Il-ġerarkija tal-ikbar tmien gradi tassonomiċi tal-klassifikazzjoni xjentifika.
Fix-xjenzi bijoloġiċi, il-klassifikazzjoni hu kunċett li jirreferi għal kif il-bijoloġiċi jiggruppaw, jissistemaw u jikkategorizzaw id-diversi entitajiet tal-organiżmi ħajjin u tal-fossili.
Minn mindu Carolus Linnaeus (Linnew), ippubblika is-Systema naturae, li fiha pprova jiggruppa l-ispeċi kollha skont il-karatteristiki morfoloġiċi komuni bejniethom, sa issa, meta ġew irranġati skont it-teorija evoluzzjonista tad-dixxendenza proposta minn Charles Darwin[1], saru modifikazzjonijiet kontinwament tas-sistema ta' gruppament biex din tiġi dejjem iżjed perfezzjonata.
Il-klassifikazzjoni xjentifika hi r-riżultat tax-xjenzi evoluttivi u ġejja fil-parti l-kbira mit-tassonomija u mis-sistematika, imma hemm kontribuzzjoni wkoll mill-istudji u r-riċerki kollha li jinvestigaw il-ħlejjaq ħajjin, kemm fil-bijoloġija u kemm fix-xjenzi l-oħra.
L-istorja Tal-Klassifikazzjoni xjentifika
L-Antikità u l-Medjuevu
Is-sistema tal-klassifikazzjoni tal-forom tal-ħajja l-iżjed antika introduċieha Aristotele (384 QK - 322 QK), li fl-De Anima kklassifika l-annimali. Din il-klassifika ibbażaha fuq il-mod kif l-annimali jimxu minn post għall-ieħor u l-ambjent li jgħixu fih (arja, art jew ilma).
Aristotele ppropona wkoll xi klassifikazzjonijiet iżjed profondi fix-xogħlijiet Riċerki fuq l-annimali, Il-partijiet tal-annimali u Dwar il-ġenerazzjoni tal-annimali. Aristotele ppropona sistema ta' klassifikazzjoni bbażata fuq il-ftit tagħrif li kellu dak iż-żmien li kien fih ħafna suppożizzjonijiet. L-istudji tiegħu kienu fil-parti l-kbira annotazzjoni tal-karatteristiki, xi wħud anatomiċi, xi wħud fiżjoloġiċi u xi wħud etoloġiċi.
Bix-xogħol tiegħu ir-renju tal-annimali inqasam f'żewġ gruppi, l-Enaima (= bid-demm) u Anaima (= bla demm). Fl-ewwel grupp insibu l-bniedem, il-kwadrupedi, iċ-ċetaċej, il-ħut u l-għasafar u fit-tieni hemm il-parti l-kbira tal-krustaċejdekapodi, xi molluski u dawk li idefinixxa bħala Entema, jiġifieri ġabra ta' insetti, mirjapodi, araknidi, anellidi u dud parassit. Bħala l-kriterju tal-klassifikazzjoni tal-Entema Aristotele adotta l-qsim tal-ġisem tal-annimali f'segmenti separati (mill-Grieg entomos, qasma) li magħhom kien hemm serje ta' appendiċi għall-mixi. Jekk inwarrbu d-dud, id-definizzjoni Aristotelika ta' Entema toqrob ħafna lejn il-klassi moderna ta' Artropodi.
It-teoriji żooloġiċi ta' Aristotele damu ħajjin għal xi elfejn sena, l-aktar minħabba l-fatt li l-Aristoteliżmu ġie aċċettat bħala xjenza mill-Knisja Kattolika bis-saħħa ta' Oriġene, Santu Wistin u San Tumas t'Akwinu.
Fost id-dixxipli ta' Aristotele kien hemm Teofrastu (373 QK - 288 QK) li fl-istudji tiegħu "Riċerki dwar il-Pjanti" u "Kawżi tal-Pjanti", kien l-ewwel li ddefinixxa d-differenza u d-distinzjoni bejn annimali u veġetali.
Anki matul il-perjodu ta' Ruma antika, ma naqsux l-approċċi naturalistiċi, imma dawn kienu kważi kollha karatterizzati minn reproduzzjoni kontinwa tal-istess testi Aristoteliċi. Però insibu xi ftit tentattivi ta' innovazzjoni fil-kotba tan-Naturalis historia ta' Plinju l-Kbir (23-79 WK) għalkemm dawn l-innovazzjonijiet iħarsu wkoll lejn annimali fantastiċi, pjanti mirakulużi u eżempji oħra mill-leġġendi u l-mitoloġija. Il-kitba ta' Plinju kellha tkun il-bażi tat-twelid ta' dawk li jissejħu "bestjarji medjoevali" li, matul il-Medjuevu kollu ħalltu r-riċerka sistematika mat-tradizzjoni ħrafija popolari.
