Alex Thépot Thépot fl-1941 |
Informazzjoni personali |
---|
Isem sħiħ | Alexis Thépot |
---|
Twelid | 30 ta' Lulju 1906(1906-07-30) Brest, Franza |
---|
Mewt | 21 ta' Marzu 1989 (82 sena) Quiberon |
---|
Tul | 1.78 m |
---|
Rwol | Gowler |
---|
Mixtliet |
---|
1922–1927 | Armoricaine Brest |
---|
Karriera professjonali |
---|
Snin | Klabb |
---|
1927–1928 | FEC Levallois |
---|
1928–1935 | Red Star |
---|
1935–1936 | USL Dunkerque |
---|
Tim nazzjonali |
---|
1927–1935 | Franza |
---|
Alexis Thépot (twieled fit-30 ta' Lulju 1906 – miet fil-21 ta' Frar 1989) kien plejer tal-futbol Franċiż.
Bijografija
Thépot twieledi fi Brest. Hu lagħab ma' Armoricaine Brest (1922–1927), FEC Levallois (1927–28), Red Star (1928–1935) u USL Dunkerque (1935–1936). Wara sena tajba ma' Levallois, hu ġie magħżul biex jilgħab fl-ewwel logħba mat-tim nazzjonali Franċiż kontra l-Ingilterra fl-1927.[1] B'kollox lagħab 31 logħba man-nazzjonal u libes il-faxxa ta' kaptan fi tlettax minnhom. Thépot deher fl-ewwel logħba ta' Franza fit-Tazza tad-Dinja kontra l-Messiku fl-1930, minkejja li kellu jerħi l-logħba matul l-ewwel taqsima minħabba li kien weġġa'. Franza naqsu li jaqbżu l-fażi tal-gruppi hekk kif tilfu ż-żewġ logħbiet ta' wara kontra l-Arġentina u ċ-Ċili. Fl-aħħar logħba kontra ċ-Ċileni, Thépot salva penalty li kien l-ewwel darba li seħħ fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja.[2]
Referenzi
Ħoloq esterni