Is-Serbja u Montenegro pparteċipa fil-Festival tal-Eurovision darbtejn biss, fejn iddebutta fl-2004, fejn kien debutt b'suċċess meta Željko Joksimović spiċċa fit-tieni post. Fl-2005, No Name, grupp minn Podgorica, Montenegro kiseb is-seba' post.
No Name kienu qrib li jipparteċipaw għat-tieni darba konsekuttiva, fil-Festival tal-Eurovision 2006 li kien se jiġi ospitat f'Ateni, fil-Greċja, però minħabba li r-rebħa fl-2005 kienet diskussa mill-ġurija ta' RTCG, u li fl-2006 ġara l-istess ħaġa, il-UJRT, l-unjin nazzjonali tax-xandara, ma laħqitx ftehim biex tibathom fil-festival għal darb'oħra. Fl-20 ta' Marzu, 2006, is-Serbja u Montenegro rtiraw uffiċjalment mill-Eurovision. Il-pajjiż xorta pparteċipa fil-votazzjoni tal-finali. Fl-2006, is-semifinali ma kinitx imxandra ġewwa l-Montenegro, u għalhekk il-voti tas-Serbja u Montenegro, kienu prattikament mis-Serbja biss.
Mill-2007 'il quddiem iż-żewġ pajjiżi bagħtu kanzunetti separati wara li spiċċat l-unjoni bejn is-Serbja u l-Montenegro permezz ta' referendum f'Ġunju tal-2006.
Rappreżentanti tas-Serbja u Montenegro
Votazzjoni
Is-Serbja u Montenegro tat l-aktar punti lil (finali biss):
Is-Serbja u Montenegro irċiviet l-aktar minn minn (finali biss):
Sors: eurovisioncovers.co.uk
Ara wkoll