L-ispeċijiet lagomorfi jixbħu r-rodituri (l-ispeċijiet tal-ordniRodenzja) u sas-seklu 20 dawn kienu kklassifikati bħala superfamilja fl-istess ordni. Minn dak iż-żmien 'l hawn il-klassifikazzjoni tagħhom inbidlet u ġew miġbura fl-ordniLagomorpha għalihom biss. Għal ċertu żmien kien komuni li jitqiesu bħala relatati biss mill-bogħod mar-rodituri u li x-xebħ kien superfiċjali. Madankollu, minn studji ġenetiċi ħareġ li għalkemm huma distinti mir-rodituri, huma relatati fil-qrib sew, wara kollox.
Karatteristiċi
Il-Lagomorfi, għandhom 4 snien ta' quddiem jew inċisivi par wara l-ieħor (u mhux 2 biss bħar-rodituri) fix-xedaq ta' fuq.
Il-Lagomorfi, jieklu biss ħxejjex (mhux bħar-rodituri, li jieklu kemm laħam u ħaxix)
Il-Lagomorfi fir-raġel l-iscrotum (il-borża tal-ġilda li jkun hemm fiha t-testikoli) qiegħda quddiem jew fuq il-pene u mhux taħt.
Fil-pene tal-lagomorfi m'hemmx għadma (il-baculum) (waqt li r-rodituri għandhom)
Fil-Lagomorfi l-ikel jgħaddi darbtejn mis-sistema tad-diġestjoni tagħhom, billi jerġgħu jieklu l-cecotropes li jarmi ġisimhom għall-ewwel darba, dan jagħmluh biex jieħdu dak kollu li hu possibli bħala nutrimenti mid-dieta veġetarjana tagħhom.
Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 185-211. ISBN 0-8018-8221-4.