Yellow Red Koninklijke Voetbalclub Mechelen[1] (spiss sempliċement imsejħa KV Mechelen jew KV, jew mill-ismija Franċiż preċedenti tagħhom FC Malinois), huwa klabb tal-futbol professjonali Belġjan, ibbażat ġewwa l-belt ta' Mechelen fil-provinċja ta' Antwerp. KV Mechelen jilgħabu fl-Ewwel Diviżjoni Belġjana. Huma rebħu erba kampjonati Belġjani u Tazza Belġjana waħda, kif ukoll it-Tazza tat-Tazez Ewropej 1987-88. Huma ġabru l-unuri kollha tagħhom fl-1940ijiet u fit-1980ijiet.
KV Mechelen twaqqaf fl-1904 u fl-istaġun 1921–22, ġew promoss għall-ewwel diviżjoni. Wara żewġ relegazzjoni u promozzjoni suċċessivi, dawn kienu lura għat-tajjeb bejn l-istaġuni 1928–29 u 1955–56. Fis-1960ijiet u fis-1970ijiet, il-klabb kellhu diversi promozzjonijiet u relegazzjonijiet bejn l-ewwel u tieni diviżjoni. Mill-1983–84 sal-1996–97, huma kellhom perjodu ta' suċċess fl-ewwel diviżjoni, b'titolu u diversi finituri fit-tieni u t-tielet post. Matul dak il-perjodu, huma rebħu wkoll it-Tazza tat-Tazez Ewropej u dawn laħqu semi-finali fl-istess kompetizzjoni kif ukoll il-kwarti tal-finali tat-Tazza Ewropea. KV Mechelen eventwalment naqsu fl-aħħar tad-1990ijiet, għalkemm kellhom żewġt perjodi aktar fl-ogħla livell mill-1999–2000 sal-2000–01 u fl-2002–03. Fl-aħħar ta' dak l-istaġun, il-klabb ma rċievix il-Liċenzja Belġjana tal-futbol professjonali, u għalhekk dawn kienu relegati għat-tielet diviżjoni. Wara żewġ promozzjonijiet fl-istaġuni 2004–05 u 2006–07, KV Mechelen waslu lura għall-ewwel diviżjoni.
Il-klabb jilbes flokkijiet sofor bl-istrixxi ħomor b'xorts u kalzetti suwed. Huma jilgħabu l-logħob f'darħom fl-Argosstadion Achter de Kazerne, fejn Argos huwa l-isponsor tal-grawnd tagħhom u Achter de Kazerne tfisser Behind the Barracks. Il-grawnd ġie msemmi hekk minħabba kwartieri użati viċin il-grawnd. Il-partitarji ta' KV Mechelen għandhom rivalità fit-tul ma' KRC Mechelen.
Storja
Il-klabb kien twaqqaf fl-1904, ftit xhur wara t-twelid tar-rivali KRC Mechelen. Il-klabb kellu l-ewwel perjodu ta' suċċess fl-1940ijiet. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, fl-1943, il-klabb rebaħ l-ewwel titlu domestiku tiegħu. It-tieni titolu wasal ftit snin wara, fl-1946, u fl-1948 il-klabb kien ta' suċċess mill-ġdid. Wara dan, il-klabb waqa lura. Fl-1954, huma rnexxielhom jispiċċaw it-tielet, punt wieħed biss wara ċ-ċampjins RSC Anderlecht, iżda kien l-aħħar staġun tajjeb tagħhom. Sentejn wara, Mechelen ġew relegati għat-tieni diviżjoni. Matul is-60ijiet u s-70ijiet, Mechelen marru l-fuq u l isfel bejn l-ewwel u t-tieni diviżjoni.
Il-klabb gawda perjodu suċċessiv kemm domestiku u kemm Ewropew bejn is-snin 1987–1992. Matul dawn il-5 istaġuni, Mechelen rebħu kampjonat Belġjan u titolu tat-tazza Belġjana. Huma wkoll lestew it-tieni fil-kampjonat Belġjan darbtejn u tilfu l-finali tat-tazza Belġjana darbtejn. Wara li rebħu it-titolu tat-tazza domestika fl-1987, huma kkwalifikaw għat-Tazza tat-Tazez Ewropej, huma lestew il-kisba straordinarja billi rebħu dan it-turnew fl-1988. Mechelen huwa l-aħħar tim Belġjan li rebaħ trofew Ewropew.
