Djalett

Dijagramma tar-relazzjoni bejn il-continuum ta' djaletti Ġermaniċi tal-Punent u l-varjetajiet standard

It-terminu djalett (mil-Latin dialectus, dialectos, mill-Grieg Antik διάλεκτος, diálektos jiġifieri "diskors", minn διά, diá "permezz (ta' dan)" u λέγω, légō "jiena nitkellem") jista' jirreferi għal wieħed minn żewġ fenomeni lingwistiċi distinti:

  • varjetà ta' lingwa li tkun karatteristika ta' grupp partikolari ta' kelliema ta' lingwa.[1] Skont din id-definizzjoni, id-djaletti jew il-varjetajiet ta' lingwa partikolari jkollhom rabta sfiqa u sikwit ikunu intelliġibbli reċiprokament, speċjalment jekk ikunu qrib xulxin fuq continuum ta' djaletti;
  • użu kollokjali f'żoni ġeografiċi speċifiċi, is-soltu fi ħdan reġjun jew stat.

Karatteristiċi li jiddistingwu d-djaletti minn xulxin jistgħu jinstabu fil-lessiku (vokabularju) u fil-grammatika, kif ukoll fil-pronunzja (il-fonoloġija, inkluż il-prosodija). Fejn id-distinzjonijiet ewlenin ikunu biss jew l-iktar fil-pronunzja, it-terminu iktar speċifiku aċċent jista' jintuża minflok djalett. Id-differenzi li jkunu kkonċentrati l-iktar fil-lessiku jistgħu jissejħu lingwi kreole. Meta d-differenzi lessikali jkunu kkonċentrati l-iktar fil-vokabularju speċjalizzat ta' professjoni jew ta' organizzazzjoni oħra, dawn ikunu lingwaġġi tekniċi; filwaqt li d-differenzi fil-vokabularju li jiddaħħlu apposta biex jiġu esklużi terzi jew bħala drawwiet biex ikun hemm distinzjoni minn klassi għal oħra ta' nies huma magħrufa bħala kriptoletti u jinkludu pereżempju s-slang. Ix-xejriet partikolari fit-taħdit li jintużaw minn individwu jitqiesu bħala l-idjolett ta' dik il-persuna.

Sabiex jiġu kklassifikati sottosettijiet ta' lingwa bħala djaletti, il-lingwisti jqisu d-distanza lingwistika. Id-djaletti ta' lingwa b'sistema ta' kitba joperaw fuq livelli differenti ta' distanza mill-forma tal-kitba standardizzata. Xi djaletti ta' lingwa mhumiex intelliġibbli reċiprokament fil-forma mitkellma, u dan iwassal għal dibattitu dwar jekk dawn humiex reġjoletti jew lingwi separati.

Djaletti standard u mhux standard

Djalett standard, magħruf ukoll bħala "lingwa standardizzata", ikun appoġġat mill-istituzzjonijiet. Tali appoġġ istituzzjonali jista' jinkludi kwalunkwe entità minn dawn li ġejjin jew kollha kemm huma: rikonoxximent jew deżinjazzjoni mill-gvern; preżentazzjoni formali fit-tagħlim bħala l-forma "korretta" ta' lingwa; monitoraġġ informali tal-użu ta' kuljum; grammatiki ppubblikati, dizzjunarji, u kotba akkademiċi li jistabbilixxu forma normattiva mitkellma u bil-miktub; kif ukoll letteratura formali estensiva (eż. proża, poeżija, fizzjoni, eċċ.) li tużaha. Eżempju ta' lingwa standardizzata hija l-lingwa Franċiża li hija appoġġata mill-istituzzjoni Académie Française.

Djalett mhux standard ikollu grammatika u vokabularju kompleti, iżda s-soltu ma jkollux appoġġ istituzzjonali.

Djalett bħala varjetà lingwistika ta' lingwa

It-terminu jiġi applikat l-iktar għal xejriet ta' taħdit reġjonali, iżda djalett jista' jiġi definit ukoll minn fatturi oħra, bħall-klassi soċjali jew l-etniċità.[2] Djalett li jiġi assoċjat ma' klassi soċjali partikolari jista' jissejjaħ soċjolett. Djalett li jiġi assoċjat ma' grupp etniku partikolari jista' jissejjaħ etnolett.

