Iż-żewġ timijiet rappreżentanti tal-Ewropa, il-Ġermanja u l-Polonja, kienu l-favoriti li jakkwistaw post fir-rawnd suċċessiv. Il-Ġermanja kienet waslet sal-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2002 u kienet il-pajjiż organizzativ, waqt li l-Polonja kienet ikkwalifikat mill-grupp ta' kwalifikazzjoni, fejn kienet tilfet biss kontra l-Ingilterra.
Fil-partita inawgurali, il-Ġermanja rebħet bl-iskor kbir ta' 4–2 lis-selezzjoni tal-Kosta Rika, fejn din kienet l-ikbar partita b'numru ta' gowls f'partita inawgurali mill-1934. Minkejja is-superjortità storika u madwar erba' opportunitajiet fil-bidu minn Michael Ballack u Miroslav Klose, il-Ġermanja naqset li tikkonvi b'difiża diżorganizzata li taw lil Paulo Wanchope iż-żewġ gowls tal-Kosta Rika. Sigħat wara, il-Polonja
sofriet telfa b'sorpriża kontra l-Ekwador li wrew futbol solidu u organizzat.
Sussegwentament, il-Ġermanja affaċċjat lill-ġirien tal-Polonja. L-ospiti iddominaw parti kbir tal-ogħba, imma l-forma tajba tal-gowler Artur Boruc ma ħallietx lill-Ġermanja jiskorjaw. Il-Polonja, li kienu aktar qed jippruvaw jakkwistaw punt biex wara jaffronaw lill-Kosta Rika u b'hekk ikollhom aktar ċans li jikkwalifikaw, ħadu daqqa ta' ħarta wara li s-sostitut Oliver Neuville kiseb il-gowl tar-rebħa fl-aħħar minuta tal-partita. Il-Ġermanja, b'din ir-rebħa, irnexxielhom jikkwalifikaw għat-tieni fażi, b'logħba oħra x'tintlagħab, bil-Polonja eliminati. L-Ekwador, komplew jimpresjonaw u bi prestazzjoni eċċellenti huma rebħu lill-Kosta Rika 3–0 grazzi għat-talenti ta' Carlos Tenorio u Agustín Delgado. L-Ekwador ikkwalifikaw ukoll għat-tieni fażi, għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom f'din il-kompetizzjoni.
Bit-timijiet li avvanzaw fil-kompetizzjoni ikun diġà deċiż, l-aħħar partita kienet isservi biss għall-pożizzjoni tat-timijiet fil-grupp. Il-Ġermanja u l-Ekwador iltaqgħu flimkien f'Kolonja biex jiġi deċiż min se jakkwista l-ewwel post tal-grupp, li kien importanti minħabba li min jirbaħ il-grupp kien jevita t-tim fl-ewwel post ta' Grupp B, li eventwalment kienu l-Ingilterra.
Minkejja li kien maħsub li l-Ekwador kienu se joffru xi tip ta' oppożizzjoni lit-tim Ġermaniż, dan tal-aħħar ħareġ mill-partita rebbieħ kemm tal-partita u kif ukoll tal-grupp, wara rebħa ta' 3–0 b'doppjetta ta' Miroslav Klose u Lukas Podolski. Min-naħa l-oħra, il-Polonja u l-Kosta Rika, li kienu diġà eliminati, lagħbu biex jispiċċaw l-avventura f'dan il-kampjonat mondjali fuq nota pożittiva. L-Ewropej rebħu bi skor finali ta' 2–1.