Ġan Franġisk Abela (1582 – 1655) kien storikuMalti, meqjus bħala l-"Missier tal-Istorja ta' Malta", għax kien l-ewwel Malti li kiteb il-ġrajjiet li l-gżejjer Maltin għaddew minnhom. Fost il-ħafna xogħlijiet li kellu, kien hemm dak ta' Viċi-Kanċillier tal-Ordni ta' San Ġwann.
Xogħlijiet
Kien fl-1626 meta fid-dar li bena fil-Marsa beda jikteb il-ġrajja ta' Malta, maqsuma f'erba' kotba. Tajjeb ngħidu li dan ir-raġel kien qassis u mbagħad sar avukat waqt li xorta żamm il-vokazzjoni saċerdotali tiegħu: