Real Madrid Club de Fútbol (magħruf sempliċement bħala Real Madrid) hu klabb tal-futbol professjonali bbażat f'Madrid, fi Spanja. Fil-futbol Spanjol hu l-iktar tim b'suċċessi u ġie vvutat mill-FIFA bħala l-aqwa klabb tas-seklu 20, wara li rebaħ rekord ta' wieħed u tletin titlu tal-La Liga, sbatax-il Tazza Spanjola, disa' Tazez taċ-Ċampjins u żewġ Tazez UEFA. Real kienu fost il-membri fundatarji tal-grupp G-14, għaqda li kienet tgħaqqad l-aqwa klabbs Ewropej li ġiet sostitwita mill-European Club Association.
Fundat fl-1902, Real Madrid qatt l-istorja kollha tiegħu fl-ogħla livell tal-futbol Spanjol. Fis-snin ħamsin, il-klabb stabilixxa lilu nnifsu bħala forza kbira kemm fil-kamp Spanjol u anki f'dak Ewropew. Fis-snin tmenin, il-klabb kellu wieħed mill-aqwa timijiet fi Spanja u l-Ewropa (magħruf bħala La Quinta del Buitre), fejn rebaħ żewġ Tazez UEFA, ħames kampjonati Spanjoli konsekuttivi u tliet Supertazez Spanjoli.
Il-kulur tradizzjonali tal-klabb għal logħob ġewwa darhom huwa kollox abjad. L-emblema ġie mibdula diversi drabi matul is-snin fi sforz biex jimmodernizzawha; l-emblema kurrenti hi verżjoni modifikata tal-ewwel waħda adottata fl-1920. Huma jilgħabu fis-Santiago Bernabéu, li jospita 80,354 ruħ, fejn ilu jilgħab fih mill-1947. B'differenza minn ħafna klabbs tal-futbol Ewropej, il-membri ta' Real Madrid (socios) kienu proprjetarji u operaw lill-klabb mill-fundazzjoni tiegħu. Real hu l-iktar klabb tal-futbol sinjur fid-dinja (€366m) skont l-introjtu li jagħmel.
L-ewwel emblema ta' Real Madrid kellha disinn sempliċi li kien jikkonsisti mit-tliet inizzjali tal-klabb, "MCF" għal Madrid Club de Fútbol, imwaħħdin ma' xulxin u miktubin b'kulur blu skur fuq flokk abjad. L-ewwel bidla fl-emblema seħħet fl-1908 meta l-istess tliet inizzjali adottaw stil bħallikieku qegħdin fuq xulxin, bl-ittra M (ta' Madrid) tkun l-aktar waħda importanti u ċentrali, qalb ċirku tond.[1] Il-bidla segwenti fil-konfigurazzjoni tal-emblema damet ma saret sal-1920 wara l-kisba tal-presidenza ta' Pedro Parages. F'dak iż-żmien, ir-Re Alfonso XIII ta lill-klabb il-patroċinju rjali tiegħu li wasal fil-forma tat-titlu "Real", li tradotta tiġi "Rjali".[2] B'hekk, il-kuruna ta' Alfonso ġiet miżjuda mal-emblema u l-klabb biddel ismu għal Real Madrid Club de Fútbol.[1] Bix-xoljiment tal-monarkija fl-1931, is-simboli rjali kollha (il-kuruna fuq l-emblema u t-titlu Real) ġew imneħħija. Il-kuruna ġiet sostitwita minn faxxa skura kulur iċ-ċawsla tar-Reġjun ta' Kastilja. Fl-1941, sentejn wara t-tmiem tal-Gwerra Ċivili, ir-"Real Corona" tal-emblema, jew il-"Kuruna Rjali", reġgħet ġiet mpoġġija fuq l-emblema waqt li anke l-faxxa ta' Kastilja wkoll baqgħet. Aktar minn hekk, l-emblema ingħatat il-kulur, bil-kulur dehbi jkun l-iktar pominenti, u l-klabb reġgħet beda jissejaħ Real Madrid Club de Fútbol.[1] L-aktar modifika riċenti li saret, saret fl-2001 meta l-klabb ried li tkun aktar kontemporanja għas-seklu 21 u standarizza aktar din l-emblema. Waħda mill-modifikazzjonijiet li saret kienet li l-istrixxa dijagonali jitbiddlilha l-kulur għal wieħed aktar ikħal.[1]
Il-kuluri tradizzjonali ta' Real Madrid għal logħob ġewwa darhom huwa kollu abjad, minkejja li għall-bidu kienet ġiet adottata strixxa oblikwa bluna fuq il-flokk.[3] Il-flokk bl-istrixxa ġie sostitwit minn verżjoni kollha bajda, immudellata skont il-flokk milbus minn Corinthian FC, fl-1902.[4] Fl-istess sena, il-kalzetti bluni ġew sostitwiti minn oħrajn suwed. Lejn il-bidu tal-erbgħinijiet, il-kowċ biddel l-uniformi għal waħda bil-buttuni mal-flokk u l-emblema tal-klabb ġiet pożizzjonata fuq in-naħa xellugija (li baqgħet hekk sal-ġurnata tal-lum). Fit-23 ta' Novembru 1947, f'partita kontra Atlético Madrid fl-Istadju Metropolitano, it-tim ta' Real Madrid sar l-ewwel tim Spanjol li ħareġ bi flokkijiet numerati.