Minkejja l-influss mill-mitiku, fost il-kitba medjevali insibu x-xogħlijiet ta' Isidoru ta' Sivilja (570-636), li studja n-natura f'għadd ta' kotba li jagħmlu l-enċiklopedija tiegħu "Dwar l-oriġni u l-etimoloġija tal-ħlejjaq". B'mod partikolari ir-renju tal-annimali hu maqsum fi tliet gruppi ewlenin klassifikati fi tmien kategoriji (bhejjem u bhejjem tat-tagħbija, annimali salvaġġi, ħut, annimali żgħar, annimali żgħar bil-ġwienaħ, sriep, għasafar, dud). It-takson tad-dud propost minn Isidoru jinkludi fir-realtà anki il-brimb, il-millipiedi, is-sangisugi u speċi differenti ta' baqq.
Ix-xogħlijiet ta' Isidoru fis-seklu 13 influwenzaw il-filosfu Dumnikan Albertu l-Kbir (1193-1280). L-istudji tassonomiċi u żooloġiċi tiegħu – influwenzati mit-teoriji Aristoteliċi – fl-1270 inġabru fl-enċiklopedija "De animalibus". Għalkemm din kienet innovattiva ferm, ma ġibditx l-attenzjoni li stħaqqilha. Albertu l-Kbir qasam l-annimali skont kif jimxu, jiġifieri l-annimali bis-saqajn (il-bniedem, kwadrupedi), l-annimali li jtiru (għasafar, friefet il-lejl), l-annimali li jgħumu (ħut, mammiferi tal-baħar, arzell) u annimali li jitkaxkru (sriep, kukudrilli, gremxul). L-aħħar ktieb tax-xogħol tiegħu hu dedikat lill-"annimali żgħar ħafna" u "mingħajr demm", li fih iqiegħed l-Entema Aristoteliċi imma anki ż-żrinġijiet, il-bebbux u l-iskorpjuni. L-investigazzjoni żooloġika ta' Albertu l-Kbir fiha forma primittiva ta' metodu xjentifiku, fis-sens li l-klassifikazzjoni sistematika għandha magħha l-verifika minn xi sorsi u anki l-osservazzjoni personali ta' xi fenomeni, bħall-imġiba tal-brimb u n-nemel, l-anatomija tax-xadini u l-istudju tal-metamorfożi tal-friefet.
FL-aħħar tal-Medjuevu allura kien hemm bidu ta' zforz fil-klassifikazzjoni tal-ħlejjaq ħajjin imma dak iż-żmien iż-żooloġija kienet titqis bħala xjenza qrib it-teoloġija u nħolqot sensiela twila ta' riċerka li ppruvat issib korrispondenza bejn l-annimali u s-simboli divini li kienu jaħsbu li għandhom. Kellna nistennew sal-perjodu rinaxximentali biex l-istudji jitbiegħdu minn dawn il-kunċetti u tibda xi tentattiva biex jiġu introdotti kriterji marbutin iżjed mal-osservazzjoni tan-natura.
Matul ir-Rinaxximent, minħabba l-għatx kbir għat-tagħlim li kien hemm u minħabba l-progress fil-qasam tat-tipografija, l-għarfien seta' jinfirex sewwa. Fost l-aqwa xogħlijiet ta' dak iż-żmien insibu l-"Historia animalium" ta' Conrad von Gesner (1516-1565) li kienet ippubblikata bejn l-1551 u l-1587 u nkuraġġiet id-diversi korrispondenti Ewropej li jqiegħdu fis-sod l-għarfien żooloġiku u jwarrbu l-annimali mitoloġiċi.
Fl-Historia animalium insibu klassifikazzjoni eżatta tal-eżempji tal-annimali magħrufin dak iż-żmien, irranġati f'ordni alfabetiku skont l-isem bil-Latin. Għal kull annimal Gesner jagħti l-isem bil-lingwi l-iżjed komuni l-oħra, antiki u moderni, l-imġiba tagħhom, il-firxa ġeografika, l-użu tagħhom bħala ikel u fil-mediċina, il-leġġendi dwarhom u s-simboli assoċjati magħhom.
