Matul l-istorja tal-kompetizzjonijiet, tliet trofej differenti ġew mogħtija lir-rebbieħa. It-trofew oriġinali, magħmul mill-fidda, kien l-"Abdelaziz Abdallah Salem Trophy", ġiet imsemmiha wara l-ewwel president tal-CAF, l-Eġizzjan Abdelaziz Abdallah Salem. Fl-1978, bħala l-ewwel tim li rebaħ tliet edizzjonijiet tat-Tazza tan-Nazzjonijiet, il-Gana kisbet id-dritt li żżomm dan it-trofew.
Bejn l-1980 u s-sena 2000, beda jingħata t-tieni trofew bl-isem ta' "Trophy of African Unity" jew "African Unity Cup". Dan ġie mogħti mill-Kunsill Suprem tal-Isport fl-Afrika lill-CAF qabel l-edizzjoni tal-1980 u dan kien jikkonsisti minn biċċa ċilindrika biċ-ċrieki Olimpiki fuq inċiżjoni tal-mappa tal-kontinent. Din kienet iżżomm fuq bażi kwadra u kellha widnejn fuq stil trijangulari. Il-Kamerun kisbu dan it-trofew b'mod definittiv wara r-rebħ tat-tielet titlu tagħhom f'din il-kompetizzjoni fl-2000.
Fl-2001, ġie mħabbar it-tieni trofew li kien jikkonsisti minn tazza indurata bid-deheb, iddisinjata u magħmula ġewwa l-Italja. Il-Kamerun, li kienu rebbieħa tal-aħħar trofew, refgħu dan it-trofew il-ġdid wara r-rebħa finali fl-edizzjoni tal-2002. L-Eġittu rebħu dan it-trofew b'mod permanenti wara li saru tliet darbiet ċampjins tal-Afrika fl-2010, rebħa li kienet it-tielet waħda konsekuttiva.
^Fl-1957, it-tim nazzjonali tal-Afrika t'Isfel ġie skwalifikat mill-kompetizzjoni minħabba l-politika tal-apartheid.
^Fl-1959, it-tliet timijiet lagħbu kollha kontra xulxin. Fl-aħħar logħba, ir-rebħa tal-Eġittu fuq is-Sudan bl-iskor ta' 2–1 eleġġa lit-tim Eġizzjan bħala rebbieħ tat-turnew.
^ abFl-1976, ma kien hemm l-ebda finali proprja; ir-rebbieħ ġie deċiż minn turnew magħmul minn erba' timijiet.
^Fl-1978, fil-logħba għat-tielet post in-Niġerja ngħatat rebħa ta' 2–0 wara li t-Tuneżija abbandunaw il-grawnd wara 42 minuta logħba (bl-iskor parzjali ta' 1–1) bi protesta għall-irrefjar.