened1922 Salaqi railway station is a station of Jingbao Railway in Inner Mongolia. See also List of stations on Jingbao railway vte Beijing–Baotou railway Beijing Beijing East Beijing Chaoyang Wangjing Huangtudian Shahe Changping Nankou Dongyuan Juyonggua...
Species of marine mammal Northern elephant sealTemporal range: Pleistocene-recent Male (bull), female (cow) and pup Conservation status Least Concern (IUCN 3.1)[1] CITES Appendix II (CITES)[2] Scientific classification Domain: Eukaryota Kingdom: Animalia Phylum: Chordata Class: Mammalia Order: Carnivora Clade: Pinnipedia Family: Phocidae Genus: Mirounga Species: M. angustirostris Binomial name Mirounga angustirostris(Gill, 1866) Distribution of the northern ele...
Baka to Test to ShōkanjūSampul novel volume pertamaバカとテストと召喚獣(Baka to Tesuto to Shōkanjū)GenreKomedi romantis, Fantasi, Kehidupan sekolah, Slice of life Novel ringanPengarangKenji InoueIlustratorYui HagaPenerbitEnterbrainTerbit29 Januari 2007 – 30 Maret 2015Volume12 + 6 volume spesial MangaPengarangMosuke MattakuPenerbitKadokawa ShotenMajalahShōnen AceDemografiShōnenTerbit25 April 2009 – sekarangVolume12[1] Mangaバカとテストと召喚獣 SPINOUT! そ...
GP di Catalogna 2013 820º GP della storia del Motomondiale6ª prova su 18 del 2013 Data 16 giugno 2013 Nome ufficiale Gran Premi Aperol de Catalunya Luogo di Catalogna Percorso 4,727 km Risultati MotoGP 194º GP nella storia della classe Distanza 25 giri, totale 118,175 km Pole position Giro veloce Dani Pedrosa Marc Márquez Honda in 1'40.893 Honda in 1'42.552 (nel giro 3 di 25) Podio 1. Jorge LorenzoYamaha 2. Dani PedrosaHonda 3. Marc MárquezHonda Moto2 57º GP nella storia della cl...
Pour les articles homonymes, voir Lubin. Cet article est une ébauche concernant une localité polonaise. Vous pouvez partager vos connaissances en l’améliorant (comment ?) selon les recommandations des projets correspondants. Lubin Lüben Héraldique Drapeau Hôtel de ville. Administration Pays Pologne Région Basse-Silésie District Powiat de Lubin Maire Robert Raczyński Code postal 59-300 Indicatif téléphonique international +(48) Indicatif téléphonique local 76 Immatri...
Ein Operator ist eine mathematische Vorschrift, durch die man aus mathematischen Objekten neue Objekte bilden kann. Er kann eine standardisierte Funktion oder eine Vorschrift über Funktionen sein. Anwendung finden die Operatoren bei Rechenoperationen, also bei manuellen oder bei maschinellen Berechnungen. Einige Operatoren für die vier Grundrechenarten: Plus, Minus, Mal und Geteilt. Inhaltsverzeichnis 1 Operator 2 Operand 3 Operatoren in der Funktionalanalysis 3.1 Beispiele 3.2 Lineare und ...