Djalett ġeografiku/reġjonali jista' jissejjaħ reġjolett[3] (jeżistu termini alternattivi, fosthom "reġjonalett"[4], "ġeolett"[5], u "topolett"[6]). Skont din id-definizzjoni, kwalunkwe varjietà ta' lingwa partikolari tista' tiġi kklassifikata bħala "djalett", inkluż kwalunkwe varjetà standardizzata. F'dan il-każ, id-distinzjoni bejn il-"lingwa standard" (jiġifieri d-djalett "standard" ta' lingwa partikolari) u d-djaletti "mhux standard" (vernakolari) tal-istess lingwa spiss tkun arbitrarja u bbażata fuq kunsiderazzjonijiet soċjali, politiċi, kulturali jew storiċi jew fuq il-prevalenza u l-prominenza.[7][8][9] B'mod simili, id-definizzjonijiet tat-termini "lingwa" u "djalett" jistgħu jitrikkbu u sikwit ikunu soġġetti għal dibattitu. Spiss id-differenzjazzjoni bejn iż-żewġ klassifikazzjonijiet tkun imsejsa fuq motivi arbitrarji jew soċjopolitiċi.[10] Madankollu, it-terminu "djalett" xi kultant ikun ristrett biex ifisser "varjetà mhux standard", partikolarment f'ambjenti mhux speċjalizzati u fi tradizzjonijiet lingwistiċi mhux ibbażati fuq l-Ingliż.[11][12][13][14]

Djalett jew lingwa

Ma hemm l-ebda kriterju aċċettat universalment sabiex issir distinzjoni bejn żewġ lingwi differenti minn żewġ djaletti (jiġifieri varjetajiet) tal-istess lingwa.[15] Jeżistu għadd ta' miżuri approssimattivi, li xi kultant iwasslu għal riżultati kontradittorji. Għaldaqstant, id-distinzjoni (dikotomija) bejn djalett u lingwa hija soġġettiva (arbitrarja) u tiddependi fuq il-qafas ippreferut ta' referenza tal-utent.[16] Pereżempju, kien hemm diskussjoni dwar jekk l-Ingliż Kreole ta' Limón għandux jiġi kkunsidrat bħala "xorta" ta' Ingliż jew lingwa differenti. Din il-lingwa kreole hija mitkellma fil-kosta tal-Karibew ta' Costa Rica fl-Amerka Ċentrali minn dixxendenti Ġamajkani. Il-pożizzjoni li jappoġġaw il-lingwisti ta' Costa Rica tiddependi skont liema università jirrappreżentaw. Eżempju ieħor huwa l-Iskanjan, li saħansitra għal xi żmien kellu l-kodiċi ISO tiegħu.

Distanza lingwistika

Kriterju importanti għall-kategorizzazzjoni tal-varjetajiet ta' lingwa huwa d-distanza lingwistika. Sabiex varjietà titqies bħala djalett, id-distanza lingwistika bejn iż-żewġ varjetajiet trid tkun żgħira. Id-distanza lingwistika bejn forom mitkellma jew bil-miktub ta' lingwa tiżdied meta jiġu kkaratterizzati d-differenzi bejn il-forom. Pereżempju, żewġ lingwi bi strutturi sintattiċi differenti għalkollox ikollhom distanza lingwistika kbira, filwaqt li lingwa bi ftit differenzi minn oħra tista' titqies bħala djalett jew relatata mill-qrib ma' dik il-lingwa. Id-distanza lingwistika tista' tintuża biex jiġu ddeterminati l-familji lingwistiċi u r-relazzjonijiet lingwistiċi. Pereżempju, lingwi b'distanza lingwistika żgħira, bħall-Olandiż u l-Ġermaniż, jitqiesu bħala relatati lingwistikament. L-Olandiż u l-Ġermaniż huma relatati lingwistikament fil-grupp ta' lingwi Ġermaniċi tal-Punent. Xi lingwi relatati ma' xulxin ikunu eqreb ta' xulxin f'termini ta' distanza lingwistika minn lingwi relatati ma' xulxin oħra. Il-Franċiż u l-Ispanjol, li huma lingwi relatati ma' xulxin fil-fergħa Rumanza tal-grupp ta' lingwi Indo-Ewropej, huma eqreb ta' xulxin milli huma fir-rigward ta' kwalunkwe lingwa mill-grupp Ġermaniku tal-Punent.[17] Meta l-lingwi jkunu qrib xulxin f'termini ta' distanza lingwistika, ikunu jixxiebħu, u huwa għalhekk li d-djaletti ma jiġux ikkunsidrati bħala distanti lingwistikament mill-lingwa li nibtu minnha.