Ulisse Aldrovandi (1522 - 1605) ta espożizzjoni innovattiva mqabbla ma' ta' qabel; kiteb 13-il volum dedikati għall-istorja naturali, li minnhom l-iżjed famuż hu id-"De animalibus insectis" li hu speċifikament dwar l-insetti, għalkemm jagħti kontenut iżjed wiesa' mill-Entema Aristotelika (fil-klassifikazzjoni tal-insetti Aldrovandi daħħal ukoll iż-żiemel tal-baħar u varji invertebrati filoġenetikament 'il bogħod mill-insetti); Aldrovandi l-ewwel qasam l-insetti skont l-ambjent li jgħixu fih (insetti tal-ilma u insetti tal-art) u, wara kklassifika l-gruppi li rriżultaw skont għandhomx saqajn jew le; il-grupp ta' dawk bis-saqajn reġa' qasmu fi tliet gruppi skont il-morfoloġija tal-ġwienaħ.
Għalkemm din il-klassifikazzjoni tal-insetti mhijiex sodifaċenti għal kollox imqabbla ma dak li nafu l-ġurnat tal-lum, kien proprju bis-saħħa ta' Ulisse Aldrovandi li fl-Iskozja, l-istudjuż Thomas Moufet (1553 - 1604), għamel is-suddiviżjoni fundamentali tal-Insecta f'insetti bla ġwienaħ u bil-ġwienaħ f'"atteri" u "alati" li nżammet sakemm saru it-takson moderni ta' Pterygota e Apterygota. Però anki Moufet, żamm il-kunċett iżjed ġenerali Aristoteliku ta' insetti li – fil-każ tiegħu – inkluda wkoll il-katarina-għolli-denbek, il-baqq tal-baħar u xi dud tal-baħar.
Għalkemm l-insetti kienu jirrappreżentaw materjal utli għall-ewwel kompilaturi, ix-xtieli ma twarrbux fil-ġenb. Infatti John Ray (1627 - 1705), naturalista Ingliż, ippubblika xogħol importanti dwar il-pjanti u l-annimali. L-approċċ li għażel għall-klassifikazzjoni tax-xtieli, fl-"Historia Plantarum", kien pass importanti lejn it-tassonomija moderna. Ray warrab is-sistema ta' diviżjoni dikotomika, li biha li-ispeċi ġew klassifikati skont prekonċetti jew tipi oħra ta' sistemi, u kklassifika il-ħxejjex abbażi tax-xebħ u d-differenzi li ħarġu mill-osservazzjonijiet tiegħu.
In ġenerali bejn l-aħħar tas-seklu 16 u l-bidu tas-seklu 17 bdew studji eżatti dwar l-organiżmi ħajjin li, l-ewwwel kienu diretti fuq l-ispeċi l-iżjed familjari u magħrufin u mbagħad infirxu bilmod biex spiċċaw biex jipproduċu bażi suffiċjenti ta' għarfien anatomiku utli għall-klassifikazzjoni. Kien hemm titjib wieħed wara l-ieħor bis-saħħa tar-riċerka tat-tobba anatomisti bħal Hieronymus Fabricius (1537 - 1619), Petrus Severinus (1580 - 1656), William Harvey (1578 - 1657) u Edward Tyson (1649 - 1708).
L-invenzjoni tal-mikroskopju kienet ta' importanza fundamentali għall-istudji sistematiċi. Dan l-istrument – li fil-bidu kien ikkabbar biss xi ftit drabi – kien il-muftieħ li ttrasforma l-istudjużi minn sempliċi kompilaturi passivi għal osservaturi metodoloġiċi li setgħu jivverifikaw is-sorsi tagħhom u li jagħmlu skoperti ġodda.
L-importanza tal-mikroskopju fil-bidu inħasset l-iżjed fl-istudji anatomiċi li f'dan il-perjodu kienu meqjusa bħala l-elementi sisien għad-deduzzjoni ta' klassifikazzjonijiet ġodda. Fost l-ewwel mikroskopisti ta' min isemmi il-BolonjiżMarcello Malpighi (1628 - 1694), meqjus minn ħafna bħala l-fundatur tal-anatomija mikroskopika tal-annimali u l-ħxejjex. L-istudji tiegħu kienu famużi daqs dawk ta' Jan Swammerdam (1637 - 1680), tabib Olandiż sperimentatur u osservatur, mogħni wkoll b'ħila kbira fit-tpinġija.
