Premier League 2013–14Logħbiet |
90 |
---|
Gowls skurjati |
219 (2.43 kull logħba) |
---|
L-aqwa skorer |
Daniel Sturridge (8 gowls) |
---|
Bidu tal-istaġun |
17 ta' Awwissu 2013 |
---|
Tmiem tal-istaġun |
11 ta' Mejju 2014 |
---|
Attendenza medja |
36,659 |
---|
|
Il-Premier League 2013–14 huwa t-22 staġun tal-Premier League Ingliż, l-ogħla livell tal-futbol fl-Ingilterra, mill-istabbiliment tiegħu fl-1992. L-istaġun beda fis-17 ta' Awwissu 2013 u mistenni li jispiċċa fil-11 ta' Mejju 2013. Dan huwa l-ewwel staġun fejn fih se tiġi wżata t-teknoloġija tal-linja tal-gowl (goal-line technology) bl-użu tas-sistema Hawk-Eye.
Timijiet
Total ta' għoxrin tim se jieħdu sehem f'dan il-kampjonat, sbatax ġejjin mill-istaġun 2012–13 u tlieta promossi mill-Football League Championship 2012–13.
Nhar is-16 ta' April 2013, Cardiff City, wara assenza ta' 51 sena,[1] kisbu l-promozzjoni lura għall-ogħla diviżjoni. Dan se jkun l-ewwel staġun ta' Cardiff City taħt il-format tal-Premier League, u bi Swansea City ukoll f'din id-diviżjoni jfisser li d-derby tan-Nofsinhar ta' Wales se jintlagħab għall-ewwel darba fl-ogħla livell.[2] Din se tkun ukoll l-ewwel darba li żewġ klabbs minn barra l-Ingilterra se jikkompetu fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Ingliż fl-istess staġun.
Fl-4 ta' Mejju 2013, Hull City assiguraw promozzjoni lejn il-Premier League wara assenza żgħira ta' tliet staġuni. Hull kellhom jirbħu lil Cardiff City fl-aħħar ġurnata tal-istaġun sabiex iżommu t-tieni post, però dro kien biżżejjed wara t-telfa drammatika ta' Watford ġewwa darhom kontra Leeds United.
Nhar is-27 ta' Mejju 2013, Crystal Palace ħadu l-aħħar post disponibbli wara li għelbu lil Watford fil-finali tal-play-off, bil-gowl ta' Kevin Phillips minn penalty fil-ħin barrani jwassal lil Crystal Palace għall-ewwel darba fil-Premier League mill-istaġun 2004–05.
Timijiet promossi mill-Football League Championship 2012–13
Timijiet relegati għall-Football League Championship 2013–14
Klassifika
Riżultati
Aġġornata sal-logħbiet li ntlagħbu fit-28 ta' Ottubru 2013.
Sors: Premier League
1 It-tim li jilgħab f'daru hu mniżżel fil-kolonna xellugija.
Kuluri: Blu = rebħa ta' tim f'daru; Isfar = dro; Aħmar = rebħa ta' tim barra minn daru.
Referenzi
Ħoloq esterni