Intelliġibbiltà reċiproka

Kriterju li sikwit jitqies li huwa purament lingwistiku huwa dak tal-intelliġibbiltà reċiproka: jingħad li żewġ varjetajiet ikunu djaletti tal-istess lingwa jekk kelliem ta' varjetà jikkonferixxi biżżejjed għarfien sabiex jifhem u jiġi mifhum minn kelliem ta' varjetà oħra; inkella, jingħad li jkunu lingwi differenti.[18] Madankollu, din id-definizzjoni ma tistax tiddelimita b'mod konsistenti l-lingwi fil-każ ta' continuum ta' djaletti (jew katina ta' djaletti), li jkun fiha sekwenza ta' varjetajiet, fejn kull varjetà tkun intelliġibbli reċiprokament mill-varjetà sussegwenti, iżda fejn varjetajiet 'il bogħod minn xulxin ma jistgħux ikunu intelliġibbli reċiprokament.[18] Problemi oħra marbuta ma' dan il-kriterju huma li l-intelliġibbiltà reċiproka sseħħ f'livelli li jvarjaw, u huwa diffiċli li ssir distinzjoni meta jkun hemm il-familjarità preċedenti ma' varjetà oħra. L-intelliġibbiltà reċiproka rrapportata tista' tiġi affettwata wkoll mill-attitudnijiet tal-kelliema fil-konfront tal-komunità l-oħra ta' kelliema.[19]

Ir-rekwiżit għar-reċiproċità ġie abbandunat mil-Language Survey Reference Guide (Gwida ta' Referenza għal Stħarriġ Lingwistiku) ta' SIL International, il-pubblikaturi tal-Ethnologue u l-awtorità ta' reġistrazzjoni tal-istandard ISO 639-3 għall-kodiċijiet tal-lingwi. Huma jiddefinixxu "raggruppament ta' djaletti" bħala varjetà ċentrali flimkien ma' dawk il-varjetajiet kollha li l-kelliema tagħhom jifhmu l-varjetà ċentrali fuq livell limitu speċifikat jew ogħla. Jekk il-livell limitu jkun għoli, is-soltu bejn 70 % u 85 %, ir-raggruppament jiġi ddeżinjat bħala lingwa.[20]

Definizzjonijiet soċjolingwistiċi

Kriterju ieħor li jintuża xi drabi biex issir distinzjoni bejn djaletti u lingwi hija n-nozzjoni soċjolingwistika ta' awtorità lingwistika. Skont din id-definizzjoni, żewġ varjetajiet jitqiesu djaletti tal-istess lingwa jekk (f'mill-inqas f'xi ċirkostanzi) jirreferu għall-istess awtorità rigward xi mistoqsijiet dwar il-lingwa tagħhom. Pereżempju, biex wieħed jitgħallem l-isem ta' invenzjoni ġdida, jew xi speċi rari barranija ta' pjanta, il-kelliema tal-Ġermaniż ta' Westfalia u tal-Lvant ta' Franken jistgħu jikkonsultaw dizzjunarju Ġermaniż jew jistaqsu espert li jitkellem il-Ġermaniż dwar is-suġġett. B'hekk, dawn il-varjetajiet jingħad li jkunu dipendenti jew eteronomi fir-rigward tal-Ġermaniż Standard, li jingħad li jkun awtonomu.[21]

F'kuntrast ma' dan, il-kelliema fin-Netherlands ta' varjetajiet tas-Sassonja t'Isfel li jkunu simili għal dawk ta Westfalia, minflok jikkonsultaw dizzjunarju tal-Olandiż Standard. B'mod simili, għalkemm il-Yiddish huwa kklassifikat mil-lingwisti bħala lingwa fil-grupp Ġermaniż Għoli Nofsani ta' lingwi u għandu xi livell ta' intelliġibbiltà reċiproka mal-Ġermaniż, kelliem tal-Yiddish jikkonsulta dizzjunarju tal-Yiddish iktar milli dizzjunarju tal-Ġermaniż f'każ bħal dan.