It-tnejn taw attenzjoni partikolari għall-iżvillup tal-insetti, il-metamorfożi tagħhom (li Swammerdam iddefinìxxa bħala bidla morfoloġika progressiva u mhux f'daqqa kif kienu jemmnu sa dak iż-żmien) u d-definizzjoni tal-apparati interni komplikati. Ta' min isemmi b'mod partikolari l-i"Storja ġenerali tal-insetti" ta' Swammerdam, ippubblikata fl-1669 li fiha l-istudjuż ta klassifikazzjoni tal-insetti ibbażata fuq l-istadju ta' metamorfożi (mhux kompluta, parzjali u kompluta li jfakkruna fid-definizzonijiet iżjed moderni ta' ametabolija, emimetabolija u olometabolija).
Sentejn war l-mewt ta' John Ray, fl-Iżvezja twieled Karl von Linne (ismu latinizzat bħala Carolus Linnaeus) (1707 - 1778). Ix-xogħol kbir tiegħu, is-Systema Naturae, ippubblikat fl-1735, żvillupah permezz ta' 13-il edizzjoni matul ħajtu. Linneaeus hu magħruf l-iżjed għall-introduzzjoni ta' metodu li daż-żmien jintuża fil-klassifikazzjoni moderna; infatti ħalaq is-sistematika fil-forma attwali.
Linnaeus adotta il-kunċett ta' Ray għal speċi, imma l-kunċett għamlu realtà prattika billi identifika kull speċi b'binomju Latin, jiġifieri bl-għaqda ta' żewġ ismijiet: l-isem tal-ġeneru, komuni għal sensiela ta' speċi; u l-isem speċifiku, epitet li jikkaratterizza u jiddistingwi l-varji speċi ta' dak il-ġeneru. Din il-konvenzjoni saret tissejjaħ in-nomenklatura binomjali u l-isem iffurmat miż-żewġ ismijiet jissejjaħ l-isem xjentifiku, jew isem sistematiku, ta' speċi. Meta speċi terġa' tinqasam, pereżempju f'iżjed sottospeċi jew varjetajiet, imbagħad tissejjaħ nomenklatura trinomjali. Fil-kitba korretta ta' isem xjentifiku l-isem ġeneriku jieħu ittra kapitali waqt li l-epitet jinkiteb b'ittra żgħira (barra meta jkun il-ġenittiv ta' xi isem proprju) u jingħataw dejjem id-dettalji dwar l-awtur u l-pubblikazzjoni tal-isem.
Sa Linnaeus speċi kienet tiġi identifikata minn sensiela twila ta' kliem, aġġettivi, attributi u ismijiet komuni, b'mod li l-ebda isem ma kien fiss u aċċettat universalment.
Is-sistema Linneana min-naħa l-oħra kellha l-vantaġġ li setgħet tidentifika faċilment u b'mod inekwivokabbli kwalunkwe speċi ta' annimali u ħxejjex. Fil-verità kienu diġà jezistu fl-imgħoddi xi traċċi tas-sistema binomjali, bħal f'Teofrastu, Plinju l-Kbir, Gaspard Bauhin u Tournefort; imma Linnaeus kien l-ewwel li applikaha b'mod sistematiku waqt li barra minn hekk iddefinixxa sensiela ta' kategoriji tassonomiċi li bihom l-ispeċi setgħu jinġabru f'gruppi superjuri għall-ġeneri bħala waħdiet. Linnaeus fir-realtà beda juża din is-sistema fil-ktieb Species plantarum tal-1753 u fir-reviżjoni tal-1758 tas- Systema Naturae.
Bis-sistema Linneana kull organiżmu jitqiegħed permezz ta' skala ġerarkika, f'sensiela ta' gruppi tassonomiċi, imsejħin taksa (takson fis-singular).
Is-suddiviżjonijiet prinċipali, mill-iktar ġeneriku għaal-iktar speċifiku, huma: renju, phylum (imsejjaħ ukoll tip għall-annimali u diviżjoi għax-xtieli), klassi, ordni, familja, ġeneru u speċi (ta' min jinnota li Linnaeus kien juża minflok it-taksa ta' klassi, ordni, ġeneru, speċi u varjetà).
Is-sistematika moderna tipprevedi l-eżistenza ta' kategoriji intermedji identifikati biż-żieda ta' prefissi partikolari, bħal:
Klassi
Sotto-klassi
Infra-klassi
Ordni
Super-ordni
Sott-ordni
Infra-ordni
eċċ.
