Neymar da Silva Santos Júnior (twieled fil-5 ta' Frar 1992), komunement magħruf bħala Neymar, huwa plejer tal-futbol li jilgħab ma' Paris Saint-Germain mat-tim nazzjonali Brażiljan, prinċiparjament bħala attakkant. F'Mejju 2013, hu laħaq ftehim biex jissieħeb ma' FC Barcelona fuq kuntratt ta' ħames snin.[2]
Fl-età ta' 19, Neymar rebaħ l-unur tal-Plejer tas-Sena tal-Amerika t'Isfel fl-2011, wara li ġie t-tielet fl-2010.[3] Huwa segwa dan billi rebaħ l-istess unur mill-ġdid fl-2012. Fl-2011 Neymar irċieva nominazzjonijiet għall-FIFA Ballon d'Or, fejn hu kien ġie l-għaxar post, u l-FIFA Puskás Award, li rebaħ.[4] Huwa magħruf għall-aċċelerazzjoni tiegħu, veloċità, ħiliet u rfinar. Bl-istil ta' logħob tiegħu kiseb lilu nnifsu akklamazzjoni kritika, bil-partitarji, midja u eks plejers iqabbluh mal-attakkant Arġentin Lionel Messi u l-eks plejer Brażiljan Pelé, li sejjaħ lin-Neymar "plejer eċċellenti".[5]
Neymar issieħeb ma Santos fl-2003 u wara li żdied permezz tal-gradi, ġie promoss għall-ewwel skwadra tat-tim. Huwa għamel id-debutt tiegħu għal Santos fl-2009, u kien ivvotat l-aqwa l-iżgħar plejer tal-Campeonato Paulista 2009. B'aktar unuri segwiti, Neymar kien ivvotat l-aħjar plejer tal-Campeonato Paulista 2010, u kien ukoll l-aqwa skorer fil-Copa do Brasil 2010 bi 11-il gowl. Huwa spiċċa l-istaġun 2010 bi 42 gowls f'60 logħba kif ukoll il-klabb tiegħu kiseb id-Doppjetta. Neymar reġa' kien ivvotat l-aħjar plejer tas-sena 2011 kif it-tim tiegħu żam it-titolu tal-istat u Santos ukoll rebħu il-Copa Libertadores 2011 fejn Neymar skorja 6 gowls fi 13-il apparenza. Hu wkoll kellhu rwol ewlieni fl-iżgurar tad-Doppjetta Kontinentali għat-tim tiegħu.Huwa rċieva l-Ballun tal-Bronż fit-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2011, fejn Santos għamluha għall-finali u kienu megħluba minn Barcelona, 4–0.[6][7]
Neymar huwa Brażiljan internazzjonali, huwa lagħab f'erba' timijiet differenti tal-Brażil, U17, U20, U23 u mat-tim tal-kbar. Fl-10 ta' Awwissu 2010, fl-età ta' 18, huwa għamel id-debutt tiegħu għas-Seleção f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Istati Uniti; huwa skorja b'daqqa ta' ras fit-28 minuta, li kkontribwixxa għar-rebħa ta' 2–0 għall-Brażil. Hu kien l-aqwa skorer tal-Kampjonat Sud Amerikan taż-żagħżagħ 2011 b'disa gowls, inklużi tnejn fil-finali, f'rebħa ta' 6–0 kontra l-Urugwaj, hu għen lil Brażil biex jirbħu l-11-il titolu tagħhom f'din il-kompetizzjoni.
Bijografija
Neymar da Silva Santos, Júnior twieled ġewwa Mogi das Cruzes, São Paulo, minn Neymar da Silva, Sr. u Nadine Santos. Huwa wiret ismu minn missieru, li huwa futboler preċedenti u sar konsulent tat-talenti bħal ibnu Neymar li beda jikber.[8] Il-kummenti ta' Neymar fuq l-irwol ta' missieru "Missieri kien maġenbi minn meta kont żgħir. Hu kien jati kas tal-affarijiet, il-finanzi tiegħi u l-familja tiegħi." Meta kiber, Neymar ikkombina l-imħabba tiegħu mal-futsal u l-futbol tat-triq.[9]
Fl-1992, Neymar mexxa mal-familja tiegħu lejn São Vicente, fejn hu beda jilgħab mal-klabb taż-żgħażagħ Portuguesa Santista.[10] Imbgħad, fl-2003, hu mar fil-muniċipalità São Paulo, Santos, hemm hekk Neymar issieħeb ma' Santos FC.[11] Bis-suċċess tal-karriera żgħażugħa tiegħu u żieda fid-dħul, il-familja xtrat l-ewwel proprjetà tagħha, dar ħdejn il-Vila Belmiro. Il-kwalità tal-ħajja tal-familja tjiebet, fl-età ta' 15, Neymar kien jaqla 10,000 reais kull xahar u ta' 16-il sena, 25,000 reais kull xahar. Meta kellu 17, huwa ffirma kuntratt biex isir plejer professjonali, hu kien tjieb ħafna u kiseb post fl-ewwel tim ta' Santos u kif ukoll irċieva sponsorizzazzjonijiet.