Fi ħdan dan il-qafas, W. A. Stewart iddefinixxa lingwa bħala varjetà awtonoma flimkien mal-varjetajiet kollha li huma eteronomi fir-rigward tagħha, u nnota li definizzjoni ekwivalenti essenzjali kienet ġiet iddikjarata minn Charles A. Ferguson u John J. Gumperz fl-1960.[22][23] Varjetà eteronoma tista' titqies djalett ta' lingwa definita b'dan il-mod. F'dawn it-termini, id-Daniż u n-Norveġiż, għalkemm sa ċertu punt huma intelliġibbli reċiprokament, jitqiesu bħala lingwi separati.[24] Fil-qafas ta' Heinz Kloss, dawn jiġu deskritti bħala lingwi permezz ta' ausbau (żvilupp) iktar milli permezz ta' abstand (separazzjoni).[25]

F'sitwazzjonijiet oħra, grupp relatat mill-qrib ta' varjetajiet ikollu intelliġibbiltà reċiproka konsiderevoli (għalkemm mhux kompleta), iżda l-ebda grupp ma jiddomina fuq l-oħrajn. Sabiex jiddeskrivu din is-sitwazzjoni, l-edituri tal-Handbook of African Languages (Manwal tal-Lingwi Afrikani) introduċew it-terminu raggruppament ta' djaletti bħala unità ta' klassifikazzjoni fl-istess livell ta' lingwa.[26] Sitwazzjoni simili, iżda b'livell ikbar ta' nuqqas ta' intelliġibbiltà reċiproka, ġiet imsejħa raggruppament ta' lingwi.[27]

Fatturi politiċi

Madankollu, f'bosta soċjetajiet, djalett partikolari, spiss soċjolett ta' klassi tal-elit, tiġi identifikata bħala l-verżjoni "standard" jew "proprja" ta' lingwa minn dawk li jkunu jridu jagħmlu distinzjoni soċjali f'kuntrast ma' varjetajiet oħra. B'riżultat ta' dan, f'xi kuntesti, it-terminu "djalett" jirreferi speċifikament għal varjetajiet bi status soċjali baxx. F'dan is-sens sekondardju ta' "djalett", il-varjetajiet ta' lingwa spiss jissejħu djaletti minflok lingwi:

  • jekk ma jkollhom l-ebda forma standard jew kodifikata;
  • jekk qajla jew qatt ma jintużaw bil-miktub (għajr taħdit irrapportat);
  • jekk il-kelliema ta' lingwa partikolari ma jkollhomx stat tagħhom stess;
  • jekk ma jkollhomx prestiġju meta mqabbla ma' xi varjetà li spiss tkun standardizzata.

L-istatus ta' "lingwa" ma jiġix unikament iddeterminat minn kriterji lingwistiċi, iżda huwa wkoll ir-riżultat ta' żvilupp storiku u politiku. Ir-Romansh bħala lingwa beda jiġi miktub, u għalhekk huwa rikonoxxut bħala lingwa, anke jekk huma qrib ħafna ta' djaletti Alpini tal-Lombardia u l-Latin klassiku. Eżempju oppost huwa ċ-Ċiniż, li l-varjazzjonijiet tiegħu bħall-Mandarin u l-Kantoniż spiss jissejħu djaletti u mhux lingwi fiċ-Ċina, minkejja n-nuqqas ta' intelliġibbiltà reċiproka tagħhom.

