L-istaġun 2010–11 tal-Premier League kien id-dsatax-il staġun tal-Premier League Ingliż minn mindu ġie stabbilit fl-1992. L-istaġun ingħata l-bidu fl-14 ta' Awwissu 2010, bit-tim ta' Chelsea ikun id-difensur tat-titlu.
Manchester United rebħu t-titlu b'permezz tal-pari ta' 1–1 barra minn darhom kontra Blackburn Rovers fl-14 ta' Mejju 2011. Dan kien id-dsatax-il titlu tal-kampjonat Ingliż, rekord ġdid fil-futbol lokali fejn qabżu lit-tim ta' Liverpool li għandu tmintax. Ir-rebħ tal-kampjonat fisser ukoll it-tnax-il titlu għall-kowċ Sir Alex Ferguson.
Hull City, Burnley u Portsmouth ġew relegati wara li spiċċaw fl-aħħar tliet postijiet tal-klassifika. Mit-timijiet relgati, Portsmouth kellhom l-itwal avventura bħala membru tal-ogħla diviżjoni hekk kif qattgħet seba' snin fil-Premier League. Hull City u Burnley, min-naħa l-oħra, irritornaw lura lejn iċ-Championship wara sentejn u sena rispettivament.
Ir-rebbieħa tal-Football League Championship 2009–10 Newcastle United, it-tieni klassifikati West Bromwich Albion u r-rebbieħa tal-playoff finali Blackpool kisbu l-promozzjoni lejn il-Premier League. Waqt li Newcastle u West Brom kienu qegħdin jirritornaw lura fl-ogħla livell tal-futbol Ingliż wara biss sena, Blackpool kienu ilhom 39 sena assenti minn din id-diviżjoni.
Din kienet l-ewwel darba mill-1983–84 li l-akbar erba' timijiet minn Midlands tal-Punent — Birmingham City, West Bromwich Albion, Aston Villa u Wolverhampton Wanderers — se jkunu flimkien fl-ogħla diviżjoni. Din ukoll se tkun l-ewwel darba li se jintlagħab id-derby ta' Black County fil-Premier League, bejn West Bromwich Albion u Wolverhampton Wanderers. B'Portsmouth relegati, dan l-istaġun mhu se jkollu l-ebda tim min-Nofsinhar barra minn Londra.
Promozzjoni u relegazzjoni
Timijiet promossi mill-Football League Championship 2009–10
Sors: Barclays Premier League 1 Fulham ikkwalifikaw għall-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni bħala rebbieħa tal-klassifika tal-Fair Play. 2 Stoke City ikkwalifikaw għat-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League 2011–12 bħala finalisti telliefa tal-FA Cup 2010–11 kontra Manchester City li kkwalifikaw għaċ-Champions League. 3 Birmingham City ikkwalifikaw għar-rawnd tal-play-off tal-UEFA Europa League 2011–12 UEFA Europa League wara r-rebħa fil-Football League Cup 2010–11, li tfisser post fit-tielet rawnd preliminari, li sussegwentament tmexxiet rawnd 'il fuq wara r-riżultat tal-FA Cup 2011.
Regoli għall-klassifikazzjoni: l-ewwel skont il-punti, it-tieni skont id-differenza fil-gowls, it-tielet skont kemm il-gowls ġew skurjati
Sors: Barclays Premier League 1 It-tim li jilgħab f'daru hu mniżżel fil-kolonna xellugija. Kuluri: Blu = rebħa ta' tim f'daru; Isfar = pari; Aħmar = rebħa ta' tim barra minn daru.