Disgħa u erbgħin pajjiż ipparteċipa fil-Festival tal-Eurovision mill-bidu tiegħu fl-1956. Minn dawn, erbgħa u għoxrin rebħu l-festival. Il-festival, organizzat mill-European Broadcasting Union (EBU), isir kull sena bejn il-membri tal-Unjoni. Ix-xandara ta' pajjiżi differenti jibgħatu kanzunetta li tirrapreżenta l-pajjiż, u jivvutaw biex jiddeterminaw l-aqwa kanzunetta fil-kompetizzjoni.
Parteċipazzjoni fil-festival hi miftuħa għal kull membru attiv tal-EBU. Biex tkun membru attiv, ix-xandara jridu jkunu fil-European Broadcasting Area, jew fil-Kunsill tal-Ewropa ta' dak il-pajjiż membru.[1] Biex wieħed ikun eleġibbli li jipparteċipa ma jkunx iddeterminat skont il-pożizzjoni ġeografika fl-Ewropa, minkejja il-kelma "Euro" fil-kelma "Eurovision". L-Iżrael, pajjiż mil-Lvant Nofsani, ilu jipparteċipa mill-1973.
In-numru ta' nazzjonijiet parteċipanti kiber ġmielu matul is-snin, minn seba' fl-1956 sa aktar minn għoxrin lejn tmiem is-snin tmenin. Hekk kif in-numru ta' kontestanti kiber, kompetizzjonijiet preliminarji u relegazzjoni ġew introdotti, biex jassiguraw li numru konsiderevoli ta' pajjiżi jkollhom ċans li jipparteċipaw. Fl-1993, festival preliminarju, Kvalifikacija za Millstreet, kien sar f'Ljubljana biex jintgħażlu tliet pajjiżi mil-Lbiċ tal-Ewropa biex jikkompetu fil-finali. Wara l-1993, ir-regola ta' relegazzjoni ġiet introdotta; dawk li kklassifikaw fl-aħħar sitt postijiet ma setgħux jikkompetu fl-edizzjoni ta' wara. Fl-1996, sistemà ġdida kienet introdotta. Tejps tad-disgħa u għoxrin kontestant kienu ntbagħtu lill-ġurija nazzjonali. L-aqwa tnejn u għoxrin jikkwalifikaw għall-finali. In-Norveġja bħala l-ospitu tal-kompetizzjoni, ingħatat post awtomatiku fil-finali. Mill-1997 sal-2001, sistemà ġdida ġiet użata fejn il-pajjiżi li kisbu medja żgħira ta' punti f'dawk l-aħħar ħames snin, jispiċċaw relegati. Il-pajjiżi ma setgħux jiġu relegati aktar minn sena waħda.
Bejn l-2001 u l-2003, is-sistemà tar-relegazzjoni li kienet użata bejn l-1994 u l-1995, reġgħet ġiet użata. Fl-2004, is-semifinali ġiet introdotta. L-aqwa għaxar pajjiżi fl-edizzjoni ta' qabel, flimkien mal-"L-Aqwa Erbgħa" , jikkwalifikaw għall-finali tal-edizzjoni ta' wara awtomatikament. Il-pajjiżi jidħlu fis-semi-finali, fejn iħallu finali ta' erbgħa u għoxrin. Fl-2008, saru għall-ewwel darba żewġ semifinali.[2]
Xi pajjiżi, bħall-Ġermanja u r-Renju Unit, daħlu f'kull edizzjoni; il-Marokk, min-naħa l-oħra, daħlu darba biss. Żewġ pajjiżi, it-Tuneżija u l-Libanu ppruvaw jidħlu qabel ma daħlu fil-Festival. Il-Liechtenstein, minħabba li m'għandhomx stazzjon tat-televiżjoni tagħhom, ma setgħux jidħlu fl-1969 u fl-1976.[3]
Il-Libanu irtiraw mill-edizzjoni tal-2005 minħabba li Téle Liban ma kienx se jiggarantixxi jekk kienx se jxandar il-kanzuentta Iżraelita, wara li l-EBU assiguraw li huma kienu se juru s-serata sħiħa. Din kienet se tikser ir-regoli tal-festival.
Il-Liechtenstein ma kellux stazzjoni membru tal-EBU u b'hekk ma kienx eleġibbli li jidħol fil-festival. Madanakollu, il-Liechtenstein issa għadhom stazzjon, li b'hekk iħallihom isiru membru tal-EBU jekk iridu.
It-Tuneżija kienet se tkanta fir-raba' post tal-edizzjoni tal-1997. Ir-raġuni tal-irtirar tal-pajjiż qatt ma stabbilit uffiċjalment; xi għajdut isostnu li ERTT ma ridux jikkompetu mal-Iżrael.