Ellis Park Stadium, illum magħruf aktar bħala Coca-Cola Park minħabba l-isponsorizzazzjoni, huwa stadju li jinsab ġewwa Johannesburg, fl-Afrika t'Isfel. Mibni fl-1928, dawn huwa wieħed mill-ikbar stadji fl-Afrika t'Isfel. Dan l-impjant huwa l-aktar famuż minħabba li ġewwa fih ospita l-finali tar-rugby tal-1995, li rat lill-Afrika t'Isfel tegħleb lil New Zealand u ssir ċampjin mondjali.
Storja
Il-bini ta' Ellis Park beda fl-1972 sabiex jospita l-logħbiet tat-tim tar-rugby ta' Golden Lions. Dan ġie msemmi wara JD Ellis, kunsillier ta' Johannesburg, li oriġinarjament kien proġett li jirreserva art ta' iktar minn ħames ettari. F'Ġunju 1928, il-grawnd kien lest għal partita ta' prova bejn l-Afrika t'Isfel u New Zealand. Bejn l-1947 u l-1957, l-iskop prinċipali tal-grawnd kien dak li jilqa' fih logħob tar-rugby u tal-krikit.
Fi tmiem is-snin sebgħin, l-impjant ġie modernizzat. L-istadju l-ġdid, inawgurat fl-1982, kellu jesa' 60,000 ruħ. Fl-1995, dan ospita numru ta' logħbiet mit-Tazza tad-Dinja tar-Rugby u kif ukoll il-finali mirbuħa mis-Sud-Afrikani fuq it-tim tal-All Blacks.
Fl-1999 saret partita ta' ħbiberija tal-futbol bejn tim magħżul ta' Afrikani u selezzjoni mondjali sabiex isellmu t-tluq ta' Nelson Mandela minn President tal-Afrika t'Isfel. Fil-11 ta' April, 2001, waħda mill-ikbar traġedji sportivi ħadet post f'Ellis Park meta 40 ruħ spiċċaw mejta fil-konfront bejn Orlando Pirates u Kaizer Chiefs.
Fl-2009, Ellis Park żamm fih il-finali tat-Tazza tal-Konfederazzjonijiet bejn l-Istati Uniti u l-Brażil. Huwa ġie magħżul fost għaxar impjanti sabiex fihom jintlagħbu l-logħbiet mit-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010.
Tazza tad-Dinja 2010
Ħoloq esterni
Koordinati: 26°11′51.07″S 28°3′38.76″E / 26.1975194°S 28.0607667°E / -26.1975194; 28.0607667