Il-pika ħamra tat-Turkestan (Ochotona rutila) hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae, fl-ordni Lagomorpha mifruxa fl-Asja. Din hija speċi b'distribuzzjoni vasta f'bosta pajjiżi Ażjatiċi fosthom il-Każakistan, il-Kirġiżistan, it-Taġikistan, l-Użbekistan u possibilment fl-Afganistan u ċ-Ċina.
Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-muntanji li huwa magħmul minn tlettax-il speċi u miġburin fis-sottoġeneru Conothoa.
Il-Pika ħamra tat-Turkestan qiegħda klassifikata fil-Lista Ħamra tal-IUCN bħala speċi komuni b'popolazzjoni stabbli mifruxa fuq arja vasta u b'hekk mniżżla fi stat tal-inqas ħsieb.
Referenzi