Vincent Frank Vella (11 ta’ Jannar, 1947 – 20 ta’ Frar, 2019) kien attur Amerikan, presentatur tat-television u kummidjant. Huwa deher f'aktar minn erbgħin film, spiss fir-rwol ta' gangster. Kien magħruf l-aktar għar-rwol ta' Artie Piscano f'Casino ta' Martin Scorsese u Jimmy Petrille fis-serje ta' HBOThe Sopranos.
Vella ħadem f'aktar minn erbgħin film, spiss fir-rwol ta' gangster.[3] Kien magħruf l-aktar għar-rwol ta' Artie Piscano f'Casino ta ' Martin Scorsese.[4] Huwa kellu l-parti ta' Jimmy Petrille fis-serje tal-HBOThe Sopranos.[4] Huwa kien is-suġġett ta’ dokumentarju ta’ 67 minuta fl-2000 bl-isem Hey, Vinny mid-direttur John Huba.[3] Fil-Belt ta’ New York, huwa ppreżenta programm tat-televiżjoni fuq stazzjoni t’aċċess pubbliku bil-cable MNN, magħruf bħala the Vinny Vella Show.[5] Huwa deher f'aktar minn 35 reklam.[3]
Ħajja personali
Huwa kien miżżewweġ lil Margaret Ann Hernandez; kellhom iben wieħed, Vincent Vella Jr. Minbarra Vincent Vella Jr., Vinny kien ukoll missier ta’ Ben u Anthony Hernandez, Jennifer Maloney u Lauren Vella. Vella kien xi żmien il-“Sindku ta’ Elizabeth Street”.[6] Fl-2007, huwa fetaħ pizzeria f'Williamsburg, Brooklyn.[7][8]
F’Ġunju tal-2008, Vella kien involut f’kontroversja dwar biljett ta’ lotterija, skont xi sorsi, u hedded li jidħol il-qorti dwaru.[9]
Mewt
Vella miet id-dar fi Elizabeth Street, New York fl-20 ta' Frar 2019, b'kanċer tal-fwied, fl-età ta' 72.[4][10]