Il-konfini nazzjonali xi kultant iwasslu biex id-distinzjoni bejn "lingwa" u "djalett" tkun kwistjoni ta' importanza politika. Grupp li jitkellem "lingwa" separata jista' jitqies bħala li għandu iktar jedd biex jiddikjara li huwa "poplu" separat, u għalhekk li jistħoqqlu iktar li jkollu stat indipendenti tiegħu, filwaqt li grupp li jitkellem "djalett" jista' jitqies bħala sottogrupp, jiġifieri parti minn poplu ikbar, li jkollu jikkuntenta bl-awtonomija reġjonali.

Il-lingwist tal-Yiddish Max Weinreich ippubblika l-espressjoni A shprakh iz a dialekt mit an armey un flot ("אַ שפּראַך איז אַ דיאַלעקט מיט אַן אַרמײ און פֿלאָט"‎, li tfisser "Lingwa hija djalett b'armata u bi flotta navali") f'YIVO Bleter (25.1, 1945, p. 13). L-importanza tal-fatturi politiċi fi kwalunkwe tentattiv biex wieħed iwieġeb il-mistoqsija "x'inhi lingwa?" hija kbira biżżejjed biex tixħet dubju dwar jekk huwiex possibbli li jkun hemm definizzjoni strettament lingwistika, mingħajr approċċ soċjokulturali. Dan jintwera bil-frekwenza li biha l-aforiżma armata-flotta navali tiġi kkwotata.

Djalett u aċċent

John Lyons isostni li "Bosta lingwisti [...] iqisu d-differenzi fl-aċċent bħala differenzi fid-djalett". Inġenerali, l-aċċent jirreferi għall-varjazzjonijiet fil-pronunzja, filwaqt li d-djalett jinkorpora wkoll varjazzjonijiet speċifiċi fil-grammatika u fil-vokabularju.

