L-istorja tal-femminiżmu tinkludi r-rakkonti (kronoloġiċi jew tematiċi) tal-movimenti u l-ideoloġiji li kienu mmirati lejn drittijiet ugwali għan-nisa. Filwaqt li l-femministi madwar id-dinja kienu differenti fil-kawżi, l-għanijiet u l-intenzjonijiet skont iż-żmien, il-kultura, u l-pajjiż, storiċi feministi tal-Punent jaffermaw li l-movimenti kollha li ħaddmu jew jaħdmu biex jiksbu d-drittijiet tan-nisa għandhom jiġu kkunsidrati, anke meta ma jużawx jew m'għandhom dan it-terminu assoċjat magħhom infushom direttament.[1][2][3][4][5] Xi storiċi oħra jillimitaw it-terminu "feminista" għall-moviment feminist modern u l-dixxendenza tiegħu, u jużaw it-tikketta "protofeminista" biex jiddeskrivu movimenti preċedenti.[6]
L-istorja feminista moderna tal-Punent hija konvenzjonalment maqsuma fi tliet perjodi ta' żmien, jew "mewġ", kull wieħed b'għanijiet kemmxejn differenti minn ta' qalblu, u li jibni fuq il-progress miksub qabel:
Femminizmu tal-ewwel mewġa tas-sekli 19 u kmieni fl-20 iffokat fuq l-inugwaljanzi legali, partikolarment fuq il-kwistjonijiet ta' suffraġju tan-nisa.
Feminizmu tat-tieni mewġa (1960ijiet - 1980ijiet) wessa d-dibattitu biex jinkludi l-inugwaljanzi kulturali, in-normi tas-sessi u r-rwol tan-nisa fis-soċjetà.
Feminizmu tat-tielet mewġa (1990ijiet - 2000ijiet) jirreferi għal razez varji f'attività femminista, meqjusa minn attivisiti tat-tielet mewġa stess bħala kontinwazzjoni tat-tieni mewġa u bħala reazzjoni għal dawk li huma meqjusa bħala l-fallimenti tagħha [7]
Għalkemm l-użu tat-terminu "mewġa" ntuża komunement biex jiddeskrivi l-istorja tal-femminiżmu, il-kunċett ġie wkoll ikkritikat minn feministi mhux Anglo-Sassoni għax jinjora u jħassar l-istorja bejn il-"mewġ", billi għażel li jiffoka biss fuq ftit persuni famużi, fuq il-perspettiva tan-nisa bojod, avvenimenti popolari, u talli huma razzisti u kolonjalisti.[8][9][10][11]
Femminizmu bikri
In-nies u l-attivisti li jiddiskutu jew javvanzaw l-ugwaljanza tan-nisa qabel it-twaqqif tal-moviment feminista xi kultant jissejħu protofeministi.[6] Xi studjużi jikkritikaw dan it-terminu għaliex jemmnu li dan inaqqas l-importanza ta' kontribuzzjonijiet preċedenti jew li l-femminiżmu m'għandux storja waħda u lineari kif implikat minn termini bħal protofeministi jew postfeministi .[4][12][13][14]
Skond Elaine Hoffman Baruch, madwar 24 seklu ilu Platun, "[saħaq] għall-ugwaljanza politika u sesswali totali tan-nisa, billi kien favur li dawn ikunu membri ta' l-ogħla klassi ta' żmienu...dawk li jmexxu u jiġġieldu."[15]
Seklu 18: L-Età ta illuminazzjoni
L- Età tad-Dawl kienet ikkaratterizzata minn raġunament intellettwali sekulari u fjoritura ta' kitba filosofika. Bosta filosofi tal-Illuminazzjoni ddefendew id-drittijiet tan-nisa, inklużi Jeremy Bentham (1781), Marquis de Condorcet (1790), u Mary Wollstonecraft (1792). [16] Kittieba importanti oħra ta ’dak iż-żmien li esprimew fehmiet feministi kienu jinkludu Abigail Adams, Catharine Macaulay, u Hedvig Charlotta Nordenflycht .
Aktar qari
Browne, Alice (1987). The Eighteenth Century Feminist Mind (bl-Ingliż). Wayne State University Press. ISBN978-0814319413.
Swanwick, Helena M. (2018). The Future of the Women's Movement (bl-Ingliż). Echo Library. ISBN978-1406887600.
^Walters, Margaret (2005). Feminism: A Very Short Introduction (bl-Ingliż). Oxford University Press. ISBN978-0192805102.
^Kinnaird, Joan (1983). "Mary Astell: Inspired by Ideas (1668–1731)". F' Spender, Dale (ed.). Feminist Theorists: Three Centuries of Key Women Thinkers (bl-Ingliż). Pantheon Books. ISBN978-0394721972.
^ abAllen, Ann Taylor (1999). "Feminism, Social Science, and the Meanings of Modernity: The Debate on the Origin of the Family in Europe and the United States, 1860–1914". The American Historical Review (bl-Ingliż). 104 (4): 1085–1113. doi:10.1086/ahr/104.4.1085. PMID19291893.
^ abBotting, Eileen Hunt; Houser, Sarah L. (2006). ""Drawing the Line of Equality": Hannah Mather Crocker on Women's Rights". American Political Science Review (bl-Ingliż). 100 (2): 265–278. doi:10.1017/s0003055406062150.
^Kroløkke, Charlotte; Sørensen, Anne Scott (2005). Gender Communication Theories and Analyses: From Silence to Performance (bl-Ingliż) (1el ed.). SAGE Publications. ISBN978-0761929185.
^Cott, Nancy F (1989). "What's In a Name? The Limits of "Social Feminism"; or, Expanding the Vocabulary of Women's History". Journal of American History (bl-Ingliż). 76 (3): 809–829. doi:10.2307/2936422.
^Ferguson, Margaret (2004). "Feminism in Time". Modern Language Quarterly (bl-Ingliż). 65 (1): 7–28. doi:10.1215/00267929-65-1-7.
^Urbanski, Marie Mitchell Olesen (1983). "Margaret Fuller: Feminist Writer and Revolutionary (1810–1850)". F' Spender, Dale (ed.). Feminist Theorists: Three Centuries of Key Women Thinkers (bl-Ingliż). Pantheon Books. pp. 75–89. ISBN978-0394721972.
^"Plato". The Columbia Encyclopedia (bl-Ingliż) (5es ed.). Columbia University Press. 1993. ISBN978-0395624388.
^Tomalin, Claire (1992). The Life and Death of Mary Wollstonecraft (bl-Ingliż). Penguin. pp. 144–155. ISBN978-0140167610.