Banda Victory
|
Isem sħiħ:
|
Soċjetà Filarmonika Victory
|
Fundazzjoni:
|
1898
|
Faxxa:
|
Blu
|
Lokalità:
|
Ix-Xagħra
|
President:
|
Eucharist Sultana
|
Segretarju:
|
Joseph Bajada
|
Surmast Direttur:
|
Mro. Joseph Galea
|
Innu Marċia
|
Victory (A. Pulliċino)
|
Is-Soċjetà Filarmonika Victory twaqqfet uffiċjalment nhar il-25 ta' Ottubru 1898, u kienet l-ewwel banda mwaqqfa fl-irħula kollha ta' Għawdex. Hija twaqqfet fuq l-inizjattiva tal-Fundatur l-Arċipriet Ġużepp Diacono u taħt it-tmexxija abbli tas-Surmast Malti, Eduardo Farina. Minkejja li għebet għal xi ftit, fl-1934 reġgħet twieldet il-Banda ġox-Xagħra, b'inizjattiva tal-Fundatur Franġisk Camilleri u taht it-tmexxija tas-Surmast Mikiel Farrugia.
Mit-twaqqif tagħha sal-ġurnata tal-lum, is-Soċjetà qatt ma ħarset lura u dejjem tat kontribut siewi fil-qasam mużikali u kulturali tal-gżejjer tagħna. Matul il-medda tas-snin, il-Banda Victory tmexxiet minn diversi surmastrijiet ta' potenzjal kbir. Is-Soċjetà Filarmonka Victory hi nkarigata uffiċjalment mill-organizzazzjoni tal-festi esterni ta' waħda mill-ikbar festi f'Għawdex: il-festa tant popolari ta' Marija Bambina. Fl-1976, is-Soċjetà, b'inizjattiva tal-Kumitat u membri voluntiera, irnexxielha tibni Każin kbir u sala moderna li tilqa' l-bżonnijiet tal-lum għall-attivitajiet kulturali. Fl-2002, il-Kumitat iddeċieda li jsemmi din is-sala għall-Kan. Dun Alwiġ Camilleri li serva għal diversi snin bħala Assistent Direttur Spiritwali tas-Soċjetà u li kellu tant għal qalbu din l-Għaqda Mużikali u li llum m'għadux magħna.
Il-banda Victory irnexxielha tesegwixxi diversi kunċerti barra minn Malta fosthom dak fl-Istati Uniti tal-Amerika fl-1994.
F'April 2006, il-Banda Victory ippartecipat fil-festi cinkwantenarji li gew organizzati b'mod kongunt bejn is-Socjeta' Filarmonika Leone tal-Belt Victoria, il-Knisja Katidrali u l-Parrocca tax-Xaghra. Nhar is-Sibt 29 ta' April ta' dik is-sena, il-Banda laqghet l-istatwa artistika u devota ta' Marija Assunta meqjuma fil-Katidral ta' Ghawdex mal-wasla taghha fix-Xaghra u regghet akkumpanjatha lura lejn tarf ir-rahal fi tmiem iz-zjara taghha nhar l-Erbgha 3 ta' Mejju. Dawn l-attivitajiet saru bhala parti minn programm ta' festi specjali li fakkru l-hamsin anniversarju mill-ghoti tal-istatwa ta' Santa Marija mis-Socjeta' Filarmonika Leone lill-Knisja Katidrali ta' Ghawdex fid-29 ta' April 1956.
Il-Banda Victory tiehu sehem f'numru kbir ta' servizzi muzikali matul is-sena, kemm fix-Xaghra u anke barra r-rahal. Kull sena, fl-4 ta' Settembru, din is-Socjeta' tesegwixxi programm muzikali fuq il-plancier f'Misrah il-Vitorja filwaqt li kull sentejn, f'Lejliet Hadd il-Palm, tesegwixxi programm ta' muzika sagra fil-Knisja Bazilika ta' Marija Bambina bhala parti mic-celebrazzjonijiet tal-Gimgha Mqaddsa.
Kumitat attwali:
President: Dr. Joseph Attard LLD
Vici-President: Eucharist Sultana
Presidenti Onorarji: Michael F. Cini, Mons. Ewkaristiku Sultana, Mons. Arcipriet Carmelo Refalo
Bandisti Onorarji: Eucharist Camilleri, Joseph Refalo, Carmelo Sultana, Joseph Bajada
Membri Onorarji: Francis Bajada, Louis Portelli
Segretarju: Joseph Bajada
Tezorier: Noel Grima
Direttur tal-Kazin: Ezechiel Grima
Delegat tal-Kumitat ghall-Bandisti: Joseph Vella
Direttur Spiritwali: Kan. Dun Giljan Refalo Rapa
Assistent Direttur Spiritwali: Kan. Dun Guzepp Cini
Surmast Direttur: Mro. Joseph Galea LCM
Assistent Surmast Direttur: Mro. Ivan Attard A.MusTCL
Direttur tal-Kor tas-Socjeta' (il-Kor Nativitas): Mro. Ivan Attard A.MusTCL
Awditur tas-Socjeta': Joe Cordina
Rapprezentat Legali: Dr. Carmelo Galea LLD
Nutar: Dr. Josianne Cini
Surmasti mużikali
Surmast
|
Perjodu
|
Eduardo Farina
|
1898–1990
|
Mikelang Borg
|
1901–1906
|
Mikiel Farrugia
|
1934–1960
|
Joseph Camilleri
|
1960–1970
|
Nazzareno Refalo
|
1971–1993
|
Joseph Galea
|
1993–preżent
|
Presidenti
Surmast
|
Perjodu
|
Dun Luigi Attard
|
1898–1899
|
Dr. Nicolino Tabone M.D.
|
1899–1906
|
Franġisk Camilleri
|
1934–1939
|
Dr. George Camilleri M.D.
|
1939–1945
|
Carmelo Refalo
|
1945–1970
|
Dr. Hubert Grech M.D.
|
1970
|
Julian Refalo Rapa
|
1970
|
Eucharist Attard
|
1970–1971
|
Lawrence Camilleri
|
1971–1975
|
Joseph Bajada
|
1975–1976
|
Mario Xerri
|
1976
|
Anthony Bajada
|
1976–1978
|
Joseph Bajada
|
1978–1979
|
Carmelo Sultana
|
1979–1985
|
Michael Spiteri
|
1996–1999
|
Micheal F. Cini
|
1999–2006
|
Victor Zammit
|
2006–2007
|
Eucharist Sultana
|
1985–1996, 2007–2014
|
Dr. Joseph Attard LLD
|
2014–prezent
|