Referenzi

  1. ^ "DIALECT | Definition of DIALECT by Oxford Dictionary on Lexico.com also meaning of DIALECT". Lexico Dictionaries | English (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-05-16. Miġbur 2021-07-31.
  2. ^ "Definition of DIALECT". www.merriam-webster.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-31.
  3. ^ Wolfram, Walt and Schilling, Natalie. 2016. American English: Dialects and Variation. West Sussex: John Wiley & Sons, p. 184.
  4. ^ Daniel. W. Bruhn, Walls of the Tongue: A Sociolinguistic Analysis of Ursula K. Le Guin's The Dispossessed, p. 8.
  5. ^ Christopher D. Land, "Varieties of the Greek language", in Stanley E. Porter, Andrew Pitts (ed.), The Language of the New Testament: Context, History, and Development, p. 250, ISBN 978-9004234772.
  6. ^ "topolect". The American Heritage Dictionary of the English Language (4th ed.). Boston: Houghton Mifflin Harcourt. 2010.
  7. ^ Chao, Yuen Ren (1968). Language and Symbolic Systems. CUP archive. p. 130. ISBN 9780521094573.
  8. ^ Lyons, John (1981). Language and Linguistics. Cambridge University Press. p. 25.
  9. ^ Johnson, David (27 May 2008). How Myths about Language Affect Education: What Every Teacher Should Know. p. 75. ISBN 978-0472032877.
  10. ^ McWhorter, John (2016-01-19). "There's No Such Thing as a 'Language'". The Atlantic (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-31.
  11. ^ Perak, Benedikt; Trask, Robert; Mihaljević, Milica (2005). Temeljni lingvistički pojmovi (bis-Serbo-Kroat). p. 81.
  12. ^ Schilling-Estes, Natalies (2006). "Dialect variation". In Fasold, R.W.; Connor-Linton, J. (eds.). An Introduction to Language and Linguistics. Cambridge: Cambridge University Press. pp. 311-341.
  13. ^ Gala, Sławomir (1998). Teoretyczne, badawcze i dydaktyczne założenia dialektologii (bil-Pollakk). Łódzkie Towarzystwo Naukowe. p. 24. ISBN 9788387749040.
  14. ^ Dąbrowska-Kardas, Małgorzata (2012). Analiza dyrektywalna przepisów części ogólnej kodeksu karnego (bil-Pollakk). Wolters Kluwer. p. 32. ISBN 9788326446177.
  15. ^ Cysouw, Michael; Good, Jeff. (2013). "Languoid, Doculect, and Glossonym: Formalizing the Notion 'Language'." Language Documentation and Conservation. 7. 331–359.
  16. ^ Tomasz Kamusella. 2016. The History of the Normative Opposition of 'Language versus Dialect:' From Its Graeco-Latin Origin to Central Europe’s Ethnolinguistic Nation-States (pp 189-198). Colloquia Humanistica. Vol 5.
  17. ^ Tang, Chaoju; van Heuven, Vincent J. (May 2009). "Mutual intelligibility of Chinese dialects experimentally tested". Lingua. 119 (5): 709–732. ISSN 0024-3841.
  18. ^ a b Comrie, Bernard (2018). "Introduction". In Bernard Comrie (ed.). The World's Major Languages. Routledge. pp. 2-3. ISBN 978-1-317-29049-0.
  19. ^ Chambers, Jack; Trudgill, Peter (1998). Dialectology (it-tieni ed.). Cambridge University Press. p. 4.
  20. ^ Grimes, Joseph Evans (1995). Language Survey Reference Guide. SIL International. p. 17. ISBN 978-0-88312-609-7.
  21. ^ Chambers, Jack; Trudgill, Peter (1998). Dialectology (it-tieni ed.). Cambridge University Press. p. 10.
  22. ^ Stewart, William A. (1968). "A sociolinguistic typology for describing national multilingualism". In Fishman, Joshua A. (ed.). Readings in the Sociology of Language. De Gruyter. pp. 531-545. ISBN 978-3-11-080537-6. p. 535.
  23. ^ Ferguson, Charles A.; Gumperz, John J. (1960). "Introduction". In Ferguson, Charles A.; Gumperz, John J. (eds.). Linguistic Diversity in South Asia: Studies in Regional, Social, and Functional Variation. Indiana University, Research Center in Anthropology, Folklore, and Linguistics. pp. 1-18. p. 5.
  24. ^ Chambers, Jack; Trudgill, Peter (1998). Dialectology (it-tieni ed.). Cambridge University Press. p. 11.
  25. ^ Kloss, Heinz (1967). "'Abstand languages' and 'ausbau languages'". Anthropological Linguistics. 9 (7): 29–41. JSTOR 30029461.
  26. ^ Handbook Sub-committee Committee of the International African Institute. (1946). "A Handbook of African Languages". Africa. 16 (3): 156–159. JSTOR 1156320.
  27. ^ Hansford, Keir; Bendor-Samuel, John; Stanford, Ron (1976). "A provisional language map of Nigeria". Savanna. 5 (2): 115-124. p. 118.

Ħoloq esterni

Read other articles:

Not to be confused with androstanediol, androstenedione, androstenediol, or androstadienol. Androstanedione Names IUPAC name (5S,8R,9S,10S,13S,14S)-10,13-dimethyl-2,4,5,6,7,8,9,11,12,14,15,16-dodecahydro-1H-cyclopenta[a]phenanthrene-3,17-dione Other names Dihydroandrostenedione; 5α-Androstanedione; 5α-Androstane-3,17-dione Identifiers CAS Number 846-46-8 3D model (JSmol) Interactive image ChEBI CHEBI:15994 ChEMBL ChEMBL1230438 ChemSpider 193520 DrugBank DB01561 PubChem CID 222865 UNII 2KR72...

I Love IndonesiaAlbum studio karya Ten 2 FiveDirilis16 Agustus 2010GenreFolkLabelExplosive MusicKronologi Ten 2 Five 3(2007)32007 I Love Indonesia (2010) Journey (2012)String Module Error: Match not found2012 I Love Indonesia adalah album musik keempat karya Ten 2 Five. Dirilis pada tahun 2010. Album ini berisikan lagu-lagu daerah Indonesia sebanyak 8 buah lagu seperti: Lir Ilir, Kicir Kicir, Ayam Den Lapeh, dan satu buah lagu rohani yaitu Cintaku Pada-Nya. Album ini sendiri tidak dijual ...