Barra minn hekk, speċi sikwit tinqasam f'sottospeċi jew f'kategoriji oħra intraspeċifiċ (varjetà, sottovarjetà, razza, etc.). Gruppi oħra kultant jistgħu jkunu miżjuda ma' dawk diġà fil-lista, bħal pereżempju id- dominju, li tqiegħed 'l fuq il-livell tar-renju; it-tribù, bejn il-familja u l-ġeneru; u s-sezzjoni u s-serje, bejn il-ġeneru u l-ispeċi.
Fis-Systema Naturae Linnaeus kiteb ukoll dwar il-minerali u qasamhom f'ħaġar, metalli, minerali u fossili. Min-naħa l-oħra il-qsim li għamel Linnaeus tad-dinja veġetali f'24 klassi kellha iżjed fortuna. Din kienet ibbażata fuq l-osservazzjonijiet fuq l-istami (numru, dimensjonijiet u mod ta' inserzjoni) u fuq il-pistilli. Din is-sistema – imsejħa "sistema sesswali" proprju għaliex hi bbażata fuq l-organi riproduttivi tal-pjanti – qalgħet fama u approvazzjoni kbira barra fir-reġjun Franċiż, fejn l-istudjużi tal-Jardin du Roi tall-Académie des Sciences kienu żviluppaw sistematika botanika ibbażata mhux fuq element wieħed biss ta' paragun imma, bil-kontra, fuq għadd kbir ta' karatteristiki komuni fost id-diversi eżemplari; din tissejjaħ b'kuntrast mal-proposta Linneana, sistematika naturali. Is-sistema ta' Linnaeus sejħulha wkoll "artifiċjali", fis-sens li tiġbor fl-istess takson xtieli li mid-dehra m'għandhomx karatteristiki komuni. Il-polemika bejn l-artifiċjalisti u naturalisti baqgħet sejra matul is-seklu 18 – sal-bidu tas-seklu 18 – teżi u opposizzjoni li kellhom rwol tal-qofol fit-tiswir u d-definizzjoni tax-xjenzi naturalistiċi.
Ir-reazzjoni għall-proposti avvanzati għar-renju tal-annimali (kwadrupedi, għasafar, ħut, insetti, dud u għall-ewwel darba anfibi, b'total ta' sitt klassijiet) min-naħa l-oħra qajmet tip ieħor ta' polemiki, fuq kollox dwar il-pożizzjoni li Linnaeus ta l-ġeneru Homo, li klassifikah fost il-kwadrupedi antropomorfi flimkien max-xadini u l-bugħażż. Id-dibattiti kienu essenzjalment ta' natura filosofika-teoloġika aktar milli żooloġika jew sistematika, imma xorta ġiegħlu 'l Linnaeus imexxi l-bniedem, fl-għaxar edizzjoni tas-Systema Naturae, u qiegħdu fil-quċċata tal-klassi ġdida tal-Primati fejn tah l-isem ta' Homo sapiens għall-ewwel darba.
Interessanti li l-1 ta' Jannar 1758, il-jum tal-pubblikazzjoni tal-għaxar edizzjoni tas-Systema Naturae u tal-Aranei svecici ta' Carl Alexander Clerk (student ta' Linneaeus, 1709 - 1765), sar meqjus mill-Kodiċi Internazzjoni tan-Nomenklatura Żooloġika bħala l-bidu tan-nomenklatura (żooloġika) moderna. Għalhekk l-ebda isem xjentifiku ppubblikat qabel l-1758 ma jista' jgħamel parti min-nomenklatura żooloġika.
Żviluppi moderni
L-approċċ ġenerali li Linnaeus għażel biex jikklassifika l-ispeċi u ħafna mir-raggruppamenti tassonomiċi tiegħu baqgħu, għal kważi żewġ sekli, standard fil-bijoloġija.
Illum il-ġurnata hu ġeneralment aċċettat li l-klassifikazzjoni għandha tirrifletti, permezz tal-prinċipju Darwinjan ta' dixxendenza komuni, il-filoġenesi, jiġifieri l-istorja evoluttiva tal-varji taksa, b'mod li kull waħda minnhom tinkludi sezzjoni waħda mis-siġra filoġenetika. Grupp kostitwit hekk jiġi definit bħala takson monofiletiku.
