1 ta' Settembru
L-1 ta' Settembru huwa l-244 jum tal-sena tal-Kalendarju Gregorjan (il-245 fis-snin bisestili). Fadal 121 ġurnata għall-aħħar tas-sena.
Avvenimenti
Bħal-lum f'Malta
- 1957 - Epidemija ta' Influwenza tolqot il-pajjiż kollu.
- 1961 - L-USS Pocono tasal Malta għal żjara ta’ tlett ijiem.
- 1965 - Wasla tal-Ġeneral Honkon Lee Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Korea għal Malta.
- 1969 – Tlieta u ħamsin tifel Malti jiġu milqugħa mill-Papa Pawlu VI f’Ruma.
- 1970 - Il-produzzjoni tal-għeneb għandha żieda ta' 40% fuq is-sena li għaddiet minħabba żieda fix-xita.
- 1971 - Il-Prim Ministru Mintoff jirritorna minn Tripli wara li attenda għaċ-ċelebrazzjonijiet tat-tieni Anniversarju tar-Rivoluzzjoni Libjana.
- 1972 - Tħabbret kampanja intensiva ta' pubbliċità biex tispjega s-sistema l-ġdida tat-Taxxa tad-Dħul.
- 1973 - Battalja ta' ħames sigħat fil-Belt Valletta kontra wieħed mill-agħar nirien għal ħafna snin.
- 1975 - Twaqqfu relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u l-Arabja Sawdija.
- 1975 - Il-Korporazzjoni Rivoluzzjonarja tax-Xandir tal-Poplu tal-Libja tibda xxandar minn Leħen il-Ħbiberija f’Malta.
- 1975 - Delegazzjoni ta' industrijalisti tal-Ġermanja tal-Punent titlaq minn Malta wara taħditiet mal-Prim Ministru Mintoff.
- 1976 - Il-President ta' Ċipru L-Arċisqof Macarios u l-Konslu Onorarju għal Malta f'Ċipru John Lousidis jagħtu 1,000 xitel tal-ħarrub lill-Gvern Malti.
- 1977 - Rapport uffiċjali jgħid li Malta importat 'il fuq minn Lm4.3 miljun fjuwil u Lubrikanti fl-ewwel tliet xhur tal-1977 meta mqabbla ma' Lm3.2 miljun fil-perjodu korrispondenti tas-sena l-oħra.
- 1978 - Delegazzjoni mill-Malta Labour Party u l-General Workers Union jattendu ċ-ċelebrazzjonijiet li jimmarkaw id-9 anniversarju tar-rivoluzzjoni Libjana.
- 1979 – L-Ambaxxata Libjana f’Tas-Sliema tittieħed minn kumitat ta’ ħamest irġiel magħruf bħala l-Uffiċċju Popolari tal-Ġamahiriyah.
- 1980 - Ir-runways tal-airfields mhux użati f'Ta' Qali u Ħal Far jiġu mblukkati mill-Forzi Armati ta' Malta.
- 1982 - Sylvana Falzon, rebbieħa tat-titlu ta' Mara Ideali, titlaq lejn Vigo di Fassa ħdejn Trento biex tieħu sehem fil-konkors Internazzjonali Donna Ideale.
- 1983 - Is-Soċjeta' Storika u Kulturali tal-Birgu tfakkar ir-rebħa tal-Assedju l-Kbir tal-1565 b'ċerimonja speċjali fil-Birgu.
- 1990 – Il-Papa Ġwanni Pawlu II jagħmel waqfa qasira fl-Ajruport ta’ Ħal Luqa fi triqtu lejn it-Tanżanija.
- 1992 - L-Air Malta tniedi l-identità korporattiva ġdida tagħha fi sforz għal suq usa' fis-snin disgħin.
- 1992 - Il-Prim Ministru Fenech Adami għandu taħdidiet ma' Gaddhafi u Arafat fil-Libja.
- 1993 - Il-GWU u l-UHM jaqblu li jaħdmu flimkien għad-drittijiet tal-impjegati tal-Awtorità tal-Ippjanar.
- 1994 - Kummissjoni speċjali maħtura biex tfassal rapport biex ittejjeb is-sistema elettorali torganizza laqgħa pubblika dwar is-suġġett.
- 1994 - L-MLP jipproponi l-ħatra ta' Kumitat Parlamentari biex jinvestiga l-għoti ta' kuntratti kbar tal-gvern u t-twaqqif ta' aġenzija awtonoma biex teżamina l-ilmenti taċ-ċittadini dwar abbuż ta' poter minn uffiċjali pubbliċi.
- 1995 - Il-Malta Memorial District Nursing Association tiċċelebra l-50 Anniversarju tagħha.
- 1996 – Tiġi inawgurata Villa Messina, dar għall-anzjani, fir-Rabat u ssir sejħa lill-Gvern biex jissussidja l-akkomodazzjoni għall-anzjani.
- 1998 - L-Awtorità tal-Ippjanar tapprova kumpless ta' temi familjari multi-purpose ta' Lm12 miljun Paceville.
- 1999 - Il-Gvern jeskludi amnestiji ġodda tal-millennju għall-priġunieri.
Twelid
Imwiet
- 2012 – Hal David, kompożitur u awtur tal-kanzunetti Amerikan (t. 1921)
Referenzi
|
|