هذه المقالة يتيمة إذ تصل إليها مقالات أخرى قليلة جدًا. فضلًا، ساعد بإضافة وصلة إليها في مقالات متعلقة بها. (أبريل 2019) جيجي مارفن   معلومات شخصية الميلاد 7 مارس 1987 (36 سنة)  وورود  مواطنة الولايات المتحدة  الطول 173 سنتيمتر[1]  الوزن 150 رطل  الحياة العملية المدرسة

Костас Стафілідіс Костас Стафілідіс Особисті дані Повне ім'я Константінас Стафілідіс Народження 2 грудня 1993(1993-12-02) (29 років)   Салоніки, Греція Зріст 178 см Вага 76 кг Громадянство  Греція Позиція захисник Інформація про клуб Поточний клуб «Бохум» Номер 16 Юнацькі �...

Ted CruzSenator Amerika Serikat dari TexasPetahanaMulai menjabat 3 Januari 2013Menjabat bersama John CornynPendahuluKay Bailey Hutchison Informasi pribadiLahirRafael Edward Cruz22 Desember 1970 (umur 52)Calgary, Alberta, KanadaPartai politikRepublikSuami/istriHeidi Nelson ​(m. 2001)​HubunganRafael Cruz (ayah)Eleanor Wilson (ibu)Anak2Tempat tinggalHouston, Texas, Amerika SerikatPendidikanUniversitas PrincetonUniversitas HarvardTanda tanganSitus web...

هذه المقالة يتيمة إذ تصل إليها مقالات أخرى قليلة جدًا. فضلًا، ساعد بإضافة وصلة إليها في مقالات متعلقة بها. (فبراير 2016) مدفع الآلي إم4 عيار 37 ملم النوع مدفع آلي بلد الأصل الولايات المتحدة الأمريكية تاريخ الاستخدام فترة الاستخدام 1942 المستخدمون الولايات المتحدة الأمريكيةالات�...

Airport in Russia This article has multiple issues. Please help improve it or discuss these issues on the talk page. (Learn how and when to remove these template messages) This article may need to be rewritten to comply with Wikipedia's quality standards. You can help. The talk page may contain suggestions. (February 2014) This article needs to be updated. Please help update this article to reflect recent events or newly available information. (June 2022) (Learn how and when to remove this te...

AmplangSepiring Amplang dari Kalimantan.JenisMakanan ringanTempat asalIndonesia[1]DaerahSamarinda[1] dan Balikpapan di Kalimantan Timur, juga dapat ditemui di Kalimantan Selatan, Kalimantan Utara, dan Sabah, MalaysiaBahan utamaIkan tenggiri, tepung kanji, rempah-rempah  Media: Amplang Amplang adalah sebuah makanan ringan tradisional yang terbuat dari ikan yang disajikan di Samarinda, Indonesia[2] dan kemudian terkenal di Kalimantan Timur, Kalimantan Selatan, K...

برنامج أبولوالشعارمعلومات عامةالبلد  الولايات المتحدةالمنظم ناساالهدف هبوط مأهول على سطح القمرالحالة مكتملالكلفة 25.4 مليار دولار أمريكي (1973)[1]موقع الإطلاق مركز كينيدي للفضاءWhite Sands Missile Range (en) Cape Canaveral Launch Complex 34 (en) تاريخ البرنامجالبداية 1961 مدة البرنامج 1961–1972النهاي�...

French writer and psychoanalyst (1882–1962) For the French princess of the Bonaparte dynasty, see Marie Clotilde Bonaparte. You can help expand this article with text translated from the corresponding article in French. (November 2020) Click [show] for important translation instructions. Machine translation, like DeepL or Google Translate, is a useful starting point for translations, but translators must revise errors as necessary and confirm that the translation is accurate, rather th...

This article needs to be updated. Please help update this article to reflect recent events or newly available information. (February 2022) United States historic placeDowntown Providence Historic DistrictU.S. National Register of Historic PlacesU.S. Historic district Show map of ProvidenceShow map of Rhode IslandShow map of the United StatesLocationProvidence, Rhode IslandCoordinates41°49′N 71°25′W / 41.82°N 71.41°W / 41.82; -71.41Area90 acres (36 ha)Built...

