Il-Pika ta' Gansu (Ochotona cansus) hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha.
Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki ta' l-isteppa li hu magħmul minn 9 speċi u miġburin fis-sottoġeneru Ochotona.
Il-Pika ta' Gansu hija speċi li tħobb tgħix fil-bejta li tħaffer hi stess taħt l-art. Din bħala speċi qiegħda klassifikata mil-"IUCN Red List of Threatened Species" bħala waħda mifruxa u stabli (eċċezzjoni huma iż-2 sottospeċi "O.cansus sorella" li qiegħda imniżla fil-"Periklu ta' estinzjoni" u "O.cansus morosa" li qiegħda imniżla bħala "Vulnerabli"), b'hekk din qiegħda mniżżla fi stat ta' "L-inqas ħsieb" ("Least Concern").
Distribuzzjoni
Din hija speċi endemika taċ-Ċina mifruxa mal- muntanji fil-provinċi ta' Gansu, Quinghai u Sichuan.
Klassifikazzjoni
Referenzi
- Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 191-192. ISBN 0-801-88221-4.
- Lagomorph Specialist Group (1996).Ochotona cansus. 2006 IUCN Red List of Threatened Species.