Il-pika ħamra taċ-Ċina (Ochotona erythrotis) hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha mifruxa fl-Asja. Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-muntanji li hu magħmul minn 13-il speċi, miġburin fis-sottoġeneru Conothoa.
Din il-pika qiegħda klassifikata fil-Lista Ħamra tal-IUCN bħala speċi b'popolazzjoni stabbli fi stat tal-inqas ħsieb.
Distribuzzjoni
Din hija waħda mill-ispeċi endemiċi taċ-Ċina u tinsab mifruxa mal-muntanji fit-territorji jew fil-provinċi ta' Gansu, ta' Qinghai, ta' Sichuan u ta' Xinjiang.
Klassifikazzjoni
Referenzi
Ħoloq esterni