Burmarrad huwa raħal qrib San Pawl il-Baħar, Malta. T'interess partikolari nsibu ż-żona ta ’ San Pawl Milqi, fejn hemm kappella ddedikata lil San Pawl, mibnija fuq il-fdalijiet ta’ tempju Ruman iddedikat lil Apollo, u skont it-tradizzjoni l-fdalijiet tad-dar ta’ San Publju.[1] Il-Knisja Parrokkjali ddedikata lil Qalb Bla Tebgħa Ta Marija nbniet fl-1964. Il-festa tar-raħal tiġi ċċelebrata fl-aħħar Ħadd ta’ Ġunju. Burmarrad tifforma parti mill-kunsill lokali ta’ San Pawl il-Baħar.
Preview
L-isem “Burmarrad” jista’ jirreferi għall-viċinanza tar-raħal mal-baħar. Il-kelma oriġinali kienet "bur marradi", fejn "bur" tirreferi għal bir, filwaqt li "marradi" tfisser marid. Flimkien, dan ifisser li l-ilma tal-bassasa kien ikkontaminat, għalhekk l-isem bur marradi, u aktar tard Burmarrad.[2]
Burmarrad iżomm numru ta’ rziezet, l-aktar iffukati fuq l-agrikoltura.
Fl-inħawi tal-madwar instabu diversi fdalijiet arkeoloġiċi.[3]
^Sagona, Claudia (2015-08-25). The Archaeology of Malta (bl-Ingliż). Cambridge University Press. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |iktar= (għajnuna)