L-Assoċjazzjoni tal-Futbol Albaniż (bl-Albaniż: Federata Shqiptare e Futbollit) hija l-organizzazzjoni li tmexxi l-futbol fl-Albanija. Din torganizza l-kampjonat nazzjonali Albaniż, it-tim nazzjonali, u t-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena.
Storja
Il-federazzjoni Albaniża ġiet stabbilita fis-6 ta' Ġunju 1930, u ssiebħet mal-FIFA fl-1932 u aktar tard, fl-1954, kienet waħda minn fost il-membri fundaturi tal-UEFA.
Fl-14 ta' Marzu 2008, l-FSHF ġiet sospiża mill-FIFA minħabba indħil politiku. Dan fisser li t-timijiet nazzjonali ma setgħux jilgħabu logħbiet uffiċjali, ir-rappreżentanti ġew projbiti li jattendu avvenimenti uffiċjali, u r-referis ma setgħux jirrefjaw partiti sanzjonati mill-FIFA.[1] Aktar tard, din is-sospensjoni ġiet imneħħiha, u fis-27 ta' Mejju 2008, l-Albanija lagħbet logħba ta' ħbiberija kontra l-Polonja.
Il-president attwali tal-federazzjoni huwa Armand Duka, li ilu jkopri dan ir-rwol mill-2002 u fl-2010 rebaħ it-tielet elezzjoni tiegħu għall-presidenza.[2]
Referenzi
Ħoloq esterni