Marcel Langiller (twieled fit-2 ta' Ġunju 1908 – miet fit-28 ta' Diċembru 1980) kien plejer tal-futbol Franċiż. Hu kien jilgħab bħala attakkant u kien magħruf bħala "La Caille".
Karriera
Matul il-karriera tiegħu, Langiller lagħab ma' Excelsior Roubaix, Red Star, Saint-Étienne u CA Paris. Ma' Excelsior hu rebaħ it-Tazza Franċiża fl-1933, u kien finalista tal-istess tazza ma' CA Paris fl-1928.
Mat-tim nazzjonali Franċiż lagħab 30 darba u skorja 7 gowls. Hu kien magħżul fost l-iskwadra għat-Tazza tad-Dinja 1930, l-ewwel waħda tal-istorja. L-uniku gowl li skorja f'din il-kompetizzjoni wasal fl-ewwel logħba kontra l-Messiku, fejn Franza rebħu 4–1.
Unuri
Klabb
- Excelsior Roubaix
Ħoloq esterni