Mil-1960, din it-tendenza, li tirrifletti l-ħsieb tas-sistematika kladistika, li topponi l-klassifikazzjoni tradizzjonali u teskludi xi raggruppamenti tat-tassonomija Linnjana, ġiet iżjed u iżjed 'l quddiem.
Hemm kodiċi ta' nomenklatura ġdid, imsejjaħ PhyloCode li qiegħed jiġi viluppat bħalissa, imma ħafna mir-regoli tiegħu ma jaqblux ma' kodiċi ta' nomenklatura diġà stabbiliti (kemm għax-xtieli u kemm għall-annimali) u għadu mhux żgur jekk dawn il-kodiċi jistgħux jikkoeżistu fil-futur.
Eżempji
Il-klassifikazzjoni adottate s-soltu għad-deskrizzjoni ta' tliet speċi: id-dubbiena tal-frotta (Drosophila melanogaster) li tintuża spiss fil-laboratorji tal-ċenetika, Il-bniedem (Homo sapiens sapiens) u il-Magnolia virginiana.
It-taksa 'l fuq mill-ġeneru spiss jingħataw isem li ġej minn isem ta' xi ġeneru fihom biż-żieda ta' suffissi. Is-suffissi użati fil-formazzjoni ta' dawn l-ismijiet jiddependi mir-renju, u, f'xi ftit każi, anki mill-phylum u mill-klassi, b'dan il-mod:
^Is-Sistematika molekolari li hi ibbażata fuq l-analiżi tal-ADN, issuġġeriet ħafna reviżjonijiet imma minħabba l-inkongruwenzi li spiss joħorġu minnha għadna ma nistgħux norbtu fuq dawn ir-riżultati, fis-sens li l-ADN jagħti biss il-ġenotip u mhux is-sett fenotipiku magħmul mill-ħlejjaq ħajjin
Biblijografija
(IT) Storia della biologia, Pascal Duris u Gabriel Gohau. Giulio Einaudi Edituri, Torin (1999) ISBN 88-06-15171-1
(IT) Linneo, L'equilibrio della natura Feltrinelli, Milano 1982
(FR) Pierre Pellegrin; La Classification des animaux chez Aristote. Staut de la biologie et unité de l'aristotélisme, Les Belles Lettres, Paris 1982
(FR) Pierre Louis, La Classification des végétaux dans le corpus aristotelicien, f' "Documents pour l'histoire du vocabulaire scientifique", VIII (1986), pp 1–8
(FR) Wilfrid Blunt, Linné. Le prince des botanistes, Belin, Paris 1986
(EN) Frans. A. Stafleu, Linnaeus and the Linneans. The Spreading of Their Ideas in Sistematic Botany, 1753-1789, Utrecht 1971
(EN) Sten Lindroth, The Two Faces of Linnaeus, in Tore Frängsmyr, Linnaeus. The Man and His Work, University of California Press, Berkley 1983, pp. 1–62
(EN) Studies in Linnaean Method and Nomenclature, Marbuger Schriften zur Medizingeschichte, vol. VIII, Lang, Frankfurt am Main 1983
(EN) Richard V. Melville, Towards Stability in the Names of Animals. A History of the International Commission on Zoological Nomenclature 1895-1995, The international Trust for Zoological Nomenclature, London 1995
Заславський Євген Осипович Народився 20 грудня 1844(1844-12-20)[1]Воронеж, Російська імперіяПомер 13 червня 1878(1878-06-13) (33 роки)Санкт-Петербург, Російська імперія·туберкульоз[1]Країна Російська імперіяДіяльність революціонерAlma mater Московська сільськогосподарська акад�...
بنكنوت الصنف دراما - جريمة - تشويق - إثارة الموضوع امرأة مستهترة تندمج في المجتمعات الراقية لتنصب شباكها حول طلاب المتعة، ومع الأحداث تتغير وتصبح زوجة مخلصة تعيش مع زوجها وابنها، وتتهم في جريمة قتل. تاريخ الصدور 27 مايو 1936 (سينما تريومف) 14 مايو 1936 (سينما الكوزموجراف بالإسكندر�...
Dörflas Große Kreisstadt Marktredwitz Koordinaten: 50° 0′ N, 12° 5′ O49.99833333333312.087777777778Koordinaten: 49° 59′ 54″ N, 12° 5′ 16″ O Eingemeindung: 1. April 1939 Postleitzahl: 95615 Vorwahl: 09231 Dörflas ist ein Stadtteil der Großen Kreisstadt Marktredwitz. Inhaltsverzeichnis 1 Lage 2 Geschichte 2.1 Mittelalter 2.2 16., 17. und 18. Jahrhundert 2.3 19. und 20. Jahrhundert 2.4 21. Jahrhundert 3 Kultur und Sehensw...
