Imwielda f'familja Olandiża ta' nobbli għolja, Belle van Zuylen kellha intelliġenza vivaċi, kurżità intellettwali kbira u ideat mhux konvenzjonali. Minn kmieni ħafna kellha xeħta għall-kitba. Il-ġenituri tagħha qablu li jipprovdulha l-għalliema li xtaqet u għalhekk kellha edukazzjoni aktar tajba mill-biċċa l-kbira tal-kontemporanji tagħha, kienet titkellem diversi lingwi (Ingliż, Ġermaniż, Taljan u Latin), u ddedikat ruħha għal-Matematika u l-Fiżika, u l-qari tal-klassiċi, imma kitbet bil-Franċiż, il-lingwa tan-nobbli tal-Ewropa tas-seklu 18. Meta kellha tnejn u għoxrin sena (1763) kitbet l-ewwel xogħol letterarju tagħha, Le Noble ("In-Nobbli") li ġie ppubblikat anonimament. Dan kien satira ironika dwar il-preġudizzji tal-klassi soċjali tagħha..
Fl-età ta' 30 sena żżewġet lill-ekstutur ta' ħuha Willem René, Charles-Emmanuel de Charrière de Penthaz, imwieled f'Colombier [6][7]. Minn 1784 hemm il-karriera letterarja tagħa ħadet spinta u pproduċiet abbundanza ta' korrispondenza, fuljetti, novelli u rumanzi, li l-aktar notevoli minnhom huma Lettres neuchâteloises (1784), Lettres de Mistriss Henley publiées par son amie (1784), Lettres écrites de Lausanne (1785), Caliste (1787) u Trois femmes (1796), xi biċċiet għat-Teatru, xi kitbiet politiċi u xi opri (lbretti u forsi l-mużika).
Ix-xogħlijiet tagħha matul ir-Rivoluzzjoni Franċiża, li matulha tat kenn lil xi aristokratiċi Franċiżi f'Neuchâtel, jirriflettu l-impenn politiku tu soċjali tagħa u huma hija partikolarment rikki u varjati.
L-asterojdi (9604) Bellevanzuylen hi msemmija għal Belle van Zuylen, il-futura Isabelle de Charrière. Ġiet skoperta fit-30 ta' Diċembru, 1991 mill-Observatoire de Haute-Provence minn Eric Walter Elst.
Lettres de Mistriss Henley publiées par son amie 1784
Lettres écrites de Lausanne, rumanz permezz ta' ittri, Toulouse, 1785
Caliste ou continuation de Lettres écrites de Lausanne 1787 (L-aħħar tliet ittri qatt ma ġew ippubblikati : dawn jinstabu bħala manuskritti fil-bibbljoteka ta' Neuchâtel. Mill-aħħar ittra miktuba minn Cécile tgħid li qiegħda f'kunvent u li-ġurnata ta' qabel kien telqet lil Milord, li kienet iżżewwġet għal kollox. Kienet qiegħda tistenna 'l ommha li kienet fit-triq.)
Bien-né. Nouvelles et anecdotes. Apologie de la flatterie, 1788
Courte réplique à l'auteur d'une longue réponse ; par Mme la Baronne de ... 1789
Plainte et défense de Thérese Levasseur. 1789
Lettre à M. Necker sur son administration, écrite par lui-même, 1791
L’émigré, kummiedja fi tliet atti, 1793
Lettres trouvées dans des portefeuilles d’émigrés, 1793
Honorine d’Userche : nouvelle de l’Abbé de La Tour, 1795
Sainte Anne, 1799
Sir Walter Finch et son fils William, 1806 (ippubblikat wara mewtha)
Xogħlijiet mużikali
Ġabra (Paris, Chez Bonjour, 1788 u 1789) li fia arji żgħar (jew arjetti) u xi rumanzi (ġeneru li kien moda ħafna dak iż-żmien), bl-akkumpanjament tal-klaviċimbalu (u bil-vjolin ad libitum) ; ġabra ta' minwetti strumentali (Amsterdam, Hummel et Fils, 1786) ; u xi sonati għall-klaviċimbalu u l-pjanuforte (1783, opus 1 sa 3).
Chansonnette bretonne. Minuetto IV & Trio. Inleiding Wim Aerts & Els van Swol. In: Akkoord Magazine (2005), no. 3, p. 19-22.
Kitbet il-libretti għal xi opri u l-mużika għalihom.
^ Ara Wikisource: Philippe Godet 'Madame de Charrière et ses amis' It-tieni volum, 1906, p. 373-375 nota 1: Ċertifikat tal-mewt għall-parroċċa ta’ Colombier.
^ Ittra minn Henriette L'Hardy u ittra minn Thërèse Forster, li segwietha sal-mewt tagħha. C.P. Courtney Isabelle de Charrière. Bijografija 1993 p. 731-732.
^ Pierre Dubois en Simone Dubois: Zonder Vaandel. Belle van Zuylen 1740-1805, een biografie. Amsterdam, G.A. van Oorschot, 1993.
^ Pierre Dubois en Simone Dubois: Zonder Vaandel. Belle van Zuylen 1740-1805, een biografie. Amsterdam, G.A. van Oorschot, 1993.
^ Ċertifikat tal-ħajja f'Korrispondenzi u testi mhux ippubblikati (2006) p. 388
^ Kees van Strien, Monsieur de Charrière travelling tutor to Belle's brother Willem-René. In: Cahiers Isabelle de Charriere / Belle de Zuylen papers 7 (2012) p. 109-116. [http://www.womenwriters.nl/index.php/Monsieur_de_Charri%C3%A8re]]
^ C.P. Courtney, Isabelle de Charrière (Belle de Zuylen). Bijografija. Oxford, Fondazzjoni Voltaire, 1993. 810 p. ISBN 9780729404396.