Din il-kompetizzjoni kienet l-ewwel darba fl-istorja li tim minn barra l-Ewropa u l-Amerika t'Isfel wasal sal-finali, wara li l-Afrikani ta' TP Mazembe għelbu lis-Sud-Amerikani ta' Internacional fis-semifinali. Madanakollu, Mazembe naqsu li jilħqu t-tragward finali hekk kif tilfu 3–0 kontra t-Taljani ta' Inter. Dan kien it-tielet titlu internazzjonali għall-Inter, hekk kif rebħu żewġ titli tat-Tazza Interkontinentali, il-predeċessur tat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs, fl-1964 u 1965.