الدولة الأخيضرية الإمارة الأخيضرية الدولة الأخضيرية 866 م – 1093م مناطق نفوذ الدولة الأخيضرية في اليمامة سميت باسم يوسف الأخيضر[1] عاصمة الخضرمة نظام الحكم إمارةٌ وراثيةٌ اللغة الرسمية العربيَّة الديانة الإسلام على المذهب الشيعي الزَّيدي الأمير التاريخ التأسيس 866 ...
يفتقر محتوى هذه المقالة إلى الاستشهاد بمصادر. فضلاً، ساهم في تطوير هذه المقالة من خلال إضافة مصادر موثوق بها. أي معلومات غير موثقة يمكن التشكيك بها وإزالتها. (ديسمبر 2018) معلقة النابغة الذبياني العنوان الأصلي وسيط property غير متوفر. المؤلف النابغة الذبياني معلقة النابغة الذب
Bagian dari seriIlmu forensik Fisiologi Analisis pola noda darah Antropologi forensik Biologi forensik Botani forensik Entomologi forensik Fenotipe DNA Kedokteran gigi forensik Kimia forensik Patologi forensik Profiling DNA Sosial Psikologi forensik Psikiatri forensik Kriminalistik Akuntansi Identifikasi tubuh Kimia Kolorimetri Forensik pemilihan umum Rekonstruksi wajah Analisis sidik jari Pemeriksaan senjata api Bukti alas kaki Seni forensik Pemrofil Analisis sidik sarung tangan Analisis sid...
Peta lokasi Kabupaten Tapin Berikut ini adalah daftar kecamatan dan kelurahan/desa di Kabupaten Tapin, Provinsi Kalimantan Selatan, Indonesia. Kabupaten Tapin terdiri dari 12 kecamatan, 9 kelurahan, dan 126 desa. Pada tahun 2017, jumlah penduduknya mencapai 178.841 jiwa dengan luas wilayah 2.700,82 km² dan sebaran penduduk 66 jiwa/km².[1][2] Daftar kecamatan dan kelurahan di Kabupaten Tapin, adalah sebagai berikut: Kode Kemendagri Kecamatan Jumlah Kelurahan Jumlah Desa Statu...
Middle Prong WildernessIUCN category Ib (wilderness area)Middle Prong Wilderness in North CarolinaLocationHaywood County, North Carolina, USANearest cityBrevardCoordinates35°20′20″N 82°56′14″W / 35.33889°N 82.93722°W / 35.33889; -82.93722Area7,900 acres (32 km2)Established1984Governing bodyU.S. Forest ServiceWebsiteMiddle Prong Wilderness Middle Prong Wilderness was designated in 1984 and it covers 7,900 acres (32 km2) within the Pisgah ...
Artikel ini membutuhkan rujukan tambahan agar kualitasnya dapat dipastikan. Mohon bantu kami mengembangkan artikel ini dengan cara menambahkan rujukan ke sumber tepercaya. Pernyataan tak bersumber bisa saja dipertentangkan dan dihapus.Cari sumber: SMA Negeri 7 Padang – berita · surat kabar · buku · cendekiawan · JSTOR SMA Negeri 7 PadangInformasiDidirikan1984JenisNegeriAkreditasiA[1]Nomor Statistik Sekolah301086111007Kepala SekolahYuni Era...
El Clamor Publico, Los Angeles, 1855 This is a list of Spanish language newspapers published in the United States. Current United States Title State City Year est. Notes La Opinion Spanish Newspaper Texas Jacksonville, Texas 1989 www.laopinionentexas.com Accion Newspaper Georgia Atlanta 2004 Acento Latino North Carolina Fayetteville 1999 Cronicas Newspaper California San Francisco 2006 www.cronicasnews.com Las Américas Newspaper Virginia Falls Church[1] La Cara Texas Mexia, Waco La C...
Species of lizard Emoia lawesii Conservation status Endangered (IUCN 3.1)[1] Scientific classification Domain: Eukaryota Kingdom: Animalia Phylum: Chordata Class: Reptilia Order: Squamata Family: Scincidae Genus: Emoia Species: E. lawesii Binomial name Emoia lawesii(Günther, 1874) Günther's emo skink or olive small-scaled skink (Emoia lawesii) is a species of skink. It is found in Niue, Samoa, and Tonga.[1][2] References ^ a b Allison, A.; Austin, C.C. (201...