Il-kuluri tradizzjonali għal partiti barra minn darhom huma kollha suwed jew kollha vjola. L-uniformi attwali tal-klabb hi maħduma minn Adidas li l-kuntratt tagħhom mal-klabb jestendi sal-1998.[5][6] L-isponsor attwali tal-uniformi ta' Real Madrid huwa bwin.com, wara l-problemi ekonomiċi ta' BenQ Siemens.[7][8]
De las glorias deportivas, que campean por España
va el Madrid con su bandera, limpia y blanca que no empaña.
Club castizo y generoso, todo nervio y corazón,
veteranos y noveles, veteranos y noveles,
miran siempre sus laureles con respeto y emoción.
¡Hala Madrid!, ¡Hala Madrid!
Noble y bélico adalid, caballero del honor.
¡Hala Madrid!, ¡Hala Madrid!
A triunfar en buena lid, defendiendo tu color
¡Hala Madrid!, ¡Hala Madrid!, ¡Hala Madrid!
Enemigo en la contienda, cuando pierde da la mano
sin envidias ni rencores, como bueno y fiel hermano.
Los domingos por la tarde, caminando a Chamartín,
las mocitas madrileñas, las mocitas madrileñas
van alegres y risueñas porque hoy juega su Madrid
¡Hala Madrid!, ¡Hala Madrid!
Noble y bélico adalid, caballero del honor.
¡Hala Madrid!, ¡Hala Madrid!
A triunfar en buena lid, defendiendo tu color
¡Hala Madrid!, ¡Hala Madrid!, ¡Hala Madrid!
Stadju
Benjamini u rivalità
F'partiti li jintlagħbu ġewwa darhoma, il-biċċa l-kbira tal-postijiet fil-grawnd ikunu okkupati mill-abbonati, li jammontaw għal madwar 68,670.[9] Biex issir abbonat trid issir socio jew membru tal-klabb. Mhux kull membru jista' jiskeb abbonament. Barra l-membri, il-klabb għandu iktar minn 1,800 peñas (gruppi ta' benjamini uffiċjali affiljati mal-klabb) fi Spanja u madwar id-dinja. Real Madrid għandu l-ogħla medja ta' attendenza ta' kull żmien fil-futbol Spanjol u jattira regularment aktar minn 65,000 partitarju fis-Santiago Bernabéu.
Ir-rivalità ma' FC Barcelona hi waħda leġġendarja u tmur lura għat-tensjonijiet politiċi li kienu jinħassu bejn il-Kastiljani u l-Katalani.[10] Il-belt kapitali Madrid hi s-siġġu tal-gvern u tal-familja rjali. Speċjalment matul l-era ta' Francisco Franco, din bdiet tirrapreżenta l-forzi ċentrali ta' fehma konservattiva. Min-naħa l-oħra, kważi kull idea li biddlu l-istorja moderna ta' Spanja – ir-repubblikaniżmu, il-federaliżmu, l-anarkiżmu, is-sindikaliżmu u l-komuniżmu – ġiet introdotta fi Spanja mill-Katalunja, partikularment f'Barċellona. Il-moda, f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħwejjeġ, filosofija tal-arti, kienet tidħol l-ewwel minn Barċellona qabel ma kienet tiġi aċċettata mill-kumplament ta' Spanja.[11]
Matul is-snin ħamsin, ir-rivalità ġiet aktar intensea meta l-klabbs waqgħu f'disputa fuq il-firma tal-plejer Alfredo di Stéfano, li finalment ingħaqad ma' Real Madrid u mas-snin kellu jkun figura importanti fis-suċċess miksub mill-klabb.[12] Is-snin sittin raw ir-rivalità tilħaq il-kamp Ewropew meta ltaqgħu darbtejn fit-Tazza taċ-Ċampjins, b'Real Madrid jirbħu fl-1960 u Barça fl-1961. Fis-sena 2000, ir-rivalità reġgħet tkebbset wara d-deċiżjoni kontroversajli ta' Luís Figo li jħalli lil Barça biex jingħaqad ma' Real Madrid.[13] Iż-żewġ timijiet reġgħu ltaqgħu fis-semifinali tal-UEFA Champions League 2002. Real Madrid, iċ-ċampjins eventwali tal-kompetizzjoni, rebħu l-konfront li kien imlaqqam mill-istampa Spanjola bħala l-Partita tas-Seklu. Bħala l-ikbar u l-aqwa żewġ klabbs fi Spanja, ir-rivalità tiġġedded kull sena meta ħafna drabi huma jkunu t-timijiet li jisfidaw lil xulxin għar-rebħ tal-kampjonat.
Real Madrid għandu rivalità storika lokali ma' Atlético Madrid. Minkejja li Atlético kienu oriġinarjament fundati minn tliet studenti Baski fl-1903, magħhom issieħbu fl-1904 membri ta' Madrid FC. Aktar tensjonijiet inħolqu minħabba l-fatt li għall-bidu l-partitarji ta' Atlético kienu ġejjin mill-klassi tal-ħaddiema, waqt li dawk li jsostnu lil Real Madrid kienu jappartjenu għall-klassi medja. Illum il-ġurnata dawn id-diverġenzi ftit li xejn għadhom jeżistu.
Huma ltaqgħu għall-ewwel darba fil-21 ta' Frar 1929 fit-tielet ġurnata tal-ewwel edizzjoni tal-kampjonat fl-istadju Chamartín. Ir-rivalità kisbet l-ewwel attenzjonii internazzjonali fl-1959 matul it-Tazza taċ-Ċampjins meta ż-żewġ timijiet affrontaw lil xulxin fis-semifinali. Fl-ewwel leg fil-Bernabéu, Real rebħu 2–1, waqt li fit-tieni leg fil-Metropolitano, Atlético ħarġu 1–0 rebbieħa. Il-partita kellha terġa' tintlagħab, b'Real jirbħu 2–1. Madanakollu, Atlético għamlet xi vendetti meta iggwidati mill-eks-kowċ ta' Real José Villalonga, huma rebħu żewġ finali konsekuttivi tal-Copa del Generalísimo fl-1960 u fl-1961.
[14]
Bejn l-1961 u l-1989, meta Real iddominaw il-La Liga, kienu Atlético bissu l-uniku sfida serja, hekk kif rebħu t-titli tal-La Liga fl-1966, fl-1970, fl-1973 u fl-1977. Fl-1965, Atlético sar l-ewwel tim li għeleb lil Real fil-Bernabéu fi tmien snin. Il-bilanċ tal-aħħar sfidi kontra Atlético hu aktar favorevoli għal Real. L-ogħla punt tad-dominju tal-merengues wasal fl-istaġun 2002–03 meta permezz ta' rebħa ta' 4–0 fuq Atlético ġewwa l-Vicente Calderón, il-klabb kiseb it-titlu tal-kampjonat.[15]
Il-plejer Manuel Sanchís Hontiyuelo iżomm ir-rekord tal-aktar preżenti mal-ewwel tim ta' Real Madrid, b'total ta' 712-il dehra bejn l-1983 u l-2001.[16] L-attakkant Raúl isegwi wara b'700 apparenza. Ir-rekord għal gowler hu f'idejn Iker Casillas, li jinsab fi kwota 400 apparenza. B'127 dehra internazzjonali (47 waqt li kien għadu mal-klabb), Luís Figo tal-Portugall iżomm ir-rekord tal-aktar plejer ta' Real li lagħab mat-tim nazzjonali.[17]
Raúl hu l-aqwa skorer ta' kull żmien għal Real, bi 316-il gowl f'700 partita (1994–preżent).[3] Erba' plejers irnexxielhom jaslu sat-tragward ta' 200 gowl għal Real: Alfredo di Stéfano (1953–64), Carlos Santillana (1971–88), Ferenc Puskás (1958–66) u Hugo Sánchez (1985–92).
Matul l-istorja ta' Real Madrid kien hemm 41 kowċ minn mindu ġie maħtur l-ewwel kowċ professjonista, Arthur Johnson lura fl-1910. L-aktar kowċ li serva fuq bażi ta' żmien u partiti hu Miguel Muñoz (1960–1974) b'604 partiti. L-Arġentin Luis Carniglia hu l-aktar kowċ ta' suċċess fuq bażi ta' persentaġġ ta' rebħiet b'69.81%, waqt li Jacinto Quincoces hu l-inqas wieħed li kiseb suċċess mal-klabb b'37.21% tal-partiti jkunu biss rebħiet.
Huma biss il-kowċ li rebħu tal-anqas trofew li huma elenkati hawn taħt.[19][20]
^L-uniformi kompleta ta' Real Madrid għal partiti ġewwa darhom, fl-1905, kienet kollha bajda, u kien għalhekk li l-benjamini tagħhom bdew isejjħu 'l-plejers bħala Los Blancos