Edgar Arrigo (15 ta' April 1870 – 27 ta' Frar 1937) kien l-ewwel speaker tal-Kamra tad-Deputati f'Malta.
Arrigo twieled il-Belt Valletta, minn Osvaldo Arrigo u Susanna Grech, fil-15 ta' April 1870, u għammdu lil Edgardo fil-Knisja tal-Madonna ta' Porto Salvo fil-Belt Valletta.[1]
Arrigo studja fil-Liċeo tal-Belt Valletta u fl-20 ta' Ottubru 1887 ingħaqad maċ-Ċivil bħala skrivan fl-Uffiċċju tas-Segretarju Ewlieni taħt Gerald Strickland. Fl-1900 ġie promoss għal Assistent Segretarju Ewlieni ta' Strickland.[1]
Fid-29 ta' Ottubru 1921, waqt l-ewwel seduta tal-Assemblea Leġiżlattiva ta' Malta (1921–1923) inħatar president tal-kamra, wara li ġie nominat minn Antonio Dalli. Din in-nomina kienet issekondata minn Gerald Strickland.[1]
Referenzi