American football player (1963–2005) American football player Stanley ShakespeareNo. 81Position:Wide receiverPersonal informationBorn:(1963-02-05)February 5, 1963Auburn, New York, U.S.Died:April 26, 2005(2005-04-26) (aged 42)Jupiter, Florida, U.S.Height:6 ft 0 in (1.83 m)Weight:190 lb (86 kg)Career informationHigh school:Lake Worth(Lake Worth Beach, Florida)College:Miami (FL)Career history Miami Dolphins (1987) Tampa Bay Buccaneers (1987) Career highlights and ...
Soviet and Russian footballer (1961–2021) Aleksandr Nikitin Personal informationFull name Aleksandr Borisovich NikitinDate of birth (1961-02-04)February 4, 1961Place of birth Stalingrad, Russian SFSRDate of death January 14, 2021(2021-01-14) (aged 59)Place of death Volgograd, RussiaHeight 1.83 m (6 ft 0 in)Position(s) Striker/MidfielderYouth career Barrikady Volgograd DYuSSh-4 VolzhskySenior career*Years Team Apps (Gls)1978–1980 FC Torpedo Volzhsky 74 (10)1981–1982 F...
Armored car Panhard AML-245 Panhard AML at the Musée des Blindés, Saumur.TypeArmored carPlace of originFranceService historyUsed bySee OperatorsWars List of Conflicts Algerian War Portuguese Colonial War Six-Day War War of Attrition Angolan Civil War Cambodian Civil War Yom Kippur War Falklands War Lebanese Civil War Shaba II Ethiopian Civil War Eritrean War of Independence Salvadoran Civil War Western Sahara War Chadian–Libyan conflict Somali Civil War Iran–Iraq War Gulf...
Historic highway from British Columbia, Canada, to Alaska, United States For other uses, see Alaska Highway (disambiguation). Alcan Highway redirects here. For the film, see Alcan Highway (film). Alaska HighwayAlaska Highway highlighted in redRoute informationLength2,232 km[2] (1,387 mi)(as of 2012)Existed1942[1]–presentComponenthighways Hwy 97 Hwy 1 AK-2 Major junctionsSouth end Hwy 2 / Hwy 97 (John Hart Highway) in Dawson Creek,...
بنو منقذ أسرة عربية من بني كنانة من قبيلة كلب إحدى قبائل قضاعة [1] وكانوا بجهات دومة الجندل ثم سكنت جماعة منهم في مستهل القرن الحادي عشر الميلادي (الخامس الهجري), بجوار بلدة شيزر. نسبهم هم بنو منقذ بن محمد بن منقذ بن نصر بن هاشم بن سوار بن زياد بن رغيب بن مكحول بن عمرو بن ال�...
Bitka za ZvornikRat u Bosni i HercegoviniPogled na Zvornik sa Kula GradaDatum8. april - 26. april 1992.LokacijaZvornik i Kula Grad, Bosna i HercegovinaIshodPad Zvornika i Kula Grada u ruke JNA i srpskih paravojski; povlačenje branilaca prema Kalesiji.Sukobljene strane Republika Bosna i Hercegovina Patriotska liga Jugoslavenska narodna armija Srpska dobrovoljačka garda Beli orloviŽute ose Komandanti Samir Ništović Milutin Kukanjac Marko Pejić Željko Ražnatović Vojne jedinice 150 naoru...
District of Israel District of IsraelSouth District District of Israel- transcription(s) • Hebrewמחוז הדרום • Arabicلواء الجنوبCities12Local councils11Regional councils15CapitalBeershebaLargest cityAshdodGovernment • District Commissioner[2]Lily Feintoch[1]Area • Total14,185 km2 (5,477 sq mi)Population (2023)[3] • Total1,362,500 • Density96/km2 (25...
Danish-Norwegian writer Christiane Koren from Moer Korens dagbøge (1915) Christiane Koren (27 July 1764 – 28 January 1815) was a Danish-Norwegian writer. She wrote both poems and plays, but today she is primarily known for her diaries, which are regarded to be important historical documents of contemporary Norway.[1] Biography Christiane Birgitte Diederichsen was born at Kastrup in Amager, Denmark. She was the daughter of Jess Didrichsen, owner of Kastrup Værk on the Danish island...