Statistika
Klabb
Mid-19 ta' Mejju 2013[13][14]
Internazzjonali
Mid-19 ta' Ġunju 2013.
Tim nazzjonali |
Klabb |
Staġun |
Preż |
Gowls
|
Brażil
|
Santos
|
2010 |
2 |
1
|
2011 |
13 |
7
|
2012 |
11 |
9
|
2013 |
11 |
7
|
Total |
37 |
24
|
Gowls internazzjonali
Neymar's International Goals
|
# |
Data |
Post |
Avversarju |
Punteġġ |
Riżultat |
Kompetizzjoni
|
2010
|
1. |
10 ta' Awwissu 2010 |
New Jersey, Stati Uniti |
Stati Uniti |
1–0 |
2–0 |
Logħba ta' ħbiberija
|
2011
|
2. |
27 ta' Marzu 2011 |
Londra, Ingilterra |
Skozja |
1–0 |
2–0 |
Logħba ta' ħbiberija
|
3. |
2–0
|
4. |
13 ta' Lulju 2011 |
Córdoba, Arġentina |
Ekwador |
2–1 |
4–2 |
Copa América 2011
|
5. |
4–2
|
6. |
10 ta' Awwissu 2011 |
Stuttgart, Ġermanja |
Ġermanja |
2–3 |
2–3 |
Logħba ta' ħbiberija
|
7. |
28 ta' Settembru 2011 |
Belém, Brazil |
Arġentina |
2–0 |
2–0 |
2011 Superclásico de las Américas
|
8. |
8 ta' Ottubru 2011 |
San José, Kosta Rika |
Kosta Rika |
1–0 |
1–0 |
Logħba ta' ħbiberija
|
2012
|
9. |
30 ta' Mejju 2012 |
Landover, Stati Uniti |
Stati Uniti |
1–0 |
4–1 |
Logħba ta' ħbiberija
|
10. |
10 ta' Settembru 2012 |
Recife, Brażil |
Ċina |
2–0 |
8–0 |
Logħba ta' ħbiberija
|
11. |
5–0
|
12. |
6–0
|
13. |
19 ta' Settembru 2012 |
Goiânia, Brażil |
Arġentina |
2–1 |
2–1 |
Superclásico de las Américas 2012
|
14 |
11 ta' Ottubru 2012 |
Malmö, Żvezja |
Iraq |
5–0 |
6–0 |
Logħba ta' ħbiberija
|
15. |
16 ta' Ottubru 2012 |
Wrocław, Polonja |
Ġappun |
2–0 |
4–0 |
Logħba ta' ħbiberija
|
16. |
3–0
|
17. |
15 ta' Novembru 2012 |
New Jersey, Stati Uniti |
Kolombja |
1–1 |
1–1 |
Logħba ta' ħbiberija
|
2013
|
18. |
6 ta' April 2013 |
Santa Cruz, Bolivja |
Bolivja |
2–0 |
4–0 |
Logħba ta' ħbiberija
|
19. |
3–0
|
20. |
24 ta' April 2013 |
Belo Horizonte, Brażil |
Ċili |
2–1 |
2–2 |
Logħba ta' ħbiberija
|
21. |
15 ta' Ġunju 2013 |
Brasília, Brażil |
Ġappun |
1–0 |
3–0 |
Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2013
|
22. |
19 ta' Ġunju 2013 |
Fortaleza, Brażil |
Messiku |
1–0 |
2–0 |
Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2013
|
23. |
22 ta' Ġunju 2013 |
Salvador, Brażil |
Italja |
2–1 |
4–2 |
Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2013
|
24. |
30 ta' Ġunju 2013 |
Rio de Janeiro, Brażil |
Spanja |
2–0 |
3–0 |
Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2013
|
25. |
7 ta' Settembru 2013 |
Brasília, Brażil |
Awstralja |
3–0 |
6–0 |
Logħba ta' ħbiberija
|
Referenzi
Ħoloq esterni
|