Insettivoru (mil-Latin"insectum" - insetti li tfisser insett u "vorare" - -voru li tfisser taħtaf u tibla l-ikel), huwa definit bħala annimal b' dieta li tkun tikkonsisti primarjament jew esklużivament mill-insetti u annimali żgħar oħrajn (eżempju brimb u skorpjuni). Annimali li jieklu primarjament jew esklużivament insetti, jissejħu insettivori obligati.
L-Insettivori bħal pixxivori huma annimali karnivori speċjalizzati u bħal ma' dawn ta' l-aħħar jispeċċjalizzaw fil-konsumazjoni primarja jew esklużiva tal-ħut, l-insettivori jispeċjalizzaw fil-konsumazjoni primarja jew esklużiva ta' l-insetti.
Hemm ukoll kemm il-ġeneru u ftit mijjiet ta' speċi ta' pjanti insettivori. Dawn ġeneralment jikbru f' ħamrijja fqira minn nitroġenu u b' hekk biex ipattu għal dan in-nuqqas jikkunsmaw l-insetti. Teknikament dawn mhumiex insettivori obligati, għax jistgħu jikkunsmaw, kull annimal żgħir li kapaċi jinqabbad fin-nassa tagħhom. Fl-akbar speċi ta' pjanti insettivori instabu kemm il-darba roditturi u rettili żgħar.
Murphy, W.J., E. Eisirik, S.J. O'Brian, O. Madsen, M. Scally, C.J. Douady, E. Teeling, O.A. Ryder, M.J. Stanhope, W.W. de Jong, and M.S. Springer. 2001. Resolution of the early placental mammal radiation using Bayesian phylogenetics. Science 294238-2351.
Vaughan, T. A. 1986. Mammalogy. Third Edition. Saunders College Publishing, Fort Worth. vii+576 pp.
Yates, T. L. 1984. Insectivores, elephant shrews, tree shrews, and dermopterans. Pp. 117-144 in Anderson, S. and J. K. Jones, Jr. (eds). Orders and Families of Recent Mammals of the World. John Wiley and Sons, N.Y. xii+686 pp.