FC Shirak kienu fondati fl-1958. Matul is-1970ijiet, il-klabb kien taħt l-isem Olympia. Huma kienu jilagħbu fl-Ewwel Diviżjoni Sovjetika sakemm l-Armenja ħadet l-indipendenza. Il-Grawnd tal-klabb huwa Stadju Gyumri City, li jesa' 3,000 partitarju; l-istadju kien rinnovat fl-1999. Il-klabb huwa wieħed mill-eqdem fil-Armenja u pproduċa plejers tajbin ħafna li marru fuq biex jirrappreżentaw il-pajjiż. Artur Petrosyan u Harutyun Vardanyan huma żewġ plejers famużi prodotti minn dan il-klabb. It-tnejn l'huma kienu kisbu reputazzjoni bħala plejers b'talent u komplew biex jilagħbu għat-Tim nazzjonali tal-Armenja.
Il-klabb huwa t-tieni l-aktar li għandhu unuri fil-pajjiż, li rebħu 3 kampjonati u 3 super-cups, madankollu tħabtu finanzjarjament fl-aħħar snin (2005, 2006), fatt li ra d-dawra tal-klabb fil-prestazzjonijiet fqar u fl-edizzjonijiet riċenti tal-Premier League Armen. Fl-2012 FC Shirak għall-ewwel fl-istorja tagħhom rebħu t-Tazza Armena.
FC Shirak ħadu sehem fit-3 tazzi Ewropej differenti: Champions League, UEFA Cup u Intertoto Cup. Fl-2012/13 FC Shirak lagħbu fil-UEFA Europa League u avvanzaw għat-tieni fażi bl-aggregat ta' 2-1 kontra FK Rudar Pljevlja. Fit-tieni rawnd FC Shirak lagħbu ma Bnei Yehuda mill-Iżrael u tilfu 3-0.