KV Mechelen deher li kien fit-triq tiegħu li ssir wieħed mill-aqwa klabbs fil-Belġju, iżda malajr naqsu meta ċ-ċermen tagħhom Cordier (li ġab il-proprjetà tad-drittijiet għal ħafna plejers) kien imġiegħel biex ibiegħ ħafna plejers minħabba riżultati ħżiena tal-kumpanija tiegħu. Fl-10 ta' Ġunju 2007, it-tim kiseb il-promozzjoni għall-Ewwel Diviżjoni Belġjana. Sentejn wara fl-2009, KV Mechelen lagħbu l-finali tat-Tazza Belġjana, iżda sfortunatament tilfu 2–0 kontra KRC Genk. Sena wara dan, huma tilfu fis-semi finali bid-dro ta' 2–2 u 1–0 kontra KAA Gent.
Wara suċċess li għamel fl-2010 u erba' staġuni għall-Mechelen, il-kowċ Peter Maes iddeċieda li jħalli u ffirma kuntratt ta' erba' snin ma' Sporting Lokeren. Malinwa għamel ftehim ma' Marc Brys biex jieħu f'idejha il-kariga ta' Maes.
Unuri
Domestiċi
Internazzjonali
Parteċipazzjoni fl-Ewropa
- Minn Diċembru, 2008.
Logħob
- K = rawnd tal-kwalifikazzjoni
- R = rawnd
- Grupp = fażi tal-gruppi / Grupp 1 = l-ewwel fażi tal-grupp / Grupp 2 = it-tieni fażi tal-grupp
- 1/8 = l-aħħar tminja / 1/4 = kwarti tal-finali / 1/2 = semi-finali
- F = finali
- PKU = punti tal-koeffiċjent tal-UEFA
- PO = Play-Offs
Staġun
|
Kompetizzjoni
|
Rawnd
|
Pajjiż
|
Klabb
|
Riżultat
|
1987–88
|
Tazza tat-Tazez Ewropej
|
1R
|
|
Dinamo Bucureşti
|
1–0, 2-0
|
|
|
2R
|
|
St. Mirren
|
0–0, 2-0
|
|
|
1/4
|
|
Dinamo Minsk
|
1–0, 1-1
|
|
|
1/2
|
|
Atalanta
|
2–1, 2-1
|
|
|
F
|
|
Ajax
|
1–0
|
1988
|
UEFA Super Cup
|
F
|
|
PSV
|
3–0, 0-1
|
1988–89
|
Tazza tat-Tazez Ewropej
|
1R
|
|
Avenir Beggen
|
5–0, 3-1
|
|
|
2R
|
|
Anderlecht
|
1–0, 2-0
|
|
|
1/4
|
|
Eintracht Frankfurt
|
1–0, 0-0
|
|
|
1/2
|
|
Sampdoria
|
2–1, 0-3
|
1989–90
|
Tazza Ewropea
|
1R
|
|
Rosenborg
|
5–0, 0-0
|
|
|
2R
|
|
Malmö FF
|
4–1, 0-0
|
|
|
1/4
|
|
Milan
|
0–0, 0-2 (ĦS)
|
1990–91
|
UEFA Cup
|
1R
|
|
Sporting CP
|
2–2, 0-1
|
1991–92
|
UEFA Cup
|
1R
|
|
PAOK
|
0–1, 1-1
|
1992–93
|
UEFA Cup
|
1R
|
|
Örebro
|
2–1, 0-0
|
|
|
2R
|
|
Vitesse
|
0–1, 0-1
|
1993–94
|
UEFA Cup
|
1R
|
|
IFK Norrköping
|
1–1 (ĦS), 1-0
|
|
|
2R
|
|
MTK Hungária
|
5–0, 1-1
|
|
|
3R
|
|
Cagliari
|
1–3, 0-2
|
Sommarju tal-aħjar riżultati
(2 tazez)
Tazza Ewropea/UEFA Champions League:
- - kwarti-finalisti fl-1990
UEFA Cup Winners' Cup (1):
- - rebbieħa fl-1988
- - semi-finalisti fl-1989
UEFA Super Cup (1):
- - rebbieħa fl-1988
Kowċis
Referenzi
Ħoloq esterni