It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Iżvezja jirrappreżenta lill-Iżvezja fil-futbol internazzjonali u hu mmexxi mill-Assoċjazzjoni tal-Futbol tal-Iżvezja. Fis-snin ħamsin it-tim Żvediż kien ikkunsidrat fost l-aqwa fl-Ewropa.[1]
L-Iżvezja pparteċipaw għall-ewwel darba fit-Tazza tad-Dinja fl-1934 bl-aħjar prestazzjoni tkun il-finali mitlufa fl-1950, edizzjoni li ġiet ospitata fl-istess pajjiż. L-Iżvezja rebħet il-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi tas-sajf tal-1948 u l-midalja tal-bronż fl-1924 u l-1952.
Storja
L-Isvezja hi tradizzjonalment tim qawwi fil-futbol internazzjonali, bi ħdax-il apparenza fit-Tazza tad-Dinja u tliet midjali fl-Olimpjadi. It-Tim Svediż spiċċa t-tieni fit-Tazza tad-Dinja 1958, meta kien l-ospitu ta' dik l-edizzjoni, fejn tilef 5-2 kontra l-Brażil li kienu rebħu t-Tazza tad-Dinja għall-ewwel darba. L-Isvezja spiċċat fit-tielet post darbtejn (fl-edizzjoni ta' l-1950 u fl-1994). Fl-1938, huma spiċċaw ir-raba'.
Referenzi
Ħoloq esterni