2018 film directed by Lazar Bodroža A.I. RisingOriginal DVD coverDirected byLazar Bodroža[1]Screenplay byDimitrije VojnovBased onZoran Nešković (1980s short story)Produced byAleksandar Protić and Jonathan EnglishStarring Sebastian Cavazza Stoya Marusa Majer Kirsty Besterman CinematographyKosta GlusicaEdited byMilena Z. PetrovicMusic byNemanja MosurovicProductioncompaniesFilm Center Serbia and Mir Media GroupDistributed byGrindstone Entertainment Group (USA) and Lionsgate Home Ent...

This article relies largely or entirely on a single source. Relevant discussion may be found on the talk page. Please help improve this article by introducing citations to additional sources.Find sources: Duplicate Tsing Yi South Bridge – news · newspapers · books · scholar · JSTOR (August 2015) Duplicate Tsing Yi South BridgeTraditional Chinese青衣複制南橋TranscriptionsYue: CantoneseYale RomanizationChīng yī fūk jai nàahm kìuhJyutpingC...

Linear perspective of a cube (left) and reverse perspective (right). The viewing plane is shown in blue, with the projection point where the red lines meet. The throne and footstool in this icon show reverse perspective, with lines converging towards the viewer. Reverse perspective, also called inverse perspective,[1] inverted perspective,[2] divergent perspective,[3][4] or Byzantine perspective,[5] is a form of perspective drawing in which the objects ...

British not-for-profit member-owned financial co-operative Not to be confused with Royal London Mutual Insurance Society. London Mutual Credit UnionTypeCredit UnionIndustryFinancial servicesFounded1982HeadquartersLondon, SE15United KingdomKey peopleLakshman Chandrasekera, CEOTotal assets£30 million (Jun 2020)Websitecreditunion.co.uk London Mutual Credit Union Limited (LMCU) is a not-for-profit member-owned financial co-operative, based in Peckham and operating in the City of Westminster...

This article needs additional citations for verification. Please help improve this article by adding citations to reliable sources. Unsourced material may be challenged and removed.Find sources: Operation Veritas – news · newspapers · books · scholar · JSTOR (June 2021) (Learn how and when to remove this template message) vteWar in Afghanistan (2001–2021)History Timeline 2001 2002 2003 2004 2005 2006 2007 2008 2009 2010 2011 2012 2013 2014 2015 2016 ...

Musical by Barry Manilow and Bruce Sussman HarmonyA New MusicalPoster for the planned Broadway productionMusicBarry ManilowLyricsBruce SussmanBookBruce SussmanBasisThe life of the Comedian HarmonistsPremiereOctober 7, 1997: Mandell Weiss Theatre, San DiegoProductions1997 San Diego 2013 Atlanta 2014 Los Angeles 2022 Off-Broadway 2023 Broadway Harmony is a stage musical with music by Barry Manilow and book and lyrics by Bruce Sussman. The musical tells the true story of the Comedian Harmonists,...

Metro SubwayLink station Shot TowerMetro SubwayLink stationShot Tower station 2017General informationLocationBaltimore and South President StreetsBaltimore, MarylandOwned byMaryland Transit AdministrationPlatforms1Tracks2ConnectionsMTA Maryland BusesConstructionParkingStreetBicycle facilitiesBike Share Stop #7 (12 docks)AccessibleYesHistoryOpenedMay 1995Passengers20171,712 daily[1] Services Preceding station Maryland Transit Administration Following station Charles Centertoward Owings...

British literary magazine This article is about the British literary magazine. For the American literary magazine, see The Literary Review. Literary ReviewEditorNancy SladekFrequency11 per yearCirculation44,750 (as of 2006[?])[1][self-published source]Founded1979; 44 years ago (1979)CountryUnited KingdomBased inLondonLanguageEnglishWebsiteliteraryreview.co.ukISSN0144-4360 Literary Review is a British literary magazine founded in 1979 by Anne Smith, then head ...

Габріел Попеску Особисті дані Народження 25 грудня 1973(1973-12-25) (49 років)   Крайова, Румунія Зріст 177 см Громадянство  Румунія Позиція півзахисник Інформація про клуб Поточний клуб завершив кар'єру Професіональні клуби* Роки Клуб І (г) 1992–1994 «Електропутере» (Крайова...