Il-liebru Taljan jew liebru Korsikan, magħruf xjentifikament bħala Lepus corsicanus huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu), nattiv tal-kontinent tal-Ewropa u endemiku tal-Italja.
Dan il-liebru huwa speċi mifruxa fil-peniżola Taljana, b'distribuzzjoni miċ-ċentru san-Nofsinhar tal-Italja fejn ħafna drabi jaqsam l-abitat mal-liebru Ewropew (speċi introdotta mil-bniedem għal skop ta' kaċċa) fil-gżira ta' Sqallija, fejn jidher komuni b'popolazzjoni stabbli u b'distribuzzjoni kontinwa, u fil-gżejjer ta' Elba u Korsika fejn kien ġie introdott mill-bniedem.
Il-liebru Taljan għal żmien twil kien meqjus bħala sottospeċi tal-liebru Ewropew.
Klassifikazzjoni
Dan il-liebru huwa wieħed minn għaxar speċi li qegħdin ikklassifikati fis-sottoġeneru Eulagos u m'hemm 'l ebda sottospeċi rikonoxxuta.
Referenzi
Ħoloq esterni