Weinek studja d-drama bejn l-1983 u l-1986 taħt il-Prof. Peter P. Jost.
Sa mill-1986, kien parti mill-Group 80 tat-teatri ta' Vjenna u kellu parti żgħira fil-film After-season, fejn ħadem il-parti ta' purtinar tal-liftijiet.
Fl-1987, ħa sehem fil-festival ta' Recklinghausen taħt id-direzzjoni ta' Georg Mittendrein f'The Lechner Edi looks into Paradise u ta' kennies fil-film Müllomania taħt id-direttur Dieter Berner.
Kull tant żmien, Weinek kien attiv b'film u bit-televiżjoni, bħal per eżempju fl-1989 fis-sensiela televiżiva Calafati Joe.
Minbarra l-ħajja teatrali, Weinek skopra d-delizzju tat-tkabbar l-inbid ma' martu Eva fl-1993, u għadu jkabbar l-inbid sal-lum fl-għelieqi tagħhom fejn Heiligenbrunn.