It-tromba li ħakmet lill-Port il-Kbir ta’ Malta kienet wieħed mill-aktar trombi tal-arja fatali rekordjati madwar id-dinja, u qatlet mill-inqas 600 persuna, Hija bidet bħala bħala tromba tal-baħar fil-Port il-Kbir ta' Malta fejn qatlet mijiet ta’ nies li għerqu meta nqalbu l-bastimenti li kienu fuqhom.[1] Mill-inqas erbgħa mill-galljuni tal-Ordni, Santa Fè, San Michele, San Filippu u San Claudio, inqalbu fit-tromba.[2] Id-dettalji tat-tromba mhux magħrufa, peress li s-sorsi jikkonfliġġu jekk gratx fit-23 ta’ Settembru 1551 jew it-23 ta’ Settembru 1556. TORRO jindika klassifikazzjoni ta' T7 fuq l-iskala TORRO, ekwivalenti għal F3 fuq l-